YouVersion Logo
Search Icon

ŻAKKARIJA 8

8
Kapitlu 8
Il-ġid ta’ żmien il-Messija
1U ġiet il-kelma tal-Mulej tal-eżerċti u qalli: 2Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti:
“Jien għajjur fuq li għajjur għal Sijon,
għajjur għaliha b’korla li ma bħalha.”#Naħ 1,2; Żak 1,14.
3Dan jgħid il-Mulej:
“Mill-ġdid indur lejn Sijon,
u niġi ngħammar f’nofs Ġerusalemm.
Imbagħad lil Ġerusalemm
jibdew ixandruha bħala ‘il-Belt il-fidila’,
u l-muntanja tal-Mulej tal-eżerċti
bħala ‘il-Muntanja l-qaddisa’.”#Is 1,26; 2,2; Ġer 31,33.
4Dan jgħid il-Mulej:
“Il-pjazez ta’ Ġerusalemm
għad jerġgħu joqogħdu fihom
ix-xjuħ, irġiel u nisa,
kulħadd bil-bastun f’idu
minħabba t-tul ta’ għomru.#Dt 4,40; Is 65,20.
5U l-pjazez tal-belt
jimtlew bi tfal subien u bniet,
jilagħbu fil-wesgħat tagħha.”
6Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti:
“Jekk illum din hija ħaġa tal-għaġeb
f’għajnejn fdal dan il-poplu,
se tkun tal-għaġeb f’għajnejja wkoll?”
Oraklu tal-Mulej tal-eżerċti.#Ġer 32,27; S 118,23; Mt 21,42; Mk 12,11; Lq 1,28.37.
7Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti:
“Ara, jiena nsalva l-poplu tiegħi
mil-Lvant u mill-Punent,#Is 11,11; Ġer 30,18.
8u nġibhom lura
biex jgħammru f’nofs Ġerusalemm;
u huma jkunu l-poplu tiegħi,
u jiena nkun Alla tagħhom,
fidil u ġust.”#Ġer 4,2; 31,31; Żak 13,9.
9Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Ħa jissaħħu jdejkom, intom li f’dawn il-jiem smajtu dawn il-kelmiet li qalu l-profeti li kien hemm fi żmien it-tqegħid tas-sisien tat-tempju tal-Mulej tal-eżerċti għall-bini tas-santwarju.#Esd 5,1; Ħag 1,14-15; 2,18. 10Għax qabel dak iż-żmien ma kienx hemm salarju għall-bniedem jew ħlas għall-bhima, u lanqas min kien ħiereġ u dieħel ma kellu rasu mistrieħa mill-għadu, wara li jiena xħett in-nies kollha wieħed kontra l-ieħor. 11Imma issa jiena m’għadnix bħalma kont fl-imgħoddi għall-bqija ta’ dan il-poplu, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, 12għax jiena niżra’ s-sliem, id-dielja tagħti l-frott tagħha, u l-art tagħti l-għelejjel tagħha, u s-smewwiet in-nida tagħhom; u dan kollu nagħtih lill-bqija ta’ dan il-poplu biex ikun tagħhom. 13U jiġri li bħalma intom, dar ta’ Ġuda u dar ta’ Iżrael, kontu saħta fost il-ġnus, hekk jiena nsalvakom, u tkunu barka. Tibżgħu xejn: ħa jissaħħu jdejkom!”#Ġen 12,3; S 72,17; Is 19,24; Ġer 42,18; Ħag 2,19; Sof 3,20.
14Għax dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Bħalma kont ħsibt li nagħmlilkom id-deni meta missirijietkom kebbsuli l-korla tiegħi, u l-ħsieb ma biddiltux,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti,#Ġer 31,28. 15“hekk f’dawn il-jiem erġajt għamilt il-ħsieb li nagħmel il-ġid lil Ġerusalemm u lid-dar ta’ Ġuda. La tibżgħux!
16“Dawn huma l-ħwejjeġ li għandkom tagħmlu: Għidu s-sewwa lil xulxin; fil-bibien ta’ beltkom għamlu l-ħaqq li jġib is-sliem;#Żak 7,9; Mt 5,9; Ef 4,25. 17tbejtux deni għal xulxin fi qlubkom, u l-ħalf fil-falz la taħmluhx, għax dan hu kollu li jiena nobgħod,” oraklu tal-Mulej.#Żak 7,10.
Tweġiba dwar is-sawm
18U ġietni l-kelma tal-Mulej tal-eżerċti: u qalli:#Żak 7,1-3. 19“Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Is-sawm tar-raba’ xahar#8,19: Is-sawm tar-raba’ xahar: fir-raba’ xahar, Ġunju tas-sena 587 QK, waqgħet Ġerusalemm; ara 2 Slat 25,3-4; l-għaxar xahar, Jannar tas-sena 588 QK, beda l-assedju ta’ Ġerusalemm; ara 7,5; 2 Slat 25,1., u s-sawm tal-ħames u s-sawm tas-seba’ u s-sawm tal-għaxar xahar, ikun għad-dar ta’ Ġuda jiem ta’ ferħ u hena u ta’ festi sbieħ. Imma ħobbu s-sewwa u s-sliem!”#Is 35,10; Ġer 31,13; Mt 5,16-18; 9,14-15.
Żminijiet il-Messija
20Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Għad jiġu popli u nies li jgħammru fi bliet kbar, 21u n-nies ta’ belt imorru għand dawk ta’ belt oħra u jgħidulhom: ‘Imxu, ejjew immorru għand il-Mulej nitolbuh ħniena u nfittxu l-Mulej tal-eżerċti; ngħid għalija, sejjer jien ukoll.’#Is 2,3. 22U kotra ta’ popli u ġnus qawwija jiġu jfittxu l-Mulej tal-eżerċti f’Ġerusalemm u jitolbu l-ħniena tal-Mulej.”#Is 60,3.
23Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “F’dawk il-jiem għaxart irġiel mill-ilsna kollha tal-ġnus jaqbdu Lhudi u jżommuh minn tarf il-libsa tiegħu, u jgħidulu: ‘Ħa niġu magħkom, għaliex smajna li Alla magħkom!’ ”#Is 66,23.

Currently Selected:

ŻAKKARIJA 8: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in