YouVersion Logo
Search Icon

ŻAKKARIJA 2

2
Kapitlu 2
It-tieni dehra: il-qrun u l-ħaddieda
1Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u ara, kien hemm erbat iqrun#2,1: Kien hemm erbat iqrun: l-għedewwa li ħarbtu l-art ta’ Ġuda mill-erbat irjieħ.. 2U jiena għedt lill-anġlu li kien kellimni: “Dawn x’inhuma?” U hu weġibni: “Dawn huma l-qrun li xerrdu lil Ġuda, lil Iżrael u ’l Ġerusalemm”.#Dt 33,17; Dan 7,8. 3Imbagħad il-Mulej urieni erba’ ħaddieda#2,3: Erba’ ħaddieda: il-qawwiet li bihom inqeda Alla biex jeqred l-għedewwa tal-poplu tiegħu.. 4“Dawn x’ġejjin jagħmlu?” għedt jien. U hu wieġeb u qal: “Dawn huma l-qrun li xerrdu ’l Ġuda, hekk li ħadd ma rafa’ rasu; u dawn ġew biex ibeżżgħuhom, ħalli jkeċċu l-qrun tal-ġnus li refgħu qrunhom għall-art ta’ Ġuda biex ixerrduha.”#Ġer 48,25.
It-tielet dehra: il-kejjiel
5Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u ara kien hemm raġel li f’idu kellu ħabel biex iqis.#Ġer 31,38-39; Eżek 41,13; Apk 11,1; 21,15. 6U jien għedtlu: “Fejn inti sejjer?” U hu weġibni: “Sejjer inqis ’il Ġerusalemm, biex nara kemm hu l-wisa’ tagħha u kemm hu t-tul tagħha.” 7U ara, l-anġlu li kien kellimni waqaf u anġlu ieħor resaq jiltaqa’ miegħu. 8U dak qallu: “Iġri, kellem lil dak iż-żagħżugħ u għidlu: ‘Ġerusalemm tkun mgħammra bħal bliet mingħajr swar, daqs kemm ikun hemm nies u bhejjem ġo fiha.’#Ġer 31,27; Eżek 36,11. 9U jien inkun għaliha, oraklu tal-Mulej, ħajt tan-nar madwarha, u nkun is-sebħ tagħha f’nofsha.”#Apk 21,23; 22,3.
Żewġ sejħat lill-itturufnati
10Isaw! Isaw!
Aħirbu mill-art tat-Tramuntana#2,10: L-art tat-Tramuntana: il-Babilonja.,
oraklu tal-Mulej,
għax jien ferrixtkom
mal-erbat irjieħ tas-sema,
oraklu tal-Mulej.#Is 48,20; Ġer 50,8; 51,6.
11Isa, Sijon, aħrab,
int li tgħammar f’Babilonja!
12Għax hekk qal il-Mulej tal-eżerċti,
wara li l-Glorja tiegħu#2,12: Il-Glorja tiegħu: personifikazzjoni ta’ kunċett teoloġiku, il-manifestazzjoni esterna tal-preżenza ta’ Alla fin-natura u fil-ġrajjiet tal-istorja tal-poplu Lhudi. Dan il-kunċett ġie żviluppat ħafna mill-awtur tar-Raba’ Evanġelju. bagħtitni
għand il-ġnus li ħatfulkom kollox;
għax min imiss lilkom
imiss il-mimmi ta’ għajnejh:#Dt 32,10; S 17,8.
13“Ara, se nerfa’ idi fuqhom,
u jsiru priża tal-ilsiera tagħhom.”
U intom tagħrfu
li l-Mulej tal-eżerċti bagħatni.#Is 14,2; 2,9.
14Għajjat bil-ferħ u infexx fl-hena,
bint Sijon,
għaliex arani ġej
biex ngħammar f’nofsok,
oraklu tal-Mulej,#Eżek 37,26; Sof 3,14.
15u kotra kbira ta’ ġnus
jingħaqdu dakinhar mal-Mulej;
u huma jkunu l-poplu tiegħi.
U jiena ngħammar f’nofsok;
imbagħad inti tagħraf
li l-Mulej tal-eżerċti bagħatni għandek.#Is 45,22.
16U l-Mulej jieħu ’l Ġuda
bħala sehmu mill-wirt fl-Art Imqaddsa,
u jerġa’ jaħtar lil Ġerusalemm!#Żak 1,17.
17Żommu s-skiet quddiem il-Mulej,
intom il-ħajjin ilkoll,
għax stenbaħ mill-għamara mqaddsa tiegħu!#Ħab 2,20; Sof 1,7.

Currently Selected:

ŻAKKARIJA 2: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in