LHUD 1
1
Kapitlu 1
Alla tkellem permezz ta’ Ibnu
1Alla fl-imgħoddi kellem lil missirijietna ħafna drabi u b’ħafna manjieri permezz tal-profeti. 2Issa f’dan l-aħħar żmien, huwa kellimna permezz ta’ Ibnu, li hu għamlu werriet ta’ kollox, u li bih ukoll għamel il-ħolqien.#S 2,8; Mt 21,38; Ġw 1,3; Kol 1,16. 3Hu, l-Iben, li hu d-dija tal-glorja ta’ Alla u x-xbieha tal-essenza tiegħu, u li jżomm id-dinja kollha bil-kelma setgħana tiegħu, wara li naddafna minn dnubietna, qagħad fuq il-lemin tal-kobor ta’ Alla fl-għoli tas-smewwiet,#S 110,1; Mt 22,44; Mk 16,19; Atti 2,23; 2 Kor 4,4; Ef 1,20; Kol 1,15; Lhud 8,1; 10,12; 12,2. 4u b’hekk sar daqshekk aqwa mill-anġli daqs kemm ogħla minn tagħhom hu l-isem li kiseb.#Ef 1,21; Fil 2,9.
L-Iben hu akbar mill-anġli
5 Għax lil min mill-anġli qatt qal Alla:
“Inti ibni, jiena llum nissiltek”?
Jew:
“Jiena nkun missieru, u hu jkun ibni”? #
2 Sam 7,14; 1 Kron 17,13; S 2,7; Atti 13,33; Lhud 5,5.
6Imbagħad, hu u jdaħħal ’l Ibnu l-Kbir fid-dinja, jgħid ukoll:
“Ħa jqimuh l-anġli kollha ta’ Alla.” #
S 97,7.
7 Għall-anġli tiegħu jgħid:
“L-anġli tiegħu jagħmilhom irjieħ,
lill-qaddejja tiegħu ilsna tan-nar.” #
S 104,4.
8 Imma għall-Iben jgħid:
“It-tron tiegħek, O Alla, għal dejjem ta’ dejjem,
ix-xettru tal-ġustizzja hu x-xettru ta’ saltnatek # 1,8: Saltnatek: jew, skont Mss oħra Saltnatu. .#S 45,6-7.
9 Ħabbejt is-sewwa u bgħadt il-ħażen;
għalhekk Alla, Alla tiegħek, dilkek
b’żejt ta’ ferħ aktar minn sħabek.”
10 U wkoll: “Int, Mulej, waqqaft l-art fil-bidu,
u għemil idejk huma s-smewwiet. #
S 102,25-27.
11 Huma jintemmu, iżda inti tibqa’;
huma lkoll bħal libsa jiqdiemu,
12 bħal mantar int tkebbibhom # 1,12: Int tkebbibhom: Mss oħra tbiddilhom. , bħal libsa huma jitbiddlu.
Imma int, li int tibqa’, u s-snin tiegħek qatt ma jintemmu”.
13 Lil min mill-anġli qatt qal:
“Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,
sa ma nagħmel l-għedewwa tiegħek mirfes għal riġlejk”? #
S 110,1.
14M’humiex huma wkoll spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu lil dawk li għandhom jiksbu s-salvazzjoni?#S 34,8; 9,11.
Currently Selected:
LHUD 1: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: