YouVersion Logo
Search Icon

1 MAKKABIN 8

8
Kapitlu 8
Il-ftehim mar-Rumani
1Ġuda sama’ b’isem ir-Rumani#8,1: Ġuda sama’ b’isem ir-Rumani: l-ewwel darba li l-Lhud kellhom x’jaqsmu mar-Rumani. Mal-mogħdija taż-żmien, mis-sena 63 QK ’l quddiem, meta l-ġeneral Ruman Pompej daħal Ġerusalemm, din il-ħbiberija nbidlet f’mibegħda sakemm il-Lhud qamu kontra r-Rumani fis-sena 67 QK. Fi żmien il-Makkabin Ruma bdiet dieħla ġmielha fil-Lvant u kulħadd kien mistagħġeb biha u beda jfittex il-ħbiberija u l-għajnuna tagħha kontra s-Selewċidi, is-sidien tagħhom. Fl-aħħar kulħadd safa suġġett għaliha, u bdew jobogħduha; ara 1 Mak 1,10; 7,2; 12,3; 15,15-24; 2 Mak 11,34. x’qawwa militari kellhom, u kemm kienu jġibu lil min jinġibed lejhom; li kienu wkoll lesti jagħmlu ħbieb ma’ dawk li jersqu lejhom, u li għalhekk kisbu dik il-qawwa kollha.#2 Mak 11,34. 2Qalulu wkoll bil-gwerer li kellhom u bl-għemejjel qalbiena li għamlu fil-Galazja#8,2: Li għamlu fil-Galazja: ir-Rumani rebħu lill-Galatin fis-sena 189 QK., jiġifieri kif irnexxielhom jegħlbu lil dan il-poplu u jġagħluh iħallas it-tribut; 3u x’għamlu fl-art ta’ Spanja biex jaħtfu taħt idejhom il-minjieri tal-fidda u tad-deheb li hemm fiha. 4Għax huma rnexxielhom jirbħu l-pajjiż kollu bl-għaqal u s-sabar tagħhom, minkejja li l-pajjiż kien ħafna ’l bogħod minnhom, u kif għelbu s-slaten li ħabtu għalihom minn truf l-art sakemm tawhom xebgħa kbira, u kif il-bqija jagħtuhom it-tribut kull sena.
5Qalulu wkoll kif kien għelbu fil-gwerra lil Filippu#8,5: Filippu: Filippu V tal-Maċedonja, megħlub mir-Rumani fis-sena 197 QK, f’Kunoċefalaja. Persew: ibnu, megħlub f’Pidna fis-sena 168 QK. B’hekk intemmet is-saltna tal-Maċedonja. u lil Persew, sultan tal-Kittin, u ’l kull min qam kontrihom, u ġabuhom taħt il-ħakma tagħhom. 6Kif rebħu lil Antijoku#8,6: Rebħu lil Antijoku: Antijoku III (223-187 QK) imlaqqam il-Kbir. Fil-160 QK qala’ xebgħa mingħand ir-Rumani f’Manjesja. Fit-trattat ta’ Apamija, fis-sena 189 QK, ir-Rumani għabbewh bil-piż ta’ 15,000 talent (450,000 kg) tad-deheb. L-influwenza Rumana fil-Lvant issaħħet bis-sħiħ. Antijoku IV għalhekk ipprova jgħaqqad is-Sirja u l-Palestina fuq bażi kulturali, reliġjuża, ekonomika u politika. U hawn beda l-inkwiet mal-Lhud., is-sultan il-kbir tal-Asja, li ħareġ jaħbat għalihom b’mija u għoxrin iljunfant, kavallerija u karrijiet u eżerċtu kbir ħafna, u huma għelbuh; 7u kif qabduh ħaj u ġagħlu lilu u s-suċċessuri tiegħu jħallsu tribut kbir u jħallilhom nies b’rahan, u jċedi 8’l art tal-Indja, il-Medja, u l-Lidja#8,8: L-Indja, Medja u l-Lidja: aktarx għandna naqraw il-Liċja u l-Misja. Jista’ jkun li ħalltuhom il-kopisti għax bl-alfabett Grieg jixxiebhu ħafna fil-kitba. Terġa’ l-Lidja qiegħda fl-Asja Minuri, kienet maħkuma mis-Selewċidi. L-Indja u l-Medja qatt ma kienu maħkuma mis-Selewċidi., l-aħjar fost il-provinċji tagħhom. U wara li ħaduhom mingħandu tawhom lis-sultan Ewmeni. 