YouVersion Logo
Search Icon

DEWTERONOMJU 10

10
Kapitlu 10
It-twavel tal-liġi għat-tieni darba
1“Imbagħad dakinhar qalli l-Mulej: ‘Aqta’ żewġ twavel tal-ġebel bħal ta’ qabel, u itla’ ħdejja fuq il-muntanja, u agħmel ukoll arka tal-injam.#Eż 34,1; Dt 31,26. #Dt 6,2. 2U jien nikteb fuq it-twavel il-kliem, li kien fuq it-twavel ta’ qabel, li int kissirt, u qegħedhom fl-arka.’
3“U jien għamilt arka tal-injam tal-gażżi u fassalt żewġ twavel tal-ġebel bħal ta’ qabel, u tlajt fuq il-muntanja biż-żewġ twavel f’idejja.#Eż 25,10; 34,4. 4U l-Mulej kiteb fuq iż-żewġ twavel, bħalma kien kiteb qabel, l-għaxar kelmiet li l-Mulej kien qalilkom fuq il-muntanja minn ġon-nar f’jum il-ġemgħa, u l-Mulej tahom lili.#Eż 20,1-17; 34,28. 5U dort u nżilt minn fuq il-muntanja, u qegħedt it-twavel fl-arka li kont għamilt fejn baqgħu hemm sal-lum, skont ma ordna l-Mulej.#Eż 40,20; 1 Slat 8,9.
6“Ulied Iżrael telqu minn Berot-bene-ġagħkan għal Mosera; hemm miet Aron u difnuh; u sar qassis floku ibnu Elgħażar.#Num 33,31-38. 7Minn hemm telqu għal Gudgoda u minn Gudgoda għal Ġotbata, art tal-ilma ġieri.
8“F’dan iż-żmien il-Mulej għażel lit-tribù ta’ Levi biex iġorru l-arka tal-patt tal-Mulej, joqogħdu quddiem il-Mulej u jaqduh, u jbierku b’ismu, kif għadhom sal-lum.#Num 3,6; 6,23-27; 16,9. 9Għalhekk it-tribù ta’ Levi ma kellux sehem fil-wirt ma’ ħutu; il-Mulej hu l-wirt tiegħu, bħalma qallu l-Mulej Alla tiegħek.#Num 18,20. 10U jien bqajt fuq il-muntanja bħal qabel, erbgħin jum u erbgħin lejl; u l-Mulej semagħni dik id-darba wkoll, u ma ġiex il-Mulej biex jeqridkom. 11U l-Mulej qalli: ‘Qum u mur, u imxi quddiem il-poplu ħa jidħlu u jieħdu l-art f’idejhom, li jien ħlift li nagħtiha lilhom.’#Eż 32,34; 34,1.
Xi jrid Alla minn Iżrael
12“U issa, Iżrael, x’inhu jitlob Alla minnek, jekk mhux li tibża’ mill-Mulej, Alla tiegħek; li timxi fi triqatu kollha; li tħobbu u li sservi lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha u b’ruħek kollha; 13li tħares il-kmandamenti tal-Mulej u l-liġijiet tiegħu, li jien illum qiegħed nordnalek għall-ġid tiegħek?
14“Ara! Tal-Mulej, Alla tiegħek, huma s-sema u s-sema tas-smewwiet, u l-art u kulma fiha.#Eż 19,5; Neħ 9,6; S 24,1-2. 15Imma lejn missirijietek inġibed il-Mulej, u ħabbhom u għażel lil nisilhom warajhom, lilkom minn fost il-popli kollha, bħalma intom illum.#Dt 7,6-8. 16Aħtnu mela qlubkom, u la twebbsux raskom aktar.#Dt 9,13; 30,6; Ġer 4,4. 17Għax il-Mulej, Alla tagħkom, hu Alla fuq l-allat, u sid fuq is-sidien, Alla kbir, qawwi u tal-biża’, li ma jħarisx lejn l-uċuħ u ma jiħux rigali.#2 Kron 19,7; Ġob 34,19; Għerf 6,7; Atti 10,34; Rum 2,11; Gal 2,6; Apk 17,14; 19,16. 18Jagħmel il-ġustizzja mal-iltim u mal-armla, u jħobb il-barrani u jagħtih ħobż u lbies.#Sir 35,11-16. 19Ħobbu l-barrani, għax intom barranin kontu fl-art tal-Eġittu.#Eż 22,21; 23,9; Lev 19,34. 20Mill-Mulej, Alla tiegħek, għandek tibża’, lilu għandek isservi, miegħu għandek torbot qalbek, u b’ismu għandek taħlef.#Dt 6,13; Mt 4,10; Lq 4,8. 21Hu l-foħrija tiegħek; hu Alla tiegħek, li għamel miegħek dawk l-opri kbar u tal-biża’, li rajt b’għajnejk. 22Sebgħin ruħ kienu missirijietek meta niżlu l-Eġittu, u issa l-Mulej, Alla tiegħek, kattrek bħall-kwiekeb tas-sema.#Ġen 46,27; Eż 1,5; Atti 7,14.

Currently Selected:

DEWTERONOMJU 10: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy