YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 29

29
Kapitlu 29
Il-konsagrazzjoni tal-qassisin
1“Dan hu r-rit li għandek iżżomm biex tikkonsagrahom, u jservuni bħala qassisin. Ħu għoġol u żewġ imtaten bla difett.#Lev 8; Lhud 7,26-28. 2Ħu ħobż ażżmu u ftajjar bla ħmira miblula fiż-żejt, u ftajjar irqaq midluka biż-żejt, u agħmilhom mid-dqiq tal-qamħ.#Lev 2,4. 3U qegħedhom f’qoffa waħda, u ġibhom fil-qoffa, u ġib ukoll l-għoġol u l-imtaten. 4Ressaq lil Aron u ’l uliedu ħdejn il-bieb tat-tinda tal-laqgħa, u aħsilhom bl-ilma.#Eż 40,12-15. 5Ħu l-ilbiesi u libbes lil Aron bit-tonka u l-libsa tal-efod, l-efod, u l-pettoral, u ħażżmu bil-faxxa tal-efod, 6u qegħedlu t-turbant fuq rasu u qiegħed il-kuruna mqaddsa fuq it-turbant.#Eż 28,36-37; 39,30. 7U ħu ż-żejt għad-dlik u sawwabhulu fuq rasu u kkonsagrah.#Eż 30,22-23.
8Imbagħad ressaq lil uliedu; libbishom it-tonok; 9ħażżimhom bit-trieħi, u xiddilhom it-turbant; u s-saċerdozju jkun tagħhom b’liġi għal dejjem. Hekk int tagħmel qassisin lil Aron u lil uliedu.
10“Imbagħad ġib l-għoġol ħdejn it-tinda tal-laqgħa, u huma jqiegħdu idejhom fuq rasu. 11U int oqtol l-għoġol quddiem il-Mulej, ħdejn il-bieb tat-tinda tal-laqgħa. 12Ħu ftit mid-demm tal-għoġol, u qiegħdu fuq qrun l-artal b’subgħajk; u l-bqija tad-demm sawbu kollu f’riġlejn l-artal.#Lev 1,5; 4,7. 13Ħu x-xaħam li jiksi l-ġewwieni u t-tebqa tal-fwied u ż-żewġ kilwiet b’xaħamhom, u aħraqhom fuq l-artal. 14Imma l-laħam tal-għoġol, il-ġild u l-ħmieġ tiegħu aħraqhom barra l-kamp. Dan hu sagrifiċċju tal-purifikazzjoni.#Lev 4,11-12; Lhud 13,11.
15“Imbagħad ħu wieħed mill-imtaten, u Aron u wliedu jqiegħdu idejhom fuq ras il-muntun. 16Oqtol il-muntun, iġbor id-demm tiegħu, u xerrdu fuq l-artal madwaru kollu.#Eż 24,6. 17Imbagħad qatta’ l-muntun bċejjeċ, aħsel il-ġewwieni u s-saqajn tiegħu, u qegħedhom fuq il-bċejjeċ u r-ras; 18u mbagħad aħraq il-muntun kollu fuq l-artal. Sagrifiċċju tal-ħruq ifuħ quddiem il-Mulej, hu, sagrifiċċju bin-nar quddiem il-Mulej.#Lev 1,1; Ef 5,2; Fil 4,18.
19“Ħu l-muntun l-ieħor; u Aron u wliedu jqiegħdu idejhom fuqu; 20u int oqtol il-muntun u ħu ftit minn demmu u miss bih tarf il-widna l-leminija ta’ Aron u tarf il-widna l-leminija ta’ wliedu, u fuq subagħhom il-kbir ta’ idhom il-leminija, u subagħhom il-kbir ta’ sieqhom il-leminija, u xerred il-bqija tad-demm taħt l-artal madwaru kollu. 21Imbagħad tieħu ftit mid-demm li jkun hemm fuq l-artal u miż-żejt tal-konsagrazzjoni, u roxx minnu fuq Aron u fuq ilbiesu, u fuq uliedu u lbieshom. Hekk hu u lbiesu jkunu kkonsagrati, u wliedu u lbies uliedu wkoll miegħu.
22“Imbagħad ħu x-xaħam tal-muntun, u d-denb, u x-xaħam li jiksi l-ġewwieni, u t-tebqa tal-fwied, u ż-żewġ kliewi b’xaħamhom, u s-sieq il-leminija, - għax dan hu l-muntun tal-konsagrazzjoni tal-qassisin; 23ħu ħobża u ftira biż-żejt u ftira oħra rqiqa mill-qoffa tal-ażżmu li qiegħed quddiem il-Mulej.#Eż 29,2-3. 24Qiegħed dan kollu f’idejn Aron u idejn uliedu, u jgħolluhom u jxejruhom quddiem il-Mulej. 25Imbagħad ħu kollox minn idejhom u aħraqhom fuq l-artal flimkien mas-sagrifiċċju tal-ħruq, sagrifiċċju jfuħ quddiem il-Mulej, sagrifiċċju tan-nar quddiem il-Mulej.