9Qalulu wkoll kif il-Griegi riedu joħorġu u jeqirduhom, 10u malli r-Rumani saru jafu b’dan, bagħtu kontrihom ġeneral wieħed jagħmlilhom gwerra; qatlu ħafna minnhom, ħadulhom in-nisa u t-tfal ilsiera, serqulhom ġidhom, ħatfulhom arthom, ġarrfulhom il-fortizzi, u żammewhom b’ilsiera sal-lum#8,10: Żammewhom b’ilsiera sal-lum: rebħa Rumana fuq l-Alleanza tal-Akaja fis-sena 146 QK u li biha ntemmet l-indipendenza tal-Griegi. Dan ġara wara l-mewt ta’ Ġuda l-Makkabi.. 11U kif is-saltniet l-oħra u l-gżejjer li xi darba qamu għalihom qerduhom u jassruhom. 12Imma ma’ ħbiebhom u dawk li kienu jafdaw fihom kienu jimxu ta’ ħbieb. Għelbu slaten, mill-qrib u mill-bogħod, u dawk kollha li kienu semgħu b’isimhom kienu jibżgħu minnhom. 13U lil dawk li kienu jridu jgħinuhom isaltnu, kienu jsaltnu; u lil dawk li kienu jridu jneħħu, kienu jneħħuhom; u hekk kibru ħafna.
14Minkejja dan kollu ħadd minnhom ma qiegħed il-kuruna fuq rasu, lanqas ma libes il-porpra biex jitkabbar biha. 15Huma waqqfu senat, fejn kuljum tliet mija u għoxrin membru jiddiskutu bejniethom biex kollox jimxi sewwa għall-ġid tal-poplu. 16U ta’ kull sena jafdaw il-ħakma f’idejn wieħed u dan jiggverna l-art kollha tagħhom; u lkoll jisimgħu minn wieħed, u la hemm mibegħda u lanqas għira bejniethom.
17Ġuda għażel lil Ewpolemu bin Ġwanni, bin Akku, u Ġason bin Elgħażar, u bagħathom Ruma biex jagħmlu ftehim ta’ ħbiberija u alleanza magħhom,#1 Mak 12,1-2; 15,15-22; 2 Mak 4,11. 18u biex ineħħu l-madmad tal-Griegi, għax raw li l-ħakma tal-Griegi kienet qiegħda ġġib lil Iżrael fil-jasar. 19U marru Ruma - it-triq kienet twila ħafna - u daħlu fis-Senat, u qabdu u qalulhom: 20“Ġuda l-Makkabi u ħutu u l-kotra kollha tal-Lhud bagħtuna biex nagħmlu alleanza u paċi magħkom, u li nkunu miktubin fost l-alleati u ħbiebkom.” 21U dan il-kliem għoġobhom.#1 Mak 14,18.
22Din hi l-kopja tal-ittra, li naqqxu fuq twavel tal-bronż u bagħtuha Ġerusalemm biex tibqgħalhom hemmhekk b’tifkira tal-paċi u l-alleanza:
23“Jalla r-riżq lir-Rumani u lill-ġens Lhudi, fuq il-baħar u fuq l-art, għal dejjem. Jalla x-xabla u l-għadu jkunu ’l bogħod minnhom. 24Jekk tinqala’ gwerra kontra Ruma l-ewwel jew kontra l-alleati tagħhom f’artijiethom kollha, 25il-ġens Lhudi jgħinhom minn qalbhom skont ma jkun jitlob iż-żmien. 26U lill-għedewwa la jagħtuhom u lanqas ifornulhom qamħ, la armi, la flus, u la ġfien, skont ma jogħġob lil Ruma; u għandhom iħarsu l-obbligazzjonijiet tagħhom mingħajr ma jieħdu xejn. 27Hekk ukoll jekk il-ġens Lhudi jkun attakkat l-ewwel, ir-Rumani jgħinuhom fil-ġlied minn qalbhom, skont ma ż-żmien ikun jitlob. 28U ma jagħtux lill-għedewwa tagħhom la qamħ, la armi, la flus u la ġfien, kif jogħġob lil Ruma, u jħarsu dawn l-obbligazzjonijiet mingħajr ebda ingann. 29Hekk ir-Rumani ntrabtu mal-poplu Lhudi skont dan il-ftehim.
30“Jekk imbagħad wara dan il-ftehim ikunu jridu, naħa u oħra, iżidu jew inaqqsu xi ħaġa, jagħmlu kif ikun jogħġobhom; kulma jiżdied jew jitnaqqas, iseħħ. 31Dwar il-ħsarat li għamel is-sultan Demetriju lil-Lhud, ktibnielu u għednielu: ‘Għaliex għabbejt bil-piż tal-madmad tiegħek lil ħbiebna u l-alleati tagħna l-Lhud? 32Jekk huma jerġgħu jipprotestaw kontrik, aħna nfittxu li nagħmlulhom ġustizzja, u lilek nagħmlulek gwerra fuq l-art u l-baħar.’ ”

Currently Selected:

1 MAKKABIN 8: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in