YouVersion Logo
Search Icon

MALAKIJA 3

3
Kapitlu 3
1“Araw, jiena se nibgħat il-messaġġier tiegħi#3,1: Se nibgħat il-messaġġier tiegħi: dan il-messaġġier hu Elija, il-v.23. Ġesù Kristu jara s-seħħ ta’ din il-profezija fi Ġwanni l-Battista; ara Mt 11,10; 17,10-13. biex iħejji t-triq quddiemi, u minnufih jidħol fit-tempju tiegħu s-Sid li intom qegħdin tfittxu; u l-anġlu tal-patt, li intom tixtiequ, arawh, ġej!” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.#Is 40,3; Mt 11,10; Mk 1,2; Lq 1,17-76; 7,27; Atti 13,24-25.
2Imma min se jissaporti l-Jum tal-miġja tiegħu? U min hu li se jieqaf meta jidher? Għax hu bħan-nar ta’ wieħed li jsaffi u bħas-sapun tal-ħassiela.#Naħ 1,6; Ġoel 2,11; Apk 6,17. 3U joqgħod isaffi u jnaddaf il-fidda, u jnaddaf ’l ulied Levi, u jsaffihom bħad-deheb u l-fidda, u huma jsiru għall-Mulej nies li jagħmlu l-offerta bis-sewwa.#Is 1,25; Ġer 6,29; Żak 13,9. 4U tibda togħġbu lill-Mulej l-offerta ta’ Ġuda u ta’ Ġerusalemm bħal dari, bħal fis-snin l-imgħoddija.
5“Imbagħad nersaq lejkom biex nagħmel il-ġustizzja, u nkun xhud ħafif kontra s-saħħara, u kontra ż-żienja, u kontra min jaħlef bil-qerq, u kontra min jaħqar il-ħaddiem fi ħlasu u l-armla u l-iltim, u kontra min iwarrab il-barrani u ma jibżax minni,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.#Eż 22,20; Lev 19,13.
6“Għax jien, il-Mulej, ma tbiddiltx; u intom, ulied Ġuda, ma ntemmejtux.#Num 23,19. 7Sa minn żmien missirijietkom twarrabtu mill-preċetti tiegħi u ma ħaristuhomx. Erġgħu lura lejja, u jien nerġa’ lura lejkom,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti. “Imma intom tgħidu: ‘Fuqiex nerġgħu lura?’#Żak 1,3-4; Atti 7,51. 8Jista’ bniedem jisraq lil Alla? Madankollu intom qegħdin tisirquni. Imma intom tgħidu: ‘Xi sraqniek?’ Fid-dieċmi u fl-offerti.#Neħ 13,10-14. 9Misħutin intom għall-aħħar, għax intom qegħdin tisirquni, il-poplu kollu.#Dt 28,15. 10Ġibuhom sħaħ id-dieċmi u l-offerti fit-teżor, ħa jkun hemm l-ikel f’dari. U b’hekk ejjew ġarrbuni,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti; “taraw jekk niftaħx għalikom it-twieqi tas-sema, u jekk insawwabx fuqkom barka bl-abbundanza.#Dt 28,8-12; 2 Kron 31,10-11; Neħ 10,38; 13,12; Prov 3,9-10. 11U minħabba fikom inċanfar il-ġrad wikkiel biex ma jeqridilkomx il-frott tal-art, u biex id-dielja ma twaqqgħalkomx l-għenieqed fl-għalqa,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti. 12“Imbagħad il-ġnus kollha jsejħulkom hienja, għax intom tkunu art li fiha għaxqa,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.#Is 61,9.
Ir-rebħa tal-ġust f’Jum il-Mulej
13“Iebes għalija kliemkom,” jgħid il-Mulej. “Imma intom tgħidu, ‘X’għedna kontrik?’ 14Intom tgħidu: ‘Hu għal xejn li taqdi lil Alla! U x’jiswa jekk ħarisna t-twissijiet tiegħu u jekk imxejna b’qalb imnikkta quddiem il-Mulej tal-eżerċti?#Ġob 21,14-15; 22,17; S 73,11-12; Is 58,3. 15Mela issa ħa nsejħulhom aħna hienja n-nies kburin; dawk kollha li jagħmlu l-ħażen mhux biss imurilhom kollox bir-riżq, imma wkoll meta jġarrbu ’l Alla jeħilsuha ħafif!’ ”
16Hekk qalu wieħed lil ieħor dawk li jibżgħu mill-Mulej; u l-Mulej ta widen u sama’; u nkiteb quddiemu ktieb it-tifkiriet#3,16: Ktieb it-tifkiriet: ara Eż 32,32; S 56,9; Is 4,3; 65,6; Eżek 13,9. minħabba f’dawk li jibżgħu minnu u dawk li jafdaw f’Ismu.#Dan 7,10; Apk 20,12. 17“U fil-jum imħejji minni,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti, “huma jkunu għalija teżor liema bħalu, u nagħdirhom kif raġel jagħder lil ibnu li jaqdih.”#Eż 19,5; Dt 7,6; S 103,13; 135,4. 18Imbagħad mill-ġdid tagħrfu tagħżlu bejn il-ġust u l-ħażin, bejn min jaqdi ’l Alla u min ma jaqdihx.
19“Għax, ara, jiġi l-Jum, jaqbad qisu forn, u l-kburin kollha u dawk kollha li jagħmlu l-ħażen ikunu tiben, u l-jum li ġej għad jaħraqhom,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti, “hekk li ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.#Is 13,9; 34,8; Ġoel 3,3; Għam 5,18; Sof 1,18; 2 Pt 3,7. 20Imma għalikom li tibżgħu minn ismi titla’ x-xemx tal-ġustizzja, bis-salvazzjoni fuq ġwenħajha; u intom toħorġu taqbżu qiskom għoġiela tal-mandra.#Lq 1,78-79; Ġw 8,12. 21U tisħqu l-ħżiena, għax huma jkunu qishom irmied taħt qigħan riġlejkom fil-jum imħejji minni,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
22“Ftakru fil-Liġi ta’ Mosè, il-qaddej tiegħi, fil-preċetti u l-kmandamenti li jiena fuq Ħoreb ordnajtlu għal Iżrael kollu.#Eż 20; Lev 26; Dt 4,1-6.
23“Ara, jiena nibagħtilkom ’l Elija#3,23: Nibagħtilkom ’l Elija: il-Lhud ħadu din il-profezija fis-sens litterali. Ġesù Kristu ra ’l Elija fi Ġwanni l-Battista; ara Mt 17,10-13. l-profeta qabel ma jasal Jum il-Mulej u Jum il-biża’.#Mt 11,14; 17,10; Mk 9,10-12; Lq 1,17. 24U jdawwar qalb il-missirijiet lejn uliedhom u qalb l-ulied lejn missirijiethom, li ma niġix naħbat għall-art u nħalliha tinqered.”#Sir 48,10; Lq 1,17.

Currently Selected:

MALAKIJA 3: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

Video for MALAKIJA 3