YouVersion Logo
Search Icon

1 MAKKABIN 4

4
Kapitlu 4
1Gorġja ħa miegħu ħamest elef fanterija u elf kavallier magħżula, u l-istakkament telaq billejl 2biex jintefgħu fuq il-kamp tal-Lhud u jaħbtu għalihom għal għarrieda: xi nies mill-Akra kienu juruhom it-triq.#1 Mak 8,23-29. 3Ġuda, malli sama’, telaq bil-qalbiena tiegħu biex jaħbat għall-eżerċtu tas-sultan, li kien ħdejn Emmaws, 4waqt li l-istakkament kien għadu ’l bogħod mill-kamp. 5U Gorġja wasal fil-kamp ta’ Ġuda u ma sab lil ħadd, u telaq ifittixhom fuq l-għoljiet, għax qal: “Ħarbu minn quddiemna.” 6Mas-sebħ deher Ġuda fil-wita bi tlitt elef raġel, imma ma kellhomx tarkiet u xwabel kemm kienu jridu. 7U raw il-kamp tal-Ġentili qawwi u ffortifikat b’parapett madwaru u bil-kavallerija dawramejt miegħu, kollha nies imħarrġa fil-ġlied. 8Ġuda mbagħad kellem lill-irġiel li kellu miegħu: “La tibżgħux mill-kotra tagħhom, u la tinħasdux meta jaħbtu għalikom.#2 Mak 8,16. 9Ftakru kif kienu meħlusa missirijietna fil-Baħar l-Aħmar, meta l-Fargħun għamel għal warajhom bl-eżerċtu tiegħu.#Eż 14,21-23. 10U issa ngħollu leħenna lejn is-sema! Għandu mnejn iħenn għalina u jiftakar fil-Patt ma’ missirijietna u jfarrak dan l-eżerċtu llum quddiemna.#2 Mak 2,21; 3,18. 11U l-Ġentili kollha jkunu jafu li hawn min jifdi u jsalva lil Iżrael.”
12Meta l-barranin refgħu għajnejhom u rawhom resqin għal fuqhom, 13ħarġu mill-kamp għall-battalja. In-nies ta’ Ġuda daqqew it-trombi, 14u bdew jitqabdu, u l-Ġentili tkissru u ħarbu lejn il-wita; 15u dawk li kienu fuq wara nqerdu bix-xabla. U baqgħu sejrin warajhom sa Geżer u sal-witat tal-Idumija, Ażotu u Ġamnija#4,15: Geżer, Ażotu, Ġamnija: bliet fuq il-Lbiċ tal-Palestina. Idumija: l-art fin-Nofsinhar-Ilbiċ tal-Palestina.; u nqerdu minnhom xi tlitt elef raġel.
16Meta Ġuda raġa’ lura bl-eżerċtu tiegħu mill-ġiri warajhom 17qal lill-poplu: “Tfittxux il-priża, għax hemm battalja oħra lesta għalina. 18Gorġja bl-eżerċtu tiegħu fuq l-għoljiet hu qribna. Mela issa żommu sħiħ kontra l-għedewwa tagħna u ġġildulhom, u wara dan ħudu l-priża b’moħħkom mistrieħ.” 19Kien għadu jitkellem meta dehret qatgħa suldati jitkixxfu minn fuq l-għolja. 20U raw li sħabhom kienu ħarbu, u l-kamp mogħti n-nar, għax id-duħħan li raw kien biżżejjed biex jurihom x’kien ġara. 21Malli raw dan qabadhom biża’ kbir, u xħin intebħu bl-eżerċtu ta’ Ġuda fil-wita lest għal taqbida 22ħarbu lkoll lejn art il-Filistin#4,22: L-art tal-Filistin: ix-xtut tan-Nofsinhar-Ilbiċ tal-Palestina. Il-Filistin kienu dejjem għedewwa tal-Lhud. L-art tagħhom kienet post strateġiku importanti għax minnha kienet - u għadha - tgħaddi t-triq għall-Eġittu.. 23Imbagħad Ġuda raġa’ lura għall-priża fil-kamp, u ħadu ħafna deheb u fidda, drapp ta’ lwien vjola, qroll u ġid kbir. 24Huma u rieġgħa lura bdew ikantaw u jfaħħru s-sema “għax hu tajjeb u l-ħniena tiegħu għal dejjem.”#S 118,1-4.29; 136,1.
