YouVersion Logo
Search Icon

ŻAKKARIJA 13

13
Kapitlu 13
1“Dakinhar jiġri li tinfetaħ għajn għad-dar ta’ David#13,1: Tinfetaħ għajn għad-dar ta’ David: din l-għajn hu Alla nnifsu li jnaddaf il-poplu minn dnubietu; ara Num 19,9-20; 31,23; Is 12,2-3; Ġer 2,13. u għan-nies ta’ Ġerusalemm, biex jindafu mill-ħtijiet u mit-tinġis.#Eżek 47,1; 36,25; Ġw 7,38-39; 19,34; Lhud 9,14; 1 Pt 1,18-19; Apk 1,5.
2“U jiġri dakinhar, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, li jiena neqred mill-pajjiż l-isem tal-idoli, hekk li ma jibqax iżjed tifkira tagħhom; u nneħħi wkoll mill-pajjiż il-profeti u l-ispirtu mniġġes.#Mik 5,12; 2 Pt 2,1. 3U jekk xi ħadd ikun irid jerġa’ jagħmilha ta’ profeta, missieru u ommu li nissluh jgħidulu: ‘Int ma tibqax ħaj, għax qed tgħid kliem b’ieħor f’isem il-Mulej’; u missieru u ommu li nissluh jinfduh xħin ikun jagħmilha ta’ profeta.#Dt 18,20; Mik 3,5-7. 4U jiġri, iva, dakinhar li kull profeta jibda jistħi mid-dehra li jkollu waqt li jkun iħabbar, u ma jxiddx fuqu l-mantell tax-xagħar#13,4: Il-mantell tax-xagħar: b’sinjal tal-missjoni ta’ profeta; ara 2 Slat 1,8; Mt 3,4. biex ikun jista’ jqarraq,#2 Slat 1,8; Mt 3,4. 5imma jgħid: ‘Jien m’iniex profeta! Jien ħaddiem ir-raba’, għax ġidi, sa minn żgħożiti, hi l-ħamrija!’#Għam 7,14. 6U jekk xi ħadd jistaqsih: ‘X’inhuma dawn il-ġrieħi fuq idejk#13,6: Il-ġrieħi fuq idejk: il-profeti foloz kienu jqattgħu ġisimhom waqt it-teħbir; ara 1 Slat 18,26-28.?” hu jwieġeb: ‘Dawn għamluhomli fid-dar ta’ ħbiebi.’ ”#1 Slat 18,28.
L-għanja tas-sejf: il-poplu l-ġdid
7“Qum, sejf, għar-ragħaj tiegħi,
għar-raġel sieħeb tiegħi,”
oraklu tal-Mulej tal-eżerċti.
Olqot ir-ragħaj ħa tixtered il-merħla.
U jien indawwar idi kontra ż-żgħar.#Eżek 34; Mt 26,31; Mk 14,27.
8U jiġri li, fil-pajjiż kollu,
oraklu tal-Mulej,
tnejn minn kull tlieta jinqerdu, imutu,
u jibqa’ wieħed minn kull tlieta,
9U ndaħħal fin-nar lil dan it-tielet,
biex insaffih bħalma jsaffu l-fidda,
u nippruvah bħalma jippruvaw id-deheb.
Hu jsejjaħ ismi,
u jien inwieġbu,
u ngħid: ‘Dan il-poplu tiegħi’,
u hu jgħid: ‘Il-Mulej hu Alla tiegħi.’ ”#S 66,10; 91,15; Is 1,25; 48,10; 65,24; Ġer 30,22; 31,31-32; Żak 8,8.

Currently Selected:

ŻAKKARIJA 13: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in