YouVersion Logo
Search Icon

ŻAKKARIJA 3

3
Kapitlu 3
Ir-raba’ dehra: l-ilbies ta’ Ġożwè
1Imbagħad urieni ’l Ġożwè, il-qassis il-kbir, wieqaf quddiem l-anġlu tal-Mulej, u x-Xitan bilwieqfa n-naħa tal-lemin tiegħu biex jixlih.#1 Kron 21,1; Ġob 1,6; Ħag 1,1; Rum 8,33. 2U l-anġlu tal-Mulej qal lix-Xitan: “Jalla l-Mulej irażżnek, Xitan! Irażżnek il-Mulej li ħatar ’il Ġerusalemm! Jaqaw dan mhux qisu ħatba mkebbsa meħuda min-nar?”#Għam 4,11; Ġuda 9. 3Issa Ġożwè, waqt li kien bilwieqfa quddiem l-anġlu, kien liebes ħwejjeġ maħmuġa#3,3: Liebes ħwejjeġ maħmuġa: simbolu tal-vistu u niket għall-ħtija..
4U l-anġlu qabad u kellem lil dawk li kienu bilwieqfa quddiemu u qalilhom: “Neħħulu l-ħwejjeġ maħmuġa minn fuqu.” U lilu qallu: “Ara, neħħejtlek ħżunitek minn fuqek; ħa jlibbsuk issa lbies prezzjuż.”#Lq 15,22; Apk 19,8. 5U kompla jgħidilhom: “Qegħdulu turbant nadif fuq rasu.” U huma qegħdulu turbant nadif fuq rasu u xiddewlu l-ilbies. L-anġlu tal-Mulej kien hemm bilwieqfa. 6U l-anġlu tal-Mulej wissa lil Ġożwè u qallu: 7“Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti: ‘Jekk int timxi fi triqati, u jekk tħares il-preċetti tiegħi, hekk ukoll tmexxi lil dari, u jkollok il-btieħi tiegħi taħt il-ħarsien tiegħek; u jiena nagħtik li tgħaddi fost dawk li huma weqfin hawn.#Mal 2,7.
Il-miġja tar-Rimja
8“Issa isma’, Ġożwè, qassis il-kbir, int u sħabek li qegħdin quddiemek, għax huma awgurju għall-ġejjieni#3,8: Awgurju għall-ġejjieni: it-tiġdid tas-saċerdozju jfisser li s-saltna tal-Messija hi fil-qrib. Ir-Rimja: Żerubbabel, nisel David, il-bennej tat-tempju, simbolu u tip tal-Messija; ara Ġer 3,5.. Għax ara, se nġib il-qaddej tiegħi, ir-Rimja.#Is 4,2; 8,18; 11,1; Ġer 23,5; 33,15; Żak 6,12. 9Għax ara, il-ġebla li jien qegħedt quddiem Ġożwè; fuq din il-ġebla waħda ta’ seba’ għajnejn#3,9: Ta’ seba’ għajnejn: il-ġebla prezzjuża, 4,10. Is-seba’ għajnejn ifissru l-attenzjoni ta’ Alla fuq id-dinja kollha. In-numru sebgħa hu simbolu ta’ perfezzjoni., ara, se nonqox it-tinqix tagħha#3,9: Se nonqox it-tinqix tagħha: ara Eżek 28,9-11., oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, u f’jum wieħed inneħħi l-ħażen ta’ din l-art.#Żak 4,10. 10F’dak il-jum, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, intom tistiednu ’l xulxin taħt id-dielja u taħt it-tina tagħhom.”#Mik 4,4.

Currently Selected:

ŻAKKARIJA 3: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in