1
MALAKIJA 3:10
Il-Bibbja
MB20
Ġibuhom sħaħ id-dieċmi u l-offerti fit-teżor, ħa jkun hemm l-ikel f’dari. U b’hekk ejjew ġarrbuni,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti; “taraw jekk niftaħx għalikom it-twieqi tas-sema, u jekk insawwabx fuqkom barka bl-abbundanza.
Compare
Explore MALAKIJA 3:10
2
MALAKIJA 3:11-12
U minħabba fikom inċanfar il-ġrad wikkiel biex ma jeqridilkomx il-frott tal-art, u biex id-dielja ma twaqqgħalkomx l-għenieqed fl-għalqa,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti. “Imbagħad il-ġnus kollha jsejħulkom hienja, għax intom tkunu art li fiha għaxqa,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
Explore MALAKIJA 3:11-12
3
MALAKIJA 3:17-18
“U fil-jum imħejji minni,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti, “huma jkunu għalija teżor liema bħalu, u nagħdirhom kif raġel jagħder lil ibnu li jaqdih.” Imbagħad mill-ġdid tagħrfu tagħżlu bejn il-ġust u l-ħażin, bejn min jaqdi ’l Alla u min ma jaqdihx.
Explore MALAKIJA 3:17-18
4
MALAKIJA 3:1
“Araw, jiena se nibgħat il-messaġġier tiegħi biex iħejji t-triq quddiemi, u minnufih jidħol fit-tempju tiegħu s-Sid li intom qegħdin tfittxu; u l-anġlu tal-patt, li intom tixtiequ, arawh, ġej!” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
Explore MALAKIJA 3:1