1 MAKKABIN 7
7
Kapitlu 7
Demetriju I Soter, sultan tal-Asja (162-150 QK)
1Fis-sena 151#7,1: Fis-sena 151: 161 QK. Demetriju kellu d-dritt għat-tron. Ta’ 9 snin ir-Rumani ħaduh b’ostaġġ Ruma minflok zijuh Antijoku IV Epifani. Meta kellu 25 sena telaq, żbarka s-Sirja, qabad Antjokja f’idejh, qatel lil Antijoku V u lil Lisja, u beda jsaltan floku. Ħa t-titolu ta’ Soter, Salvatur. Demetriju bin Selewku, telaq minn Ruma u żbarka bi ftit irġiel f’belt f’xatt il-baħar, u hemm ipproklama ruħu sultan.#2 Mak 14,1-11.
2Ġara li malli daħal fil-palazz irjali ta’ missirijietu, is-suldati qabdu lil Antijoku u ’l Lisja biex iressquhom quddiemu. 3Imma malli sar jaf b’dan qalilhom: “Tħallunix nara ’l wiċċhom.” 4U s-suldati qatluhom, u Demetriju qagħad fuq it-tron tas-saltna tiegħu.
Spedizzjoni ta’ Bakkidi fil-Lhudija (161QK)
5U marru għandu r-rinnegati u l-midgħajja minn fost Iżrael, immexxija minn Alċimu#7,5: Alċimu: rinnegat Lhudi, għadu tal-Makkabin, suċċessur tal-qassis il-kbir Menelaw; ara 2 Mak 14,3. Demetriju kkonfermah fil-kariga tiegħu; ara 5,9. Beda jxewwex kontra Ġuda u l-poplu Lhudi, u għamel ħsara bla qjies aktar mill-istess pagani; ara 5,23., li kien jixtieq il-post ta’ qassis il-kbir. 6Dawn xlew lill-poplu quddiem is-sultan u qalulu: “Ġuda u ħutu qerdu ’l ħbiebek kollha, u lilna xerrduna ’l bogħod minn artna. 7Issa, mela, ibgħat bniedem ta’ fiduċja; biex jiġi u jara l-ħsara kollha li għamel lilna u lil art is-sultan, u jikkastiga lilhom u ’l dawk li għenuhom.”
8Is-sultan għażel lil Bakkidi, wieħed mill-ħbieb tas-sultan, kmandant tal-art ’l hemm mix-Xmara#7,8: Ix-Xmara: l-Ewfrat., bniedem kbir fis-saltna, leali lejn is-sultan.#1 Mak 2,18. 9U bagħtu flimkien ma’ Alċimu, il-midgħi, li kien għamlu l-qassis il-kbir u tah is-setgħa li jivvendika ruħu minn ulied Iżrael.
10Dawn telqu u marru b’eżerċtu kbir lejn l-art ta’ Ġuda; u bagħtu messaġġiera għand Ġuda u ħutu biex jingannawhom bi kliem ta’ ħbieb. 11Imma dawn ma fdawx fi kliemhom għax kienu raw li ġew b’eżerċtu kbir.
12Imbagħad inġemgħu ma’ Alċimu u Bakkidi ġemgħa kittieba jitolbu ftehim ġust. 13Il-Ħasidin kienu l-ewwel fost ulied Iżrael li talbuhom il-paċi.#1 Mak 2,42. 14Għax qalu: “Qassis min-nisel ta’ Aron ġie mal-eżerċtu, u dan ma jagħmlilniex ħsara.” 15U hu kellimhom u qalilhom kliem ta’ ħbieb u ħalfilhom u qalilhom: “Ma nagħmlulkomx ħsara, la lilkom u lanqas lil ħbiebkom.” 16U huma emmnuh; imma mbagħad hu qabad sittin raġel minnhom, u qatilhom f’jum wieħed, skont ma hu miktub:
17“L-iġsma tal-qaddisin tiegħek u demmhom#S 79,1-3.
xerrduhom madwar Ġerusalemm,
u ma kien hemm ħadd biex jidfinhom.”
18U waqa’ biża’ kbir u twerwir fuq il-poplu kollu, għax bdew jgħidu: “M’hemmx sewwa u ġustizzja fihom, la darba kisru l-ftehim u l-ħalfa li ħalfu.”
19Bakkidi, imbagħad, tbiegħed minn Ġerusalemm u waqqaf il-kamp f’Bet-żajt#7,19: Bet-żajt: raħal 20 km fin-Nofsinhar ta’ Ġerusalemm. u bagħat jarresta ħafna minn dawk li kienu marru miegħu u xi wħud mill-poplu, qatilhom u xeħithom f’ġiebja kbira. 20U ħalla l-pajjiż f’idejn Alċimu, u ħallielu eżerċtu biex jgħinuh. Bakkidi mbagħad telaq għal għand is-sultan. 21Alċimu beda jitħabat biex iżomm il-pożizzjoni tiegħu ta’ qassis il-kbir, 22u ngħaqdu miegħu dawk li xewxu l-poplu tagħhom; qabdu taħt idejhom l-art ta’ Ġuda, u għamlu ħsara kbira f’Iżrael.
23Meta Ġuda ra li l-ħsara, li kienu qegħdin jagħmlu Alċimu u sħabu lil ulied Iżrael, kienet akbar minn dik li kienu għamlu l-Ġentili, 24ħareġ idur mal-art kollha tal-Lhudija u tħallas min-nies li kienu telquh, u għalhekk ma ssugrawx jiġġerrew aktar fil-kampanja. 25Meta Alċimu ra li Ġuda u sħabu kienu minn fuq u fehem li ma setax ilaħħaq magħhom, raġa’ mar għand is-sultan u xliehom b’delitti kbar.
L-ispedizzjoni ta’ Nikanor
26Is-sultan bagħat lil Nikanor, wieħed mill-aktar ġenerali magħrufa tiegħu, u għadu kollu mibegħda għal Iżrael, u ordnalu li jeqred il-poplu.#1 Mak 3,38; 2 Mak 8,9; 14,12-24; 15,3. 27Nikanor#7,27: Nikanor: ġeneral Grieg. Għall-ewwel Nikanor kien ħabib ta’ Ġuda; imma mbagħad kisruha minħabba l-intriċċi ta’ Alċimu; ara 2 Mak 14,17-30. mar Ġerusalemm b’eżerċtu kbir u bagħat jinganna lil Ġuda u ’l ħutu b’messaġġ ta’ ħbieb u qallu: 28“Ma jkunx hemm ġlied bejni u bejnkom. Jien ġejt bi ftit nies biex nara ’l wiċċkom ta’ ħbieb.” 29U ġie għand Ġuda, u sellmu lil xulxin ta’ ħbieb, waqt li l-għedewwa kienu lesti jaħtfu lil Ġuda. 30Imma malli Ġuda ntebaħ li ġie biex jingannah, Ġuda warrab minnu mbażża’ u ma riedx jara ’l wiċċu iżjed.#2 Mak 14,30. 31Nikanor fehem li ħsiebu nkixef; għalhekk ħareġ jitqabad ma’ Ġuda ħdejn Kafar-salama#7,31: Kafar-salama: raħal xi 11-il km fuq il-Majjistral ta’ Ġerusalemm.. 32U waqgħu mejta min-naħa ta’ Nikanor ħames mitt raġel, u l-bqija ħarbu lejn il-belt ta’ David.
