YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 23

23
Kapitlu 23
Il-ħaqq u s-sewwa
1“La taqlax xniegħa giddieba; la tagħtix idek lil bniedem ħażin biex tixhed bil-qerq.#Eż 20,16; 23,7; Dt 5,20; 19,15-21. 2La tmurx mal-kotra biex tagħmel id-deni; u f’tilwima tixhidx skont il-kotra, biex ma tgħawwiġx is-sewwa.#Dt 16,18-20. 3U anqas ma għandek tħares lejn wiċċ il-fqir fit-tilwim tiegħu.#Lev 19,15.
4“Jekk int issib il-gendus jew il-ħmar mitluf ta’ min jobogħdok, roddhulu lura.#Dt 22,1-4. 5Jekk tara l-ħmar ta’ min jobogħdok mixħut fl-art taħt it-tagħbija, tibqax għaddej bla ma tgħinu; imma għinu biex iqajmu.
6“La tgħawwiġx il-ġustizzja li tmiss lill-fqir fil-kawża tiegħu.#Lev 19,15; Dt 1,17; 16,19. 7Żomm ruħek ’il bogħod minn kliem il-gideb; u la toqtolx lil min hu sewwa u bla ħtija; għax jien ma neħlishiex lill-ħati. 8La teħux rigali, għax ir-rigali jagħmu n-nies b’għajnejhom miftuħa, u jgħawġu l-kawża tan-nies sewwa.#Dt 16,19; 27,25; Sir 20,29.
9“Taħqarx il-barrani; int taf xi jħoss il-barrani, għax barrani int kont fl-art tal-Eġittu.
Is-seba’ sena u l-festa#Eż 22,21; Lev 19,33-34; Dt 27,19.
10“Għal sitt snin int tiżra’ l-art tiegħek, u tiġbor l-uċuħ tagħha,#Lev 25. #Dt 24,19; 26,12-13. 11imma fis-seba’ sena tħalliha tistrieħ; ħalliha biex jieklu l-fqar tal-poplu tiegħek; u l-fdal jikluh il-bhejjem tax-xagħri. Hekk ukoll agħmel bid-dwieli u ż-żebbuġ tiegħek.
12“Għal sitt ijiem tagħmel ix-xogħol tiegħek; u fis-seba’ jum tistrieħ, biex jistrieħu l-gendus u l-ħmar tiegħek, u bin il-qaddejja tiegħek u l-barrani jieħdu r-ruħ.#Eż 20,8-11; 31,15-17; 34,21; 35,2; Dt 5,12-15. 13Qisu li tħarsu kulma għedtilkom, u ssemmux isem allat oħra; ma għandux jinstema’ isimhom fuq fommok.
14“Tliet darbiet fis-sena tagħmilli festa#23,14: Tliet darbiet fis-sena tagħmilli festa: dawn kienu t-tliet festi l-kbar matul is-sena: Il-festa tal-Għid, il-festa tal-Ġimgħat (il-Pentekoste), il-festa tal-Għerejjex (tat-Tabernakli). L-irġiel kollha kellhom l-obbligu li jitilgħu Ġerusalemm, jekk ikunu jistgħu..#Eż 34,18-24; Lev 23; Dt 16,1-17. 15Int tħares il-festa tal-ażżmi. Għal sebat ijiem tiekol il-ħobż ażżmu, kif jien ordnajtlek fiż-żmien li għedtlek, fix-xahar ta’ Abib, għax fih int ħriġt mill-Eġittu. Ħadd ma għandu jidher quddiemi b’idu f’idu. Int tħares il-festa tal-ħsad, l-ewwel frott ta’ xogħlok u ta’ dak li tiżra’ fir-raba’ tiegħek. 16Tagħmel il-festa tal-ġabra fi ħruġ is-sena, meta tiġbor mir-raba’ l-frott ta’ xogħlok. 17Tliet darbiet fis-sena jidher kull raġel fostkom quddiem il-Mulej, is-Sid.
18“La toffrix id-demm tal-vittmi tiegħek b’ħobż bil-ħmira; iżżommx ix-xaħam tal-vittmi tal-festa tiegħi sa filgħodu.#Eż 34,25-26. #Eż 12,10; Lev 2,11; 7,15.
19“Int iġġib il-bikri tal-frott tal-art tiegħek f’dar il-Mulej Alla tiegħek. La tgħallix il-gidi f’ħalib ommu#23,19: La tgħallix il-gidi f’ħalib ommu: rit pagan kontra l-istess istinti naturali..#Dt 14,21; 26,1-11.
L-anġlu protettur
20“Arani, se nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek fit-triq u jwasslek fil-post li jien ħejjejtlek.#Dt 7,1-26. #Eż 14,19; 32,34; Is 63,9. 21Qis li tagħtih wiċċ u tisma’ kliemu; la tmerihx; għax ma jaħfrilkomx dnubietkom; għax hu jkellimkom f’ismi. 22Jekk tisma’ sewwa minn kliemu, u tagħmel kulma ngħidlek, jien inkun l-għadu tal-għedewwa tiegħek, u neħodha ma’ min jeħodha miegħek.
23“L-anġlu tiegħi jimxi quddiemek u jwasslek għand l-Amurrin u l-Ħittin, il-Periżżin u l-Kangħanin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin, u jiena neqridhom.#Eż 34,10-16; Num 33,51-52; Dt 7. 24Tadurawx l-allat tagħhom u la taqduhomx; u la tagħmlux kif jagħmlu huma, imma int eqridhom u kisser il-plieri tal-ġebel tagħhom#23,24: Il-plieri tal-ġebel tagħhom: ħaġar wieqaf, oġġett ta’ qima reliġjuża, fis-santwarju tal-Kangħanin..#Eż 20,5; 34,13; Lev 18,3; Num 33,52; Dt 7,5; 12,3. 25U intom tqimu l-Mulej, Alla tagħkom, u hu jbierek il-ħobż u l-ilma tiegħek; u nwarrab il-mard minn nofsok. 26Ma jkunx hemm f’nofsok mara bla tfal, jew li tiled qabel iż-żmien.#Lev 26,9; Dt 7,14; 28,4; 30,9. 27Il-biża’ tiegħi nibgħat quddiemek; u nħawwad in-nies, li int tasal għandhom; u nġiegħel l-għedewwa tiegħek idawru daharhom lejk.#Dt 2,25; 7,20-22; Ġoż 24,12; Għerf 12,8. 28Jien nibgħat iż-żnażan quddiemek, u jkeċċu l-Ħiwwin, il-Kangħanin u l-Ħittin minn quddiemek. 29Ma nkeċċihomx minn quddiemek f’sena, inkella l-art issir ħerba u l-bhejjem tax-xagħri joktru kontra tiegħek. 30Bil-ftit il-ftit inkeċċihom minn quddiemek, sakemm int toktor u tkun tista’ tieħu l-art f’idejk.#Dt 7,22; Mħ 2,6. 31U l-fruntieri tiegħek nagħmilhomlok minn Baħar il-Qasab sal-baħar tal-Filistin, u mid-deżert sax-xmara tal-Ewfrat; għax jien nitlaq in-nies tal-art f’idejk, u int tkeċċihom minn quddiemek.#Ġen 15,18; Dt 11,24; Ġoż 1,4; Mħ 20. 32Ma tagħmel ebda patt magħhom, u anqas ma’ allathom.#Eż 34,12-16; Dt 7,2-3. 33Ma għandhomx jgħammru fl-art tiegħek, li ma tmurx titħajjar tidneb kontrija u tqim l-allat tagħhom, għax ikun ta’ ħsara għalik.”

Currently Selected:

EŻODU 23: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy