YouVersion Logo
Search Icon

DEWTERONOMJU 11

11
Kapitlu 11
L-imħabba ta’ Alla u l-ħarsien tal-kmandamenti
1“Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, u ħares l-ordnijiet tiegħu, il-liġijiet tiegħu, id-digrieti tiegħu u l-preċetti tiegħu għal dejjem. 2U intom tagħrfu llum - mhux uliedkom li la jafu u lanqas raw it-twiddib tal-Mulej, Alla tiegħek - il-kobor tiegħu, il-qawwa ta’ idu, u driegħu merfugħ; 3u s-sinjali tiegħu, l-opri tiegħu li għamel f’nofs l-Eġittu lill-Fargħun, is-sultan tal-Eġittu, u lil artu kollha;#Eż 6,22; 7,15; S 78,42-51. 4u li għamel lill-eżerċtu tal-Eġittu, liż-żwiemel u l-karrijiet tiegħu, kif il-Mulej qaleb għal fuqhom l-ilma tal-Baħar tal-Qasab, huma u kienu jiġru warajk, u qeridhom il-Mulej sal-lum.#Eż 14,26-28; 15,9; Num 16; S 78,53; 106,11. 5U x’għamel magħkom fid-deżert sakemm wasaltu hawnhekk. 6U tagħrfu x’għamel lil Datan u lil Abiram, ulied Elijab bin Ruben; kif infetħet l-art u belgħethom, lilhom u l-familji bit-tined tagħhom, u b’dawk kollha li żammew magħhom minn fost Iżrael kollu.#Num 16,31-33. 7Intom rajtu b’għajnejkom l-opri kbar kollha li għamel il-Mulej.
8“Ħarsu kulma nordnalkom jien illum, sabiex titqawwew, u tidħlu u tieħdu f’idejkom l-art li se tgħaddu għaliha biex tirbħuha. 9Biex iddumu żmien twil fl-art li l-Mulej ħalef li jagħti lil missirijietkom u ’l nisilhom, art tnixxi ħalib u għasel. 10L-art li dieħel fiha biex teħodha f’idejk mhijiex bħall-art tal-Eġittu, mnejn ħriġtu, fejn kont tiżra’ ż-żerriegħa u ssaqqiha b’riġlek, bħal ġnien tal-ħxejjex;#Dt 28,3-5. 11l-art li int se tgħaddi għaliha biex teħodha f’idejk hi art miżgħuda bil-muntanji u l-widien; art li tixrob l-ilma tax-xita mis-smewwiet;#Dt 8,7-10; Neħ 9,25. 12art li jieħu ħsiebha l-Mulej, Alla tiegħek, b’għajnejh dejjem fuqha mill-ewwel sal-aħħar tas-sena.
13“Jekk intom tisimgħu sewwa l-ordnijiet tiegħi, li qiegħed nagħtikom illum, u tħobbu lill-Mulej, Alla tagħkom, u sservuh b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha,#Lev 26,3-13; Dt 10,12; Ġer 5,24; Ġoel 2,19. 14jien nagħtikom fi żmienha x-xita għal artkom, ix-xita bikrija u x-xita mwaħħra#11,14: Ix-xita bikrija u x-xitwa mwaħħra: l-ewwel xita f’Ottubru/Novembru u l-aħħar waħda f’Marzu/April, żmien iż-żrigħ u żmien il-ħsad. u tiġbor il-qmuħ tiegħek, l-inbid tiegħek u ż-żejt tiegħek. 15Nagħtik il-ħdura tar-raba’ għall-bhejjem tiegħek, u tiekol u tixba’.#S 104,14.
16“Qis li qalbek ma titqarraqx, u tmorru sservu allat oħra u tinxteħtu wiċċkom fl-art quddiemhom,#Dt 4,25-26; 6,14. 17inkella tixgħel il-qilla tal-Mulej kontrikom, u jagħlaq is-smewwiet, u ma jkunx hemm xita, u l-art ma tagħtix il-frott tagħha, u tinqerdu f’qasir żmien minn wiċċ din l-art għammiela li l-Mulej se jagħtikom.
18“Qiegħdu dawn il-kelmiet tiegħi f’qalbkom u f’moħħkom; orbtuhom b’sinjali ma’ idejkom u dendluhom bejn għajnejkom.#Dt 6,6-9. #Mt 23,5. 19Għallmuhom lil uliedkom u tkellmu fuqhom meta tkun mistrieħ f’darek u miexi fit-triq; meta timtedd u meta tqum. 20Iktibhom fuq il-ġnub ta’ bwieb darek u fuq il-bibien. 21U hekk jitkattru jiemek u jiem uliedek fuq l-art, li l-Mulej ħalef li jagħti lil missirijietek; jitkattru bħal jiem is-sema fuq l-art.#Neħ 9,29; Prov 3,2; Ġer 33,25.
22“Jekk tħarsu sewwa dawn il-kmandamenti kollha li qiegħed nagħtikom illum u tagħmluhom, u tħobbu lill-Mulej, Alla tagħkom, u timxu fi triqatu kollha, u torbtu qalbkom miegħu, 23ikeċċi l-Mulej dawn il-ġnus kollha minn quddiemkom u tegħlbu ġnus ikbar u aqwa minnkom.#Num 31; Dt 4,38; 7,1; 9,1. 24Kull fejn jirfes qiegħ riġlejkom, tagħkom ikun, mid-deżert sal-Libanu, mix-xmara l-kbira, ix-xmara tal-Ewfrat, sal-Baħar tal-Punent#11,24: Sal-baħar tal-Punent: il-baħar tal-Mediterran. tinfirex il-fruntiera tiegħek.#Eż 23,31; Ġoż 1,3-5. 25Ebda bniedem ma jiqaflek. Il-Mulej, Alla tagħkom, jitfa’ l-biża’ u t-twerwir tagħkom fuq wiċċ l-art kollha, li fuqha tirfsu, bħalma wegħedkom.
Barka jew saħta
26“Araw, jiena llum inqiegħed quddiemkom barka u saħta;#Dt 27—28; 30,15-20. 27il-barka, jekk tħarsu l-kmandamenti tal-Mulej, Alla tagħkom, li jiena llum qiegħed nordnalkom; 28u s-saħta, jekk ma tħarsux il-kmandamenti tal-Mulej, Alla tagħkom, imma toħorġu mit-triq li jiena llum qiegħed nordnalkom, biex timxu wara allat oħra li ma kontux tafu bihom. 29Malli l-Mulej, Alla tiegħek, idaħħlek fl-art li inti sejjer fiha biex teħodha f’idejk, int tagħti l-barka minn fuq il-muntanja Gariżim, u s-saħta minn fuq il-muntanja Għebal#11,29: Int tagħti l-barka minn fuq il-muntanja Gariżim, u s-saħta minn fuq il-muntanja Għebal: ara Dt 27 u 28. Dawn kienu żewġ muntanji biswit xulxin, b’wita wiesgħa bejniethom, fis-Samarija..#Dt 27,12-13; Ġoż 8,33. 30- Dawn jinsabu n-naħa l-oħra tal-Ġordan mat-triq ta’ nżul ix-xemx, fl-art tal-Kangħanin, li jgħammru fl-Għaraba, biswit Gilgal, ħdejn il-ballut ta’ Mori. -
31“U issa intom se taqsmu l-Ġordan biex tmorru tieħdu f’idejkom l-art li l-Mulej, Alla tagħkom, se jagħtikom, u tirbħuha u tgħammru fiha.#Ġoż 4,19. 32Qisu li tagħmlu l-liġijiet, u d-digrieti li jien qiegħed inqegħdilkom illum quddiemkom.

Currently Selected:

DEWTERONOMJU 11: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy