YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 25

25
Kapitlu 25
L-offerti għat-tabernaklu
1U l-Mulej qal lil Mosè:#Eż 35,4-29. 2“Kellem lil ulied Iżrael, biex iġibuli offerta; int tirċievi din l-offerta mingħand kull min jagħti minn rajh. 3U din hi l-offerta li tirċievi mingħandhom: deheb, fidda, u bronż; 4ħjut vjola, porpra u skarlatt, għażel fin, xagħar tal-mogħoż, 5ġlud tal-muntun miżbugħin ħomor, ġlud tad-denfil, injam tal-gażżi, 6żejt għall-imnariet, ħwawar għaż-żejt tal-konsagrazzjoni, ħwawar għall-inċens, 7ħaġar tal-oniċi, ħaġar għat-tqegħid fl-efod u l-pettorali. 8U jagħmluli santwarju, biex ngħammar ġo nofshom;#Eż 25,40; 26,30; 27,8; 36,8-38; Num 8,4. 9tagħmluh skont il-mudell tat-tinda u l-għamara tagħha li se nurik.#Atti 7,44.
L-arka
10“Jagħmlu arka tal-gażżi; żewġt idriegħ u nofs it-tul, driegħ u nofs il-wisa’, u driegħ u nofs l-għoli tagħha#Eż 37,1-9; Lhud 9,15.. 11Tiksiha b’deheb fin, minn ġewwa u minn barra, u n-naħa ta’ fuq tagħmlilha dawra tad-deheb. 12U ddewweb id-deheb u tagħmlilha erba’ ħolqiet, u tqegħedhomlha fuq fl-erba’ saqajn, żewġ ħolqiet f’naħa, u tnejn oħra n-naħa l-oħra. 13Tagħmel ukoll żewġ lasti tal-gażżi, u tiksihom bid-deheb, 14u ddaħħal il-lasti fil-ħolqiet fil-ġnub tal-arka, biex iġorruha bihom.#2 Sam 6,7. 15Il-lasti ma tneħħihomx minnha, iżda jibqgħu dejjem fil-ħoloq tal-arka. 16U fl-arka tqiegħed ix-xhieda miktuba li se nagħtik.#Eż 24,12; Dt 10,1-2.
17“Agħmlilha għatu tad-deheb fin, żewġt idriegħ u nofs twil, u driegħ u nofs wiesa’.#Lev 16,12-15; Num 3,25. 18Tagħmlilha żewġ kerubini tad-deheb mastizz#25,18: Żewġ kerubini tad-deheb mastizz: dawn il-kerubini kienu speċi ta’ annimali kull wieħed b’ġisem ta’ ljun, wiċċ ta’ bniedem, u żewġ ġwienaħ. Fuqhom kien iserraħ Alla, b’mod li ma jidhirx: ara 1 Slat 8,6-7; 2 Kron 3,10-13; Salm 80,2., u tqegħedhom wieħed kull naħa fiż-żewġt itruf tal-għatu. 19Tqiegħed kerubini, wieħed f’tarf, u l-ieħor f’tarf ieħor; kull kerubin biċċa waħda mal-għatu. 20Il-kerubini jkunu bil-ġwienaħ miftuħa ’l fuq u jgħattu bi ġwenħajhom l-għatu, u jħarsu lejn xulxin. 21U tqiegħed l-għatu fuq wiċċ l-arka, u fl-arka tqiegħed ix-xhieda miktuba li se nagħtik.#Eż 26,34. 22Hemm jien niltaqa’ miegħek, u nkellmek minn fuq l-għatu, minn bejn żewġ kerubini, li jkunu fuq l-għatu tal-arka tax-xhieda miktuba, nagħtik liġijiet għal ulied Iżrael.
Il-mejda
23“Agħmel mejda tal-injam tal-gażżi, twila żewġt idriegħ, u wiesgħa driegħ, u għolja driegħ u nofs;#Eż 37,10-24. 24iksiha bid-deheb fin, u għamlilha kuruna tad-deheb madwarha. 25Agħmlilha wkoll tilar madwarha għoli erbat iswaba’, u kuruna tad-deheb madwar it-tilar. 26Agħmlilha erba’ ħoloq tad-deheb u waħħal dawn il-ħoloq mal-erba’ rkejjen tal-erba’ saqajn tagħha. 27Il-ħoloq għandhom jitwaħħlu qrib il-bastun, biex fihom jidħlu l-lasti biex jerfgħu l-mejda bihom. 28Agħmel il-lasti tal-injam tal-gażżi, u iksihom bid-deheb; dawn iservu biex terfgħu l-mejda. 29U int tagħmel għaliha platti, imgħaref, kwies u bwieqi għat-tiswib tal-libazzjonijiet; tagħmilhom tad-deheb fin,#Num 4,7. 30u fuqha tqiegħed quddiemi għal dejjem il-ħobż tal-preżenza#25,30: Il-ħobż tal-preżenza: dawn kienu tnax-il ħobża, waħda għal kull tribù ta’ Iżrael. Kienu jitqiegħdu fuq il-mejda u jitbiddlu darba kull nhar ta’ Sibt; u jittieklu mill-qassisin biss..#Eż 39,36; 40,23; Lev 24,5-9; 1 Sam 21,4-7; Mt 12,3-4; Mk 2,25-26; Lq 6,3-4.
L-imnara
31“Int tagħmel ukoll imnara#25,31: L-Imnara: il-kandilabru b’seba’ friegħi. Biż-żmien dan sar is-simbolu tal-Ġudaiżmu. tad-deheb fin; tagħmilha tad-deheb mastizz: is-sieq u l-bastun tagħha, bil-ġewż u ż-żibeġ u ż-żahar, ikunu biċċa waħda magħha. 32Joħorġu sitt friegħi mill-ġnub tagħha, tliet friegħi minn naħa u tliet friegħi min-naħa l-oħra. 33Ikun hemm tliet ġewżiet f’forma taż-żahar tal-lewż, biż-żibġa u l-weraq, fuq fergħa; tliet ġewżiet f’forma taż-żahar tal-lewż, biż-żibġa u l-weraq, fuq il-fergħa l-oħra; u hekk l-istess is-sitt friegħi kollha ħerġin mill-imnara. 34Fl-imnara jkun hemm erba’ ġewżiet f’forma taż-żahar tal-lewż, biż-żibġa u l-weraq, u jkun hemm ġewżiet biċċa waħda magħha taħt is-sitt friegħi ħierġa minnha, 35u żibġa taħt żewġ friegħi tagħha; żibġa taħt żewġ friegħi oħra; u żibġa taħt l-aħħar żewġ friegħi tagħha; hekk għas-sitt friegħi ħerġin mill-imnara. 36Il-ġewżiet u l-friegħi jkunu biċċa waħda magħha; kollox biċċa waħda tad-deheb mastizz fin. 37Agħmel seba’ msiebaħ għaliha u qegħedhom fuqha biex jixegħlu madwarha.#Lev 24,2-6; Num 8,2. 38L-imqassijiet u l-bwieqi għaliha jkunu tad-deheb fin. 39L-imnara bil-bċejjeċ tagħha tkun ta’ talent deheb fin. 40Qis li tagħmilha fuq il-mudell li int rajt fuq il-muntanja.#Eż 25,9; Atti 7,44; Lhud 8,5.

Currently Selected:

EŻODU 25: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in