33Wara dawn il-ġrajja Nikanor mar fuq l-għolja ta’ Sijon. Xi wħud mill-qassisin ħarġu mis-santwarju flimkien ma’ xi wħud mill-anzjani tal-poplu jsellmulu ta’ ħbieb u wrewh is-sagrifiċċju li kienu qed joffru għas-sultan.#2 Mak 14,31-36; Esd 6,10; Bar 1,11. 34Imma hu beda jwaqqagħhom għaż-żufjett u jiddieħak bihom, ikasbarhom u jkellimhom bil-herra, 35u b’saħna fuqu ħalfilhom u qal: “Jekk ma tagħtunix f’idejja minnufih lil Ġuda u l-eżerċtu tiegħu meta nerġa’ lura mir-rebħa, lil dan il-bini nagħtih in-nar.” U telaq b’rabja kbira fuqu. 36Il-qassisin, imbagħad, daħlu u waqfu quddiem l-artal u s-santwarju u bdew jibku u jgħidu:#Ġoel 2,17; Dt 12,5. 37“Inti għażilt lil din id-dar biex tissemma b’ismek, li tkun dar tat-talb u l-orazzjoni għall-poplu tiegħek. 38Tħallas minn dan il-bniedem u mill-eżerċtu tiegħu, ħallihom jaqgħu mejtin bix-xabla. Ftakar fid-dagħa tagħhom, u tħallihomx aktar ħajjin.”
39Nikanor ħareġ minn Ġerusalemm u waqqaf il-kamp f’Betħoron; hawn ingħaqad miegħu l-eżerċtu tas-Sirja. 40Ġuda waqqaf il-kamp f’Adasa#7,40: F’Adasa: raħal fuq ix-Xlokk ta’ Kafar-salama., bi tlitt elef raġel; u Ġuda beda jitlob u jgħid: 41“Meta l-messaġġiera tas-sultan dgħaw, ħareġ l-anġlu tiegħek u darab minnhom mija u ħamsa u tmenin elf.#2 Slat 18,17—19,37; 2 Mak 8,19; 15,22-24; Is 36—37. 42Hekk issa, mela, kisser dan l-eżerċtu llum quddiemna, ħalli jkunu jafu dawk li jibqgħu ħajjin li żeblaħ bi kliemu t-tempju tiegħek; agħmel ħaqq minnu skont ħżunitu.”
43Fit-tlittax ta’ Adar iż-żewġ eżerċti ħabtu għal xulxin, u l-eżerċtu ta’ Nikanor tkisser, u hu kien l-ewwel wieħed li waqa’ mejjet fil-battalja.#2 Mak 15,25-35. 44Malli t-truppi tiegħu raw li Nikanor kien baqa’ mejjet, irmew l-armi u ħarbu. 45Il-Lhud għamlu għal warajhom tul jum sħiħ minn Adasa sa ma tilħaq Geżer, huma u jdoqqu t-trombi tal-allarm. 46U n-nies ħarġet mill-irħula kollha tal-Lhudija dawramejt u dawruhom: il-maħrubin u dawn intefgħu lura fuq l-għedewwa ta’ warajhom, u mietu kollha bix-xabla, u anqas wieħed ma baqa’ minnhom. 47U l-Lhud ħadu l-priża u kulma sabu, qatgħu ras Nikanor u l-leminija tiegħu, li hu kien rafa’ kollu mkabbar, u ħaduha Ġerusalemm u dendluha hemm. 48Il-poplu ġġennen bil-ferħ, u għaddew dak il-jum bħal jum ta’ ferħ kbir. 49U qatgħuha li jiċċelebraw kull sena dan il-jum tat-tlittax tax-xahar ta’ Adar#7,49: Il-jum tat-tlittax tax-xahar ta’ Adar: 160 QK - 27 ta’ Marzu: il-jum ta’ Nikanor; ara 2 Mak 15,36. Din il-festa ma damux wisq jagħmluha..
50U għal ftit taż-żmien#7,50: Għal ftit taż-żmien: wara xi xahar ħabat għalihom Bakkidi, u Ġuda miet fil-battalja; ara 9,1-18. kien hemm il-mistrieħ fl-art ta’ Ġuda.
Currently Selected:
1 MAKKABIN 7: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.