MALAKIJA 1
1
Kapitlu 1
1Oraklu. Il-kelma tal-Mulej lil Iżrael permezz ta’ Malakija.
L-imħabba tal-Mulej għal Iżrael
2“Ħabbejtkom,” jgħid il-Mulej. “Imma intom tgħidu: ‘Fiex ħabbejtna?’ Jaqaw Għesaw mhux ħu Ġakobb? Oraklu tal-Mulej. Madankollu jien lil Ġakobb ħabbejtu#1,2: Lil Ġakobb ħabbejtu: Alla għażel lil Ġakobb u lil nislu Iżrael, u warrab lil Għesaw u lil nislu Edom, it-tnejn ulied Iżakk. Din l-imħabba ta’ preferenza hi l-garanzija għall-poplu ta’ Iżrael.#Dt 4,37; 7,6-8; Is 34; 63,1-6; Ġer 49,7-22; Eżek 25,12-14; 35; Għam 1,11-12.#Is 54,8; Eżek 16; Hos 11,1.; 3imma lil Għesaw bgħadtu, u l-muntanji tiegħu għamilthomlu xagħra, u l-art li wiret ħallejthielu għax-xakalli tad-deżert.”#Ġen 25,23; Rum 9,13.
4Jekk Edom jgħid: “Aħna tfarrakna, imma dak li ġġarraf nerġgħu nibnuh,” dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Huma jibnu, u jiena nħott! U jibdew isejħulhom ‘Art il-ħażen’ u ‘Il-poplu li l-Mulej hu dejjem inkurlat għalih’.#Għabd 21. 5U mbagħad għajnejkom jaraw, u tgħidu: ‘Kbir il-Mulej, aktar lil hemm minn trufijiet Iżrael!’#Is 60.
Ċanfira lill-qassisin
6“L-iben iweġġaħ lil missieru, u l-qaddej lil sidu. Jekk mela jiena missier, fejn hu t-tweġġiħ tiegħi? U jekk jiena Sid, fejn hu l-biża’ minni? Jgħid il-Mulej tal-eżerċti lilkom, qassisin li żżebilħu ismi. Imma intom tgħidu: ‘Fiex żeblaħnieh Ismek?’#Eż 20,12; Dt 1,31; 32,6; Is 29,13. 7Billi fuq l-artal tiegħi toffru ikel imniġġes. Imma intom tgħidu: ‘Biex niġġisnieh?’ Billi intom mingħalikom li l-mejda tal-Mulej jista’ wieħed imaqdarha. 8U jekk toffru vittma għamja#1,8: U jekk toffru vittma għamja: kontra l-Liġi ta’ Mosè; ara Lev 22,17-25; Dt 17,1., dan mhu xejn ħażin? U jekk toffru vittma magħtuba jew marida, mhu xejn ħażin dan? Mur, isa, offriha lill-gvernatur tiegħek: se jieħu gost bik. Jilqgħek tajjeb?” Jgħid il-Mulej tal-eżerċti.#Lev 22,18-25; Dt 15,21.
9U issa morru itolbu lil Alla biex iħenn għalina. Jekk dan iseħħ min-naħa tagħkom, taħsbu intom li se jilqagħkom tajjeb? Jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
10“Mhux li fostkom kien hemm xi ħadd li jsakkar il-bibien ħalli ma tkebbsux nar għal xejn fuq l-artal tiegħi! M’għandix pjaċir bikom,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti, “u minn idejkom ma nilqax offerti. 11Għax minn tlugħ ix-xemx sa nżulha kbir hu ismi fost il-ġnus, u kullimkien isir lil Ismi sagrifiċċju bl-inċens u offerta safja#1,11: Kullimkien isir lil Ismi sagrifiċċju bl-inċens u offerta safja: minflok is-sagrifiċċju li l-Lhud kienu joffru ħażin, Alla jilqa’ s-sagrifiċċju tal-ġnus imxerrda mad-dinja kollha., għax kbir hu Ismi fost il-ġnus,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.#S 113,3; Is 59,19; Ġer 6,20; Għam 5,21; Sof 3,9. 12“Imma intom tipprofanawh meta tgħidu li l-mejda tas-Sid hija mniġġsa u l-ikel ta’ fuqha hu ta’ min imaqdru. 13U intom tgħidu: ‘Ara, xi dwejjaq!’, u taqbdu tonfħu,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti. Intom iġġibu vittmi misruqa u dak li hu magħtub u dak li hu marid, u dan iġġibuh bħala offerta. U jien se nilqagħha minn idejkom?” Jgħid il-Mulej tal-eżerċti.#Lev 22,18-25.
14Misħut il-wiċċ b’ieħor li fil-merħla tiegħu għandu bhima raġel u jwiegħdu lil Alla, u mbagħad lis-Sid joffrilu b’sagrifiċċju dak li hu difettuż. “Għax jien Sultan kbir,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti, “u ismi ta’ min jibża’ minnu fost il-ġnus.”
Currently Selected:
MALAKIJA 1: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.