ŻAKKARIJA 7
7
Kapitlu 7
Dwar is-sawm
1U ġara li fir-raba’ sena tas-sultan Dariju, fir-raba’ jum tad-disa’ xahar#7,1: Fir-raba’ sena tas-sultan Dariju, fir-raba’ jum tad-disa’ xahar: Novembru tas-sena 518 QK., li hu Kislew, il-kelma tal-Mulej waslet lil Żakkarija. 2U Betel-sareser#7,2: U Betel-sareser: It-test Lhudi huwa oskur., uffiċjal għoli tas-sultan, bagħat in-nies tiegħu biex jitolbu bil-ħniena quddiem il-Mulej, 3u jkellmu lill-qassisin tat-tempju tal-Mulej tal-eżerċti u lill-profeti u jgħidulhom: “Għandi jiena nibki fil-ħames xahar u nsum kif x’issa għamilt għal ħafna snin?#Żak 8,19.
Tfakkira tal-imgħoddi
4Imbagħad waslitli l-kelma tal-Mulej tal-eżerċti u qalli: 5“Kellem lill-poplu tal-pajjiż u lill-qassisin, u għidilhom: Meta matul dawn is-sebgħin sena somtu u tnehidtu fil-ħames u fis-seba’ xahar#7,5: Fil-ħames u fis-seba’ xahar: fil-ħames xahar, Lulju, tas-sena 587 QK, il-Babiloniżi ħarqu t-tempju; ara 2 Slat 25,8-9; fis-seba’ xahar, Settembru tal-istess sena, kien assassinat Gedalija; ara Ġer 41,1-2. Dawn kienu ġranet ta’ vistu u penitenza., is-sawm minħabba fija somtuh?#Is 58,5; Għam 5,21; Rum 14,6. 6Huwa meta tieklu u tixorbu, mhux għalikom tkunu qegħdin tieklu u tixorbu? 7Mhux dan il-kliem li l-Mulej kien xandar permezz tal-profeti tal-imgħoddi, meta Ġerusalemm kienet mgħammra bin-nies u miexja bir-riżq, u l-bliet tagħha ta’ madwarha u l-art tan-Negeb u dik tal-wita kienu mgħammrin?”#Ġer 17,26.
8U l-kelma tal-Mulej waslet lil Żakkarija, hekk: 9“Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Agħmlu l-ħaqq fis-sewwa; uru tjieba u ħniena bħal aħwa lil xulxin;#Is 1,17; 58,6. 10taħqrux l-armla u l-iltim, il-barrani u l-fqir; tbejtux fi qlubkom deni għal xulxin.”#Eż 22,20-21; Dt 24,17; Is 1,17; Ġer 5,28; Mik 2,1. 11Iżda huma ma ridux jagħtu widen, tawni daharhom, saddew widnejhom li ma jmorrux jisimgħu,#Eż 32,9; Neħ 9,29; Is 48,4; Eżek 11,19; Hos 4,16. 12u webbsu qalbhom daqs id-djamant biex ma jobdux il-liġi u l-kliem tal-Mulej tal-eżerċti li kien bagħat bl-ispirtu tiegħu permezz tal-profeti tal-imgħoddi. Imbagħad tkebbset korla kbira min-naħa tal-Mulej tal-eżerċti.#Eżek 11,19; 36,26; Neħ 9,29. 13“U ġara li, bħalma hu sejjaħ u huma ma semgħux, hekk ukoll għad isejħu u jiena ma nismax,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti;#Is 1,15; Mik 3,4. 14“u jiena xerridthom fost il-ġnus kollha li ma kinux jafu bihom. U l-art saret ħerba warajhom, bla ħadd ma jgħaddi minnha u jerġa’. Art l-hena għamluha ħerba.”#Dt 4,27.
Currently Selected:
ŻAKKARIJA 7: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.