YouVersion Logo
Search Icon

ŻAKKARIJA 11

11
Kapitlu 11
1Iftaħ bwiebek, Libanu,
biex in-nar jibla’ ċ-ċedri tiegħek.
2Okrob, ċipress, għax iċ-ċedru ntemm,
għax inqerdu l-qalbenin.
Okrob, ballut ta’ Basan,
għax tqaċċat il-masġar folt!
3Isma’ l-krib tar-rgħajja,
għax safa fix-xejn dak li bih kienu jiftaħru;
isma’ l-għajjat tal-ljuni,
għax ġmiel il-Ġordan safa fix-xejn.
Iż-żewġ rgħajja
4Dan qal il-Mulej, Alla tiegħi: “Irgħa l-merħla lesta għall-qatla#11,4: Irgħa l-merħla lesta għall-qatla: il-profeta hu r-ragħaj tal-poplu ta’ Alla, vittma tal-mexxejja tiegħu. La l-poplu u lanqas il-kapijiet tiegħu ma taw kasu; għalhekk telaqhom għal riħhom. Il-patt tas-Sinaj inkiser.,#Eżek 34.#Ġer 12,3. 5li dawk li jixtruha joqtluha bla ma ħadd jgħidilhom xejn, u dawk li jbigħuha jgħidu: ‘Imbierek il-Mulej, stagħnejt!’; u li r-rgħajja tagħha ħniena ma tiġihomx minnha.#Ġer 50,7. 6Għax jien ma tiġinix iżjed ħniena minn dawk li jgħammru f’dan il-pajjiż, oraklu tal-Mulej. U, ara, jiena se nitlaq il-bnedmin kull wieħed f’idejn ir-ragħaj tiegħu, u f’idejn is-sultan tiegħu; huma jfarrku l-art, u jiena ma neħles ’il ħadd minn taħt idejhom.”
7U qgħadt jien nirgħa l-merħla lesta għall-qatla, għas-sensala tan-nagħaġ; u ħadt żewġt ibsaten, wieħed semmejtu ‘Ħlewwa’ u l-ieħor semmejtu ‘Rabta’, u qgħadt nirgħa l-merħla. 8U f’xahar wieħed ġibt fix-xejn it-tliet rgħajja. Imma n-nagħaġ dejquni, u huma wkoll saru ma jaħmlunix. 9Imbagħad għedt: “Ma nibqax iżjed ragħaj tagħkom! Ħa jmut min għandu jmut! Ħa jintemm min għandu jintemm! U dawk li jkun għad fadal jieklu laħam xulxin!”#Ġer 15,2. 10U ħadt il-bastun li kont semmejt ‘Ħlewwa’, u qsamtu, biex nikser il-patt li kont għamilt mal-ġnus kollha. 11U hekk il-patt dakinhar inkiser; u mbagħad ir-rgħajja tal-merħla, li kienu qegħdin iħarsu lejja, għarfu li dik kienet il-kelma tal-Mulej. 12Għalhekk għedtilhom: “Jekk dan jidhrilkom li hu sewwa, agħtuni ħlasi; jekk le, tagħtuni xejn.” U wiżnuli bħala ħlasi tletin xekel tal-fidda#11,12: Tletin xekel tal-fidda: madwar 300 gramma fidda, il-prezz tal-indennizz ta’ lsir; ara Eż 21,32. Daqshekk stmaw il-ħidma tal-profeta; u daqshekk ieħor stmaw lil Ġesù; ara Mt 27,9..#Eż 21,32; Mt 26,15; 27,9-10. 13Imbagħad qalli l-Mulej: “Itfgħu fit-teżor, il-prezz sabiħ li bih stmawni.” U jien ħadt it-tletin xekel tal-fidda u tfajthom fit-teżor fit-tempju tal-Mulej. 14Imbagħad qsamt it-tieni bastun li kont semmejt ‘Rabta’, biex nikser ir-rabta ta’ aħwa bejn Ġuda u Iżrael.#2 Slat 12,11; 22,4.
15U qalli l-Mulej: “Ħu l-għodda ta’ ragħaj bla għaqal. 16Għax, ara, se nqajjem fil-pajjiż ragħaj li ma jħabbilx rasu minn dawk li se jinqerdu, dawk li jkunu neqsin ma jfittixhomx, lill-miġruħa ma jdewwihomx, lil dawk li huma f’saħħithom ma jweżinhomx, imma jiekol il-laħam ta’ dawk li huma msemmna u jqaċċtilhom sad-dwiefer tagħhom.#Eżek 34,2-4; Mt 12,20; 18,12; Lq 15,4-6.
17Gwaj għalih ir-ragħaj bla għaqal,
li jitlaq il-merħla weħidha!
Ħa jolqotlu s-sejf lil driegħu
u ’l għajnu l-leminija!
Ħa jinxiflu sewwa driegħu,
u dalma kbira tilħqu f’għajnu l-leminija!”#Ġw 10,12-13.

Currently Selected:

ŻAKKARIJA 11: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in