ŻAKKARIJA 9
9
Kapitlu 9
L-art il-ġdida
1Oraklu:
Il-Mulej għadda mill-art ta’ Ħadrak#9,1: Il-Mulej għadda mill-art ta’ Ħadrak: il-Mulej se jeqred il-Feniċja u l-Filistja bl-ibliet tagħhom, ġirien u għedewwa ta’ Iżrael.,
u Damasku l-post tal-mistrieħ tiegħu;
għax tal-Mulej huma bliet Aram,
u kull tribù ta’ Iżrael.
2U Ħamat ukoll, li tmiss miegħu,
u Tir u Sidon, għad li għerfhom kbir.#Ġer 49,23.
3Għaliha nfisha Tir bniet fortizza,
u ġabret fidda bħat-trab,
u deheb bħat-tajn tat-triqat.#Is 23,1-18; Eżek 26,1—28,26.
4Ara, is-Sid għad jagħmilha priża
u ġidha jwaddabhulha fil-baħar,
5Askalon tara dan u tibża’,
titkexkex Gaża, u Għekron ukoll,
għax it-tama tagħha tisfa fix-xejn.
Is-sultan jgħib minn Gaża,
Askalon ma tkunx mgħammra bin-nies,
6u nies ta’ demm imħallat jgħammru f’Asdod!
U jiena neqred il-kburija tal-Filistin,#Għam 1,8.
7demmhom inneħħilhom minn fommhom,
u t-tinġis tagħhom minn bejn snienhom;
isiru huma wkoll fdal lil Alla tagħna#9,7: Fdal lil Alla tagħna: l-eżiljati li kienu ġew lura mill-eżilju.,
u jkunu bħal familja f’Ġuda,
u Għekron bħall-Ġebusin#9,7: Bħall-Ġebusin: dawn kienu jgħammru f’Ġerusalemm qabel ma David ħadha f’idejh..#Is 4,3.
8U noqgħod għassa madwar Dari#9,8: Madwar Dari: l-art imqaddsa: ara Ġer 12,7; Hos 8,1; 9,15.,
biex ħadd ma joqgħod dieħel u ħiereġ,
u ma jidħolx aktar għalihom min jaħqarhom,
għax issa rajt l-hemm tagħhom.
Il-Messija
9Ifraħ kemm tiflaħ, bint Sijon;
għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!
Ara, is-sultan tiegħek ġej għandek#9,9: Is-sultan tiegħek ġej għandek: il-Messija ġej Ġerusalemm mhux bħas-slaten ta’ Ġuda, bil-karrijiet u ż-żwiemel (Ġer 17,25; 22,4) imma umli riekeb fuq ħmar b’messaġġ ta’ paċi. Din il-profezija seħħet bid-dħul trijonfali ta’ Ġesù f’Ġerusalemm; ara Mt 21,4-5; Ġw 12,14-15.;
ġust u rebbieħ,
umli u riekeb fuq ħmar,
fuq felu ta’ ħmara.#Is 62,11; Ġer 23,5; Mt 11,29; 21,5; Lq 19,28-38; Ġw 12,15.
10Hu jeqred il-karru minn Efrajm
u ż-żiemel minn Ġerusalemm;
jinqered il-qaws tal-gwerra.
Hu jxandar il-paċi lill-ġnus,
il-ħakma tiegħu tkun minn baħar sa baħar,
u mix-xmara tal-Ewfrat sat-trufijiet.#S 72,8; Is 11,6; Hos 1,7; 2,20; Mik 5,9.
It-tiġdid ta’ Iżrael
11Int ukoll, minħabba d-demm tal-patt tiegħek#9,11: Minħabba d-demm tal-patt tiegħek: il-patt tas-Sinaj imwettaq bid-demm tas-sagrifiċċji; ara Eż 24,5-8. li għamilt miegħi,
nitlaqlek l-ilsiera tiegħek
ħielsa mill-ħofra fejn ma hemmx ilma.#Eż 24,4-8; Is 42,7; Mt 26,28; Mk 14,23-24; Lq 21,20.
12U jerġgħu lura għandek, bint Sijon,
l-ilsiera li qegħdin bit-tama#9,12: L-ilsiera li qegħdin bit-tama: l-eżiljati li kienu qegħdin jistennew il-ħelsien, li ħallsu d-doppju għal ħtijiethom; ara Is 40,2; 61,7..
Mil-lum stess inħabbar
li għad irroddlok id-doppju.#Is 61,7.
13Għax il-qaws tiegħi, li hu Ġuda, hu miġbud,
armajtu bil-vleġġa, li hi Efrajm.
Se nvenven ’l uliedek bħal lanza, Sijon,
kontra wliedek, Ġawan#9,13: Ġawan: il-Greċja.,
u nagħmlek bħal sejf ta’ gwerrier.
14Imbagħad il-Mulej jidher fuqhom,
u toħroġ bħal berqa l-vleġġa tiegħu.
Il-Mulej Sidi jdoqq it-tromba,
u jimxi ’l quddiem fit-tempesti tan-Nofsinhar.#Dt 33,2; S 18,15; Ħab 3,4.
15Il-Mulej tal-eżerċti jħarishom,
u jaslu li xejn ma jqisu ċ-ċagħak tal-iżbandoli;
ixejnuhom u jisħquhom taħt riġlejhom.
Id-demm jixorbuh qisu nbid,
u jimtlew bih bħall-kantunieri tal-artal.#Eż 27,2.
16Dakinhar isalvahom il-Mulej, Alla tagħhom,
jirgħa l-poplu tiegħu bħal merħla,
għax bħal ġawhar prezzjuż ta’ dijadema
jkunu jleqqu fuq l-art tiegħu.#Is 62,3; Eżek 34.
17Xi tjubija u xi ġmiel ikun fiha!
Il-qamħ jaħji ż-żgħażagħ,
u l-inbid ġdid it-tfajliet.#Ġer 31,12-13.
Currently Selected:
ŻAKKARIJA 9: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.