LHUD 2
2
Kapitlu 2
Is-salvazzjoni l-kbira
1Għalhekk għandna nagħtu ħafna aktar kas ta’ dak li smajna, li ma mmorrux nitbiegħdu ’l barra mit-triq. 2Għax jekk il-kelma li ngħatat permezz tal-anġli#2,2: Permezz tal-anġli: skont tradizzjoni tal-għorrief Lhud, Alla ta l-Liġi lil Mosè permezz tal-anġli; ara Atti 7,53; Gal 3,19. kienet tiswa tant li min ma kienx iħarisha, jew ma kienx joqgħod għaliha, kien jieħu l-ħlas li ħaqqu,#Atti 7,38-53; Gal 3,19. 3kif nistgħu neħilsuha aħna jekk inwarrbu salvazzjoni hekk kbira? Din hi salvazzjoni li ngħatat l-ewwel bil-fomm tal-Mulej stess, u mbagħad wassluha sħiħa lilna dawk li semgħuh.#Lhud 10,29; 12,25. 4Ma’ tagħhom Alla żied ix-xhieda tiegħu b’sinjali u għeġubijiet u ħafna għemejjel setgħana, u wkoll bid-doni tal-Ispirtu s-Santu mqassmin skont ir-rieda tiegħu.#1 Kor 12,4-11.
Il-glorja tas-Salvatur
5Id-dinja li għandha tiġi, li fuqha qegħdin nitkellmu, Alla ma qegħedhiex taħt is-setgħa tal-anġli. 6X’imkien fl-Iskrittura hemm xhieda li tgħid hekk:
“X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih,
jew bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?
7 Ftit inqas mill-anġli int għamiltu,
bil-glorja u l-ġieħ żejjintu,
8 kollox taħt riġlejh qegħedtlu.”
Issa, meta jgħid li “qiegħed kollox taħt is-setgħa tiegħu”, dan ifisser li xejn ma ħalla li ma jkunx imqiegħed taħtu. Tassew li għalissa aħna għadna m’aħniex naraw kollox taħt is-setgħa tiegħu.#1 Kor 15,27. 9Madankollu, lil dak li għal ftit taż-żmien kien imniżżel ftit inqas mill-anġli, lil Ġesù, aħna issa qegħdin narawh imżejjen fil-glorja u l-ġieħ minħabba fil-mewt li hu bata, biex, għall-grazzja ta’ Alla, il-mewt li daq tkun għall-ġid ta’ kulħadd.#Fil 2,8-9.
10Għax kien jixraq li Alla, li għalih u bih sar kollox, waqt li jwassal ħafna wlied għall-glorja, jagħmel li l-Awtur tas-Salvazzjoni tagħhom#2,10: L-Awtur tas-Salvazzjoni tagħhom: Ġesù Kristu. ikun perfett bis-saħħa tas-sofferenzi. 11Għax kemm dak li jqaddes, u kemm dawk li jiġu mqaddsin, ilkoll huma mill-istess wieħed. U għalhekk Ġesù ma jistħix isejħilhom ħutu,#Mt 25,40; Mk 3,35; Ġw 20,17. 12billi jgħid:
“Inxandar ismek lil ħuti,
f’nofs il-ġemgħa nfaħħrek;” #
S 22,29.
13u wkoll:
“Fih jiena nittama;”
u iżjed:
“Hawn jien, jien u l-ulied li Alla tani”. #
Is 8,18; 12,2.
14Billi l-ulied għandhom l-istess demm u ġisem, Ġesù wkoll bl-istess mod sar bħalhom, biex b’mewtu jeqred is-setgħa ta’ dak li kellu l-mewt f’idejh, jiġifieri x-Xitan,#Ġw 12,31; 1 Ġw 3,8; Apk 12,10. 15u jeħles ’il dawk kollha li, minħabba fil-biża’ tal-mewt, kienu mjassrin għal għomorhom kollu. 16Għax tabilħaqq, mhux lill-anġli jrid jgħin, imma lil ulied Abraham.#Is 41,8-9. 17Għalhekk kellu jkun jixbah lil ħutu f’kollox, biex ikun il-qassis il-kbir, ħanin u fidil f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla, u biex ipatti għal dnubiet il-poplu#2,17: Biex ipatti għal dnubiet il-poplu: l-awtur tal-ittra qiegħed jagħti deskrizzjoni tar-riti għall-maħfra tad-dnubiet fit-Tempju darba fis-sena f’jum l-espjazzjoni jew il-maħfra; ara Lev 4,20. 26. 35; 16,6. 10. 11..#Fil 2,7; Lhud 2,14; 1 Ġw 5,10. 18Għax, billi hu stess bata u kien imġarrab, jaf jgħin lil dawk li huma fit-tiġrib.#Lhud 4,15.
Currently Selected:
LHUD 2: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: