YouVersion Logo
Search Icon

LHUD 3

3
Kapitlu 3
Ġesù akbar minn Mosè
1Għalhekk, l-aħwa qaddisin, li għandkom sehem fis-sejħa tas-sema, aħsbu f’Ġesù, l-appostlu#3,1: L-appostlu: fis-sens ta’ mibgħut: Ġesù Kristu li kien mibgħut mill-Missier biex jifdi l-bnedmin. u l-qassis il-kbir li aħna nistqarru.#Lhud 4,14; 6,20; 7,26; 8,1; 9,11. 2Hu kien fidil ma’ dak li ħatru kif kien ukoll Mosè fid-dar kollha ta’ Alla.#Num 12,7. 3Issa dan Ġesù kien meqjus li jistħoqqlu glorja daqshekk aqwa minn dik ta’ Mosè daqs kemm aktar ħaqqu ġieħ il-bennej mid-dar li jkun bena. 4Għax kull dar jibniha xi ħadd, imma Alla jibni kollox hu. 5Tassew li Mosè kien fidil fid-dar kollha ta’ Alla bħala qaddej, u dan għamlu b’xhieda ta’ dak li kien għad irid jgħid Alla.#Num 12,7. 6Imma Kristu kien fidil fuq id-dar tiegħu bħala iben. U d-dar ta’ Alla hi aħna, kemm-il darba nżommu sħaħ il-fiduċja u t-tama li bihom niftaħru#3,6: U t-tama li bihom niftaħru: xi Mss jżidu u nżommu sħiħ sal-aħħar; ara 3,14..#Kol 1,23; Lhud 3,14.
Il-mistrieħ tal-poplu ta’ Alla
7Għalhekk, kif jgħid l-Ispirtu s-Santu:
“Jekk illum tisimgħu leħnu, # S 95,7-11.
8 la twebbsux qalbkom bħal f’jum l-irvell,
jum it-tiġrib fid-deżert, # Eż 17,7; Num 20,2-5.
9 fejn ġarrbuni missirijietkom biex jippruvawni,
u raw kulma għamilt jien 10tul erbgħin sena.
Għalhekk jien stmerrejtha lil din il-ġenerazzjoni
u għedt: ‘Dawn dejjem mitlufin f’qalbhom;
huma ma għarfux triqati.’
11 Hekk ħlift waqt il-korla tiegħi:
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.” # Num 14,21-23.
12L-aħwa, araw li f’ebda wieħed minnkom ma jkun hemm qalb imħassra bin-nuqqas ta’ twemmin li jwassal għall-firda minn Alla l-ħaj. 13Imma agħmlu l-qalb lil xulxin kull jum, sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum”, biex ħadd minnkom ma jiġġarraf mid-dnub u jwebbes qalbu. 14Għax aħna għandna sehem fi Kristu, jekk inżommu sħiħa sal-aħħar it-tama li kellna fil-bidu.#Lhud 3,6. 15Jingħad fl-Iskrittura:
“Jekk illum tisimgħu leħnu,
la twebbsux qalbkom bħal f’jum l-irvell.” # S 95,7-8; Lhud 3,7-8.
16U min huma dawk li semgħu u qamu kontrih? Mhux dawk kollha li ħarġu mill-Eġittu bis-saħħa ta’ Mosè?#Num 14,1-35. 17U lil min stmerr għal erbgħin sena? Mhux lil dawk li dinbu, u li l-iġsma tagħhom waqgħu mejta fid-deżert?#Num 14,29; 1 Kor 10,10. 18U għal min ħalef li ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħu, jekk mhux għal dawk li ma ridux jisimgħu?#Num 14,22-23; S 95,11; Lhud 3,11. 19Hekk naraw li huma ma setgħux jidħlu minħabba fin-nuqqas ta’ twemmin tagħhom.

Currently Selected:

LHUD 3: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in