1
MALAKIJA 1:6
Il-Bibbja
MB20
“L-iben iweġġaħ lil missieru, u l-qaddej lil sidu. Jekk mela jiena missier, fejn hu t-tweġġiħ tiegħi? U jekk jiena Sid, fejn hu l-biża’ minni? Jgħid il-Mulej tal-eżerċti lilkom, qassisin li żżebilħu ismi. Imma intom tgħidu: ‘Fiex żeblaħnieh Ismek?’
Compare
Explore MALAKIJA 1:6
2
MALAKIJA 1:11
Għax minn tlugħ ix-xemx sa nżulha kbir hu ismi fost il-ġnus, u kullimkien isir lil Ismi sagrifiċċju bl-inċens u offerta safja, għax kbir hu Ismi fost il-ġnus,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
Explore MALAKIJA 1:11