25Kienet rebħa kbira għal Iżrael dakinhar.
Il-battalja ta’ Betsur (164 QK)
26Dawk il-barranin li rnexxielhom isalvaw, marru għand Lisja u għarrfuh b’kulma kien ġara.#2 Mak 11,1-12. 27Malli sama’ b’dan tħawwad u qata’ qalbu, għaliex ma ġarax f’Iżrael dak li kien jixtieq, u ma seħħx dak li kien ordna hu s-sultan.
28Fis-sena ta’ wara ġabar sittin elf raġel magħżula u ħamest elef kavallier biex jaħbat għalihom. 29U telaq għall-Idumija u waqqaf il-kamp f’Betsur#4,29: Betsur: belt 24 km fuq in-Nofsinhar ta’ Ġerusalemm.; u Ġuda ħareġ għalihom b’għaxart elef ruħ. 30Kif ra l-qawwa tal-eżerċtu beda jitlob u jgħid: “Imbierek int, is-Salvatur ta’ Iżrael, li ġibt fix-xejn l-attakk tal-ġgant permezz ta’ David, il-qaddej tiegħek, u rħejt l-eżerċtu tal-Filistin f’idejn Ġonatan bin Sawl u t-tarkier tiegħu.#1 Sam 14,1-23; 17,48-50. 31Hekk erħi lil dan l-eżerċtu f’idejn Iżrael, il-poplu tiegħek, ħa jitħawdu bil-forzi u l-kavallerija tagħhom kollha. 32Imliehom bil-biża’ u neħħilhom il-fiduċja li għandhom fil-forza tagħhom, ħa jitriegħdu bit-telfa tagħhom. 33Middhom fl-art bix-xabla ta’ dawk li jħobbuk, biex jgħannu tifħirek dawk kollha li jagħrfu ismek.”
34U ħabtu għal xulxin, u mill-eżerċtu ta’ Lisja waqgħu madwar ħamest elef raġel, u mietu quddiemhom. 35Malli Lisja ra l-eżerċtu tiegħu maħrub, u għaraf il-kuraġġ tal-eżerċtu ta’ Ġuda, u kif dawn kienu lesti li jgħixu jew imutu bl-unur, raġa’ lura lejn Antjokja. Hemmhekk hu qabbad merċenarji oħra bil-ħsieb li jerġa’ jmur il-Lhudija b’eżerċtu akbar minn ta’ qabel.
Il-purifikazzjoni tat-tempju (164 QK)
36Ġuda u ħutu qalu: “Araw, l-għedewwa tagħna tkissru, ħa nitilgħu nnaddfu t-tempju u nerġgħu nikkonsagrawh.”#2 Mak 10,1-8. 37U nġabar l-eżerċtu kollu u telgħu fuq l-għolja ta’ Sijon. 38U raw it-tempju ħerba waħda, l-artal imniġġes, il-bwieb maħruqa, il-ħaxix iħaddar fil-btieħi qisu f’masġar jew fuq xi għolja, u l-kmamar imġarrfa.#S 74,2-7. 39U ċarrtu ħwejjiġhom, bkew biki kbir, u tefgħu l-irmied fuq rashom, 40u nxteħtu wiċċhom fl-art; imbagħad mas-sinjal tat-trombi bdew jgħajtu lejn is-sema.#1 Mak 2,21. 41Ġuda ta l-ordni lit-truppi biex jaħbtu għal dawk li kienu fl-Akra, sa ma jnaddfu t-tempju.
42Imbagħad Ġuda għażel qassisin bla difett li jħobbu l-Liġi, 43u naddaf it-tempju, u warrbu l-ġebel ipprofanat f’post imniġġes. 44Imbagħad bdew jaħsbu x’se jagħmlu bl-artal imniġġes tas-sagrifiċċji tal-ħruq.#1 Slat 8,64. 45Ġiehom il-ħsieb għaqli li jħottuh, biex ma jibqax ta’ għajb għalihom, billi kienu niġġsuh il-Ġentili. Ġarrfu l-artal#1 Mak 6,7. 46u poġġew il-ġebel fuq l-għolja tat-tempju, f’post xieraq, sa ma jiġi profeta jgħidilhom x’jagħmlu bih.
47U ħadu ġebel mhux minġur skont il-Liġi, u bnew artal ġdid bħal dak ta’ qabel#Eż 20,25. 48u rrestawraw is-santwarju u l-inħawi ta’ ġewwa tat-tempju, u l-btieħi kkonsagrawhom. 49U għamlu tagħmir ġdid ikkonsagrat u qiegħdu l-imnara, u l-artal tal-inċens, u l-mejda tal-ħobż tal-preżenza fis-santwarju.#Eż 25,23-39; 30,1-10. 50Ħarqu l-inċens fuq l-artal u xegħlu l-imsiebaħ tal-imnara u dawn bdew jiddu fis-santwarju.#Eż 30,7-9; 2 Mak 10,3. 51U poġġew il-ħobż fuq il-mejda, u dendlu l-purtieri. Hekk temmew ix-xogħol kollu li kienu ndaħlu għalih.
52U bakkru mas-sebħ tal-ħamsa u għoxrin#4,52: Tal-ħamsa u għoxrin xahar: 1-14 ta’ Diċembru 164 QK. tad-disa’ xahar, ix-xahar ta’ Kaslew, tas-sena 148. 53U offrew sagrifiċċju skont ma titlob il-Liġi fuq l-artal il-ġdid tas-sagrifiċċju tal-ħruq, li kienu għamlu.#Eż 30,10; Eżek 43,18-27. 54Sewwasew fl-istess żmien u fl-istess jum li fih il-Ġentili kienu niġġsuh, l-artal kien ikkonsagrat bil-kant u d-daqq taċ-ċetri, l-arpi u ċ-ċnieċel. 55U l-poplu kollu nxteħet wiċċu fl-art u taw qima u bdew ibierku s-sema li tahom ir-risq. 56U ċċelebraw il-festa tal-konsagrazzjoni mill-ġdid tal-artal għal tmint ijiem, u offrew ferħana sagrifiċċji tal-ħruq, sagrifiċċji tas-sliem u sagrifiċċji ta’ radd il-ħajr. 57U żejnu l-faċċata tat-tempju b’kuruni tad-deheb u tarki żgħar; ġeddew il-bibien u l-kmamar u qegħdulhom il-bibien. 58Kien hemm ferħ kbir fost il-poplu għax tħassar l-għajb tal-Ġentili.
59Ġuda u ħutu mal-ġemgħa kollha ta’ Iżrael qatgħuha li jiem il-konsagrazzjoni tal-artal ikunu ċċelebrati f’waqthom bil-ferħ u l-hena kull sena, għal tmint ijiem mill-ħamsa u għoxrin ta’ Kislew ’il quddiem#4,59: Tmint ijiem sħaħ mill-ħamsa u għoxrin ta’ Kislew ’il quddiem: it-tempju kkonsagrawh mill-ġdid fl-14 ta’ Diċembru 164 Qk; v. 52. Din kienet il-festa tal-Ħannukah, jum il-konsagrazzjoni tat-tempju; ara Ġw 10,22..#Ġw 10,22.
60Dak iż-żmien bnew madwar l-għolja ta’ Sijon ħitan għolja u torrijiet qawwijin, biex ma jerġgħux jiġu l-Ġentili jitfgħuha taħt is-saqajn bħal qabel. 61Ġuda mbagħad ħalla l-għases biex iħarsuha; iffortifika wkoll Betsur, biex il-poplu jkollu fortizza biswit l-Idumija.

Currently Selected:

1 MAKKABIN 4: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in