26“Ħu s-sidra tal-muntun tal-konsagrazzjoni ta’ Aron u għolliha u xejjirha quddiem il-Mulej#29,26: U għolliha u xejjirha quddiem il-Mulej: il-qassis jgħolli u jxejjer l-oġġett b’sinjal ta’ offerta lill-Mulej.; u dan ikun sehmek.#Lev 7,30-34; 10,14-15; Num 18,18-19; Dt 18,3. 27Hekk tqaddes is-sidra li tkun xejjirt u offrejt; u s-sieq tal-muntun tal-konsagrazzjoni li int għollejt u offrejt, u li tmiss lill-qassisin, lil Aron u ’l uliedu; 28tmiss lilhom, lil Aron u wliedu bi dritt għal dejjem, bħala offerta mill-poplu ta’ Iżrael. Dan ikun sehem il-qassisin mill-offerti tas-sliem li joffri l-poplu ta’ Iżrael. Din hi l-offerta tagħhom lill-Mulej.
29“L-ilbies ikkonsagrat ta’ Aron, ikun għal uliedu warajh, jilbsuh meta jkunu midluka u kkonsagrati.#Num 20,26. 30Ibnu, li jkun qassis floku, jilbishom għal sebat ijiem kull meta jidħol fit-tinda tal-laqgħa biex jagħmel is-servizz fis-santwarju.
31“Int ħu l-muntun tal-konsagrazzjoni u għalli laħmu f’post qaddis. 32U Aron u wliedu jieklu l-laħam tal-muntun u l-ħobż li jkun hemm fil-qoffa ħdejn il-bieb tat-tinda tal-laqgħa. 33Jieklu dak kollu li bih saret it-tpattija għall-ħatra u l-konsagrazzjoni tagħhom; ebda profan#29,33: Ebda profan: bniedem li ma kienx mill-familja ta’ Aron. ma jista’ jiekol minnu, għax dan ikel qaddis. 34Jekk imbagħad jibqa’ sa filgħodu xi fdal mil-laħam offert għall-ħatra jew mill-ħobż offert, int għandek taħarqu bin-nar, m’għandux jittiekel, għax ħaġa qaddisa.
35“Dan int tagħmel ma’ Aron u wliedu, skont ma ordnajtlek; sebat ijiem idum ir-rit tal-konsagrazzjoni. 36Int offri għoġol kuljum b’sagrifiċċju tal-purifikazzjoni għall-espjazzjoni. Int ukoll toffri sagrifiċċju tal-purifikazzjoni għall-artal meta tiġi biex tagħmel għalik ir-rit tal-espjazzjoni, u tidilku u tikkonsagrah.#Eżek 43,18-27. 37Sebat ijiem idum ir-rit tal-espjazzjoni għall-artal; u l-artal isir ħaġa mill-aktar qaddisa, u kull min imiss miegħu jitqaddes#29,37: Kull min imiss miegħu jitqaddes: kulma kien imiss mal-artal daqs li kieku ġie kkonsagrat; għalhekk ma kienx ikun jista’ jintuża għal skopijiet profani, jekk mhux b’fidwa jew qerda: ara Eż 34,19; Num 17,2-3; Lev 6,11..
Is-sagrifiċċju ta’ kuljum#Lev 16,18-20; Num 4,15; 2 Sam 6,6-7.
38“Dan hu li għandek toffri għal dejjem fuq l-artal: żewġt iħrief ta’ dik is-sena kuljum;#Lev 6,2-6; Num 28,3-8. 39ħaruf filgħodu u ieħor filgħaxija. 40Mal-ewwel wieħed toffri daqs siegħ dqiq fin ma’ tlitt infas taż-żebbuġ misħuq; u sawwab tlitt infas inbid. 41Int toffri l-ħaruf l-ieħor filgħaxija, u bħal filgħodu toffri miegħu d-dqiq u t-tiswib taż-żejt u l-inbid - offerta tfuħ, offerta bin-nar lill-Mulej. 42Din tkun sagrifiċċju tal-ħruq għal dejjem minn ġenerazzjoni għal oħra tagħkom quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa, fejn niltaqa’ miegħek biex hemm inkellmek.#Eż 25,22. 43Hemm niltaqa’ mal-poplu ta’ Iżrael, u tkunu mqaddsa bil-glorja tiegħi.#Eż 24,16; 40,34. 44Jien nikkonsagra t-tinda tal-laqgħa u l-artal; u nikkonsagra wkoll lil Aron u lil uliedu biex ikunu qassisin ħa jservuni.
45“Jien ngħammar f’nofs ulied Iżrael, u jien inkun Alla tagħhom,#Eż 25,22. 46u huma jkunu jafu li jien il-Mulej, Alla tagħhom, li ħriġthom mill-art tal-Eġittu biex ngħammar f’nofshom. Jien il-Mulej Alla tagħhom.

Currently Selected:

EŻODU 29: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in