1 MAKKABIN 3
3
Kapitlu 3
Taħt il-kmand ta’ Ġuda l-Makkabi
1Ġuda ibnu, li kienu jsejħulu l-Makkabi, laħaq floku. 2U nġabru miegħu ħutu lkoll u dawk kollha li kienu ma’ missieru, u ġġieldu l-battalji ta’ Iżrael kollhom ferħana.
3Għolla l-ġieħ tal-poplu tiegħu;#2 Mak 8,5.
xedd il-kurazza bħal ġgant;
tħażżem bit-tagħmir tal-gwerra;
inxteħet għall-battalji,
u bix-xabla tiegħu kien iħares il-kamp.
4F’għemilu kien qisu ljun,#2 Mak 11,11.
bħal ferħ ta’ ljun iriegħed għall-priża.
5Għamel għal wara r-rinnegati u qabadhom,
u l-ħawwada tal-poplu tahom n-nar.
6U r-rinnegati triegħdu quddiemu bil-biża’
u nfixlu dawk kollha li kienu jagħmlu l-ħażen,
u bis-saħħa tiegħu seħħet is-salvazzjoni.
7U kedd ħafna slaten,
imma ferraħ lil Ġakobb b’għemilu.
Imbierka tifkirtu li tibqa’ għal dejjem.
8U ġġerra mal-ibliet kollha ta’ Ġuda,
u qered minnha l-ħżiena,
u hekk warrab il-korla minn fuq Iżrael.
9Ismu wasal sa truf id-dinja;
u ġabar flimkien il-mitlufin.
L-ewwel rebħa
10Apollonju#3,10: Apollonju: ara 1,29; 2 Mak 5,24. ġabar nies Ġentili u eżerċtu qawwi mis-Samarija biex jiġġieled kontra Iżrael.#2 Mak 8,1-7. 11Malli Ġuda sar jaf, ħareġ għalih, għelbu u qatlu; ħafna min-nies tiegħu waqgħu midruba għall-mewt u l-bqija ħarbu. 12Il-Lhud ħadu l-priża; Ġuda ħa x-xabla ta’ Apollonju, u biha baqa’ jiġġieled għomru kollu.
13Seron, il-kmandant tal-eżerċtu tas-Sirja, sama’ li Ġuda kien ġama’ madwaru kotra kbira ta’ nies, li kien fiha għadd ta’ nies leali u lesti għall-ġlied. 14U hu qal: “Ħa nagħmel isem għalija u jkolli unur mas-saltna kollha, u naħbat għal Ġuda u n-nies li għandu miegħu, li sfidaw id-digriet tas-sultan.”
15U ċċaqlaq u marret miegħu kotra qawwija ta’ nies midgħajja biex tgħinu jitħallas minn ulied Iżrael. 16U hu wasal sat-telgħa ta’ Betħoron, u Ġuda ħareġ għalih bi ftit nies. 17Dawn malli raw dak l-eżerċtu riesaq lejhom qalu lil Ġuda: “Kif nistgħu, il-ftit li aħna, neħduha ma’ kotra qawwija bħal din? Barra dan, illum għadna ma trejjaqniex, u nħossuna mifnija.”
18Ġuda weġibhom: “Ħaġa ħafifa li ħafna jaqgħu f’idejn il-ftit; għas-Sema kollu xorta li ssalvana bil-ħafna jew bil-ftit. 19Ir-rebħa fil-gwerra ma sseħħx bil-kotra tal-eżerċtu, għax mis-Sema tiġi l-forza.#1 Sam 14,6. 20Huma ġejjin għalina mimlija bihom infushom u kollhom ħażen biex jisirquna u jeqirduna, lilna, lin-nisa tagħna u lil uliedna. 21Imma aħna qegħdin niġġieldu għal ħajjitna u l-liġijiet tagħna. 22Alla stess#3,22: Alla stess: litteralment Hu stess: l-awtur, fejn jista’, b’rispett ma jsemmix lil Alla direttament iżda jinqeda bil-pronom jew xi kelma oħra; smewwiet, bħall-espressjoni: is-saltna tas-smewwiet fl-Evanġelji; ara 1 Mak 3,50; Mt 3,2; 4,17; 5,3,10. għad ifarrakhom quddiemna. Ma għandkomx għax tibżgħu minnhom!”
23Malli temm kliemu, inxteħet għal fuqhom għal għarrieda, u Seron u l-eżerċtu tiegħu tħarbtu quddiemu. 24U Ġuda baqa’ jiġri għal warajh man-niżla ta’ Betħoron sal-wita ta’ taħtha. U mietu xi tmien mitt wieħed#3,24: Tmien mitt wieħed: in-numri tan-nies armati, mejta jew midruba, m’għandniex bilfors neħduhom fis-sens litterali. L-awtur juri l-importanza jew le ta’ xi battalja billi jkabbar jew iċekken l-għadd tan-nies miż-żewġ naħat., u l-bqija ħarbu lejn art il-Filistin.#Ġoż 10,10.
25Il-biża’ ta’ Ġuda u ħutu beda jixtered, u bdew jitkexkxu l-Ġentili ta’ madwarhom. 26Il-fama tiegħu waslet sa għand is-saltna, u l-ġnus kollha bdew jitkellmu fuq il-battalji tiegħu.
Antijoku jħejji għall-ġlied
27Malli s-sultan Antijoku sama’ b’dawn il-ġrajja xegħel bil-qilla u bagħat jiġbor il-forzi kollha tas-saltna, eżerċtu ta’ qawwa kbira. 28U fetaħ it-teżor u ta lis-suldati l-ħlas ta’ sena u ordnalhom li jkunu lesti għal kulma jkun hemm bżonn. 29Imbagħad intebaħ li l-flus naqsu mit-teżor u li d-dħul tal-ħaraġ mill-pajjiż kien ċkien minħabba t-tħarbit u l-ħsara, li hu stess kien ġieb fuq il-pajjiż, biex ineħħi l-użanzi li kienu ġejjin minn żmien il-qedem. 30Għalhekk beża’ li jiġrilu bħalma ġralu darba jew darbtejn qabel, ma jkollux biżżejjed għall-ispejjeż u r-rigali, li kien jagħti qabel b’id miftuħa u ħafna aktar mis-slaten ta’ qablu.
31Għamel f’qalbu u qatagħha li jmur il-Persja, jiġbor it-taxxi minn dawk il-provinċji u jdaħħal kemxa flus. 32U ħalla lil Lisja, bniedem nobbli u ta’ nisel is-slaten, biex jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tas-saltna mix-xmara tal-Ewfrat sal-fruntiera tal-Eġittu, 33u jieħu wkoll ħsieb ibnu Antijoku sa ma jerġa’ lura. 34Ħalla f’idejh ukoll nofs l-eżerċtu u l-iljunfanti u ta l-ordnijiet fuq kulma xtaq, l-aktar dwar il-poplu tal-Lhudija u Ġerusalemm. 35Kontra dawn Lisja kellu jibgħat eżerċtu biex ikisser u jeqred il-forza ta’ Iżrael u kulma kien fadal minnha f’Ġerusalemm, iħassar tifkirithom minn dak il-post, 36u jgħammar dawn l-inħawi b’nies barranin u jqassmilhom l-art bejniethom. 37U s-sultan ħa miegħu n-nofs l-ieħor tal-eżerċtu u telaq minn Antjokja, il-belt tas-saltna tiegħu, fis-sena 147#3,37: Fis-sena 147: 165 QK; ara 1 Mak 6., u qasam ix-xmara tal-Ewfrat u dar mal-inħawi kollha tat-Tramuntana.
Il-battalja ta’ Emmaws (165 QK)
38Lisja ħatar lil Ptolomew bin Dorimeni u lil Nikanor u Gorġja, nies ta’ ħila u ħbieb tas-sultan.#2 Mak 8,8-15. #1 Mak 2,18; 7,26; 2 Mak 4,45; 8,8-9; 10,14. 39U bagħat magħhom erbgħin elf fanterija u sebat elef kavallerija biex imorru f’art Ġuda u jħarbtuha skont l-ordni tas-sultan. 40U telqu bl-eżerċtu kollu magħhom u waslu u waqqfu l-kamp fil-wita ħdejn Emmaws#3,40: Emmaws: raħal xi 40 km fuq il-Punent ta’ Ġerusalemm.. 41Malli semgħu bihom in-neguzjanti ta’ dawk l-inħawi qabdu kemxa flus tal-fidda u d-deheb u ċippijiet, u rħewlha lejn il-kamp biex jixtru lil ulied Iżrael b’ilsiera. Magħhom żdiedu wkoll truppi mis-Sirja u mill-Filistin.
42Ġuda u ħutu raw li l-periklu kien qiegħed jikber u li l-eżerċtu kien waqqaf il-kamp f’arthom; saru jafu wkoll bl-ordni tas-sultan, li kien qatagħha li jeqred u jtemm il-poplu għalkollox. 43U bdew jgħidu lil xulxin: “Ħa nwaqqfu l-ħerba tal-poplu tagħna u nitqabdu għall-poplu tagħna u għat-tempju.” 44U laqqgħu l-ġemgħa kollha biex iħejju ruħhom għall-gwerra u jitolbu lil Alla biex jaqilgħu l-ħniena u l-mogħdrija.
45Ġerusalemm kienet bħal deżert bla nies;
ħadd minn uliedha ma kien jidħol jew joħroġ.
It-tempju mixħut taħt is-saqajn.
Il-fortizza kienet f’idejn il-barranin
u kenn għall-Ġentili.
Il-ferħ kien għab mingħand Ġakobb,
u siktu l-flawt u l-arpa.
46U huma nġabru u marru f’Misfa biswit Ġerusalemm#3,46: Misfa biswit Ġerusalemm: santwarju mill-eqdem, xi 12-il km fuq il-Punent ta’ Ġerusalemm; ara 1 Sam 7,5-11; 10,17., għax Misfa fl-imgħoddi kienet post tat-talb għal Iżrael.#2 Mak 8,16-33. #Mħ 20,1-3; 1 Sam 7,5-6; 2 Mak 8,16-23. 47Dakinhar samu, u libsu x-xkejjer u tefgħu l-irmied fuq rashom u ċarrtu ħwejjiġhom. 48U fetħu l-Ktieb tal-Liġi biex ifittxu fih#3,48: Il-Ktieb tal-Liġi biex ifittxu fih: il-pagani jistħarrġu l-orakli tagħhom, il-Lhud jistħarrġu l-Kotba ta’ Alla. dak li l-Ġentili jfittxu mix-xbihat tal-allat tagħhom.#2 Mak 8,23. 49Ġiebu wkoll l-ilbies tal-qassisin, il-frott tal-bikri u l-għexur; ġabru lin-Nażrin#3,49: Nażrin: ara Num 6,1., li kienu għalqu ż-żmien,#Num 6,1-5; Atti 21,23-26. 50u għollew leħinhom u bdew jgħajtu lejn is-sema u jgħidu: “X’se nagħmlu b’dawn? Fejn se neħduhom? 51It-tempju tiegħek mixħut taħt is-saqajn u mkasbar, il-qassisin tiegħek imnikkta u umiljati. 52U ara issa l-Ġentili miftiehma bejniethom biex jeqirduna. Int taf x’għandhom f’rashom għalina. 53Kif nistgħu aħna nżommulhom jekk int ma tgħinniex?” 54U daqqew it-trombi u bdew jgħajtu b’leħen qawwi.
55Imbagħad wara dan Ġuda għażel il-kmandanti tal-poplu, fizzjal ta’ eluf, mijiet, ħamsinijiet, u għaxriet.#Eż 18,21-22. 56U dawk li kienu qegħdin jibnu djar, jew mgħarrsa ma’ mara, jew iħawlu d-dwieli jew beżżiegħa, ordnalhom li jerġgħu lejn djarhom skont ma tgħid il-Liġi.#Dt 20,5-9; Mħ 7,2; Lq 14,18-20. 57Imbagħad l-eżerċtu telaq, u waqqfu l-kamp lejn in-Nofsinhar ta’ Emmaws.
58“Tħażżmu,” qalilhom Ġuda, “u kunu nies ta’ ħila, kunu lesti għal għada filgħodu biex titqabdu ma’ dawn il-Ġentili li nġemgħu kontrina biex jeqirdu lilna u t-tempju tagħna. 59Ikun aħjar għalina li mmutu fil-gwerra, milli naraw il-ħerba ta’ ġensna u t-tempju tagħna.#1 Mak 2,21-22; 1 Mak 3,18. 60Imbagħad irid xi jrid is-sema, ħa jagħmel hu.”
Currently Selected:
1 MAKKABIN 3: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.