ŻAKKARIJA 5
5
Kapitlu 5
Is-sitt dehra: il-ktieb itir
1U rġajt erfajt għajnejja, u ara, nilmaħ ktieb itir#5,1: Ktieb itir: ktieb li fih is-saħtiet kontra l-midinbin, l-aktar il-ħallelin u dawk li jaħilfu fil-falz. It-titjir tal-ktieb, parċmina kbira ta’ xi 445 b’890 metru, ifisser il-qerda ta’ dawn l-individwi.!#Eżek 2,9. 2“X’inti tara?” qalli. “Qed nara ktieb itir,” weġibtu, “it-tul tiegħu hu ta’ għoxrin driegħ, u l-wisa’ għaxra.”#Eżek 2,9-10; Apk 10,9-11. 3Imbagħad qalli: “Din hi s-saħta ħierġa fuq wiċċ il-pajjiż kollu; għaliex skont ma hemm fiha, kull ħalliel għad jinqered minn hawn; skont ma hemm fiha, kull min jaħlef falz għad jinqered minn hawn.#Eż 20,7-15. 4Kont jien li ħriġt din is-saħta, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, u hi se tidħol f’dar il-ħalliel u f’dar min jaħlef b’ismi fil-falz, u tibqa’ ġo daru, u ttemm lilha u l-injam tagħha u l-ġebel tagħha.”#Lev 19,12.
Is-seba’ dehra: il-mara fl-efa
5Imbagħad l-anġlu li kien ikellimni resaq u qalli: “Issa erfa’ ħarstek u ara x’inhi dil-ħaġa li riesqa.” 6“X’inhi?” staqsejtu. U hu weġibni: “Din li ħierġa hija efa#5,6: Efa: kejl ta’ xi 22 litru. Il-mara fl-efa hi simbolu tal-ħażen u se jeħduha f’Babilonja, iċ-ċentru tal-ħażen fid-dinja pagana.,” qalli, “dan hu l-ħażen tagħhom fil-pajjiż kollu.” 7U ara, jintrefa’ l-għatu taċ-ċomb, u ġol-efa kien hemm mara bilqiegħda. 8“Din hija l-ħażen,” qalli, u xeħetha lura ġol-efa, u raġa’ għattieh bl-għatu taċ-ċomb. 9Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u ara, kien hemm żewġ nisa resqin, bir-riħ fi ġwenħajhom, ġwenħajhom kienu bħal ġwenħajn iċ-ċikonja, u refgħu l-efa bejn l-art u s-sema. 10Jiena mbagħad staqsejt lill-anġlu li kien ikellimni: “Dawn fejn se jeħduha l-efa?” 11“Biex jibnulha dar fl-art ta’ Singħar,” qalli, “u meta jlestuha, iqegħduha hemm, fil-bini tagħha.”#Ġen 11,2-3.
Currently Selected:
ŻAKKARIJA 5: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.