YouVersion Logo
Search Icon

LEVITIKU 18

18
Kapitlu 18
Relazzjonijiet sesswali pprojbiti
1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:#Lev 20,8-21. 2“Kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: Jiena l-Mulej Alla tagħkom. 3La tagħmlux bħalma jagħmlu fl-art tal-Eġittu fejn kontu tgħammru, u tagħmlux bħalma jagħmlu fl-art ta’ Kangħan li se nġibkom fiha; timxux skont il-liġijiet tagħhom.#Eż 23,23-24; Eżek 20,7-8. 4Agħmlu skont id-digrieti tiegħi, u ħarsu l-liġijiet tiegħi, u imxu fuqhom. Jiena l-Mulej Alla tagħkom. 5Ħarsu l-liġijiet u d-digrieti tiegħi; il-bniedem li jagħmilhom ikollu l-ħajja bihom. Jiena hu l-Mulej.#Dt 4,1; 5,29; 6,24; 8,1; Neħ 9,29; Eżek 20,11; Gal 3,12; Rum 10,5.
6“Ħadd ma għandu jersaq lejn ebda qariba tiegħu#18,6-18: Ħadd ma għandu jersaq lejn ebda qariba tiegħu: Hawn il-liġi tistabbilixxi l-gradi tal-parentela li fihom hu pprojbit iż-żwieġ u kull relazzjoni sesswali oħra bejn il-qraba. biex jikxef l-għera tagħha. Jien hu l-Mulej.
7“La tikxifx l-għera ta’ missierek, jew l-għera ta’ ommok, għax dik hi ommok; la tikxfilhiex għeritha.
8“La tikxifx l-għera ta’ mart missierek, għax dik hi l-għera ta’ missierek.#Dt 23,1; 27,20; 1 Kor 5,1.
9“La tikxifx l-għera ta’ oħtok, bint missierek, jew bint ommok, imwielda d-dar jew barra.#Dt 27,22.
10“La tikxifx l-għera ta’ bint ibnek, jew bint bintek, għax hi l-għera tiegħek.
11“La tikxifx l-għera ta’ bint il-mara ta’ missierek, imwielda minn missierek, għax hi oħtok; tikxfilhiex għeritha.
12“La tikxifx l-għera ta’ oħt missierek, għax hi qariba ta’ missierek.
13“La tikxifx l-għera ta’ oħt ommok, għax hi qariba ta’ ommok.
14“La tikxifx l-għera ta’ ħu missierek, jiġifieri la tersaqx lejn martu, għax hi z-zija tiegħek.
15“Tikxifx l-għera ta’ mart ibnek, għax hi mart ibnek; tikxifx għeritha.
16“La tikxifx l-għera ta’ mart ħuk, għax hi l-għera ta’ ħuk.#Mt 14,3-4; Mk 6,18.
17“La tikxifx l-għera ta’ mara u ta’ bintha; anqas ma għandek tieħu bint binha, jew bint bintha, għax tikxef l-għera tagħha; għax huma qraba u tkun ħaġa faħxija.
18“Tiħux b’mara#18,18: Tiħux b’mara: ’l oħt martek b’rivali tagħha: ir-raġel seta’ jkollu aktar minn mara waħda, basta mhux żewġt aħwa, biex ma jkunx hemm ġlied fil-familja: ara Ġen 30,1-24. ’l oħt martek b’rivali tagħha, u tikxef l-għera tagħha, meta l-oħra tkun għadha ħajja.
19“La tersaqx lejn mara mniġġsa fi żmienha, biex tikxef l-għera tagħha.
20“La timteddx mal-mara ta’ għajrek, u hekk titkasbar magħha.#Eż 20,14.
21“La tħalli ’l ħadd minn nislek jgħadduh min-nar f’ġieħ Molek#18,21: F’ġieħ Molek: is-sagrifiċċju tat-trabi lill-alla falz Molek tal-Kangħanin., u hekk ma żżeblaħx l-isem ta’ Alla tiegħek. Jiena l-Mulej.#Ġen 22,1-19; Lev 19,12; 22,32; Dt 18,10; 2 Slat 16,3; 21,6.
22“La timteddx ma’ raġel, bħalma timtedd ma’ mara; għax hi ħaġa moqżieża.#Ġen 19,5; Dt 23,18; 1 Kor 6,9-10; Rum 1,27.
23“La timtedd ma’ ebda bhima biex titkasbar magħha; u lanqas mara ma għandha tersaq quddiem bhima biex titħallat magħha, għax hi ħaġa faħxija.#Eż 22,18; Dt 27,21.
24“La titkasbru b’ebda ħaġa minn dawn, għax b’dawn il-ħwejjeġ tkasbru l-ġnus li jien se nkeċċihom minn quddiemkom.
25Tkasbret l-art, u jien ikkastigajtha minħabba ħżunitha, u beżqet ’il barra lil min kien jgħammar fiha.
26“Imma intom għandkom tħarsu l-liġijiet u d-digrieti tiegħi, u ma tagħmlu xejn minn dawn il-qżiżijiet kollha, sew min hu tal-post sew il-barranin f’nofskom. 27Għaliex dawn il-qżiżijiet kollha għamluhom in-nies tal-art, li kien hemm qabilkom, u b’hekk tkasbret l-art. 28Hekk l-art ma tobżoqkomx talli tkunu kasbartuha, bħalma beżqet il-ġens ta’ qabilkom. 29Kull min jagħmel minn dawn il-qżiżijiet kollha jkun maqtugħ mill-poplu tiegħu.
30“Ħarsu mela l-preskrizzjonijiet tiegħi biex ma teħdux id-drawwiet moqżieża li kellhom in-nies ta’ qabilkom u titħammġu bihom.#Dt 18,19.
“Jiena l-Mulej Alla tagħkom.”

Currently Selected:

LEVITIKU 18: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy