YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 21

21
Kapitlu 21
Il-liġi dwar l-ilsiera
1“Dawn huma d-digrieti#21,1: Dawn huma d-digrieti: il-kapitli 21-23 jiffurmaw dan “il-ktieb tal-patt” bejn Alla u wlied Iżrael. Huma l-eqdem ġabra ta’ liġijiet li wħud kienu diġà jeżistu qabel dħul il-poplu Lhudi fl-Art Imwiegħda. Imissu l-ħajja soċjali tal-poplu nomadu.#Num 35,1-8; Eż 6,16-19; Num 3,17-20. li int tqegħdilhom quddiemhom: 2Meta tixtri lsir Għebrew, jibqa’ jaħdimlek għal sitt snin u fis-seba’ sena joħroġ ħieles b’xejn.#Lev 25,35-46; Dt 15,12-18; Ġer 34,8-16. 3Jekk jiġi waħdu, joħroġ waħdu; jekk miżżewweġ, toħroġ miegħu martu wkoll. 4Jekk sidu jkun tah mara, u din tkun wilditlu subien jew bniet, uliedha jkunu ta’ sidha, u hu joħroġ waħdu. 5Jekk l-ilsir jgħid: ‘Jien inħobb lil sidi, lil marti, u lil uliedi, ma noħroġx ħieles,’ 6sidu jieħdu quddiem Alla#21,6: Quddiem Alla: iġibu fis-santwarju quddiem l-imħallfin., u jġibu ħdejn il-bieb jew mal-ġenb tal-bieb, u hemm itaqqablu widintu b’xifa#21,6: Itaqqablu widintu b’xifa: b’sinjal tal-obbligu tal-ubbidjenza, skont l-espressjoni ‘sama’ minn xi ħadd’, jiġifieri obda, jew ‘widna miftuħa’, (ara Salm 40,6)., u jibqa’ lsir tiegħu għal dejjem.
7“Jekk wieħed ibigħ lil bintu b’ilsira, din ma toħroġx bħalma joħorġu l-ilsiera rġiel. 8Jekk ma togħġobx lil sidha, li jkun għażilha għalih, iħalliha tinfeda. Ma jistax ibigħha lil nies barranin, għax ma jkunx mexa sewwa magħha. 9Jekk ikun għażilha għal ibnu, għandu jqisha b’bintu. 10Jekk jiżżewweġ mara oħra, ma għandux inaqqsilha minn ikilha, ilbiesha, jew id-dritt tagħha ta’ mara miżżewġa. 11U jekk ma jagħmilx dawn it-tliet ħwejjeġ magħha, tkun tista’ titlaq ’il barra bla ħlas ta’ flus.
Il-liġi dwar il-qtil
12“Min jidrob bniedem, u dan imut, ikun ħaqqu l-mewt.#Lev 24,17; Num 35,15-29; Dt 4,41-42; 19,2-5. #Eż 20,13; Dt 5,17; Mt 5,21. 13Iżda jekk hu ma jkunx nasablu, imma Alla jkun erħieħ f’idejh, jien nagħżillek post fejn jista’ jaħrab.#Ġoż 20,1-9. 14Iżda jekk bniedem jonsob lil għajru biex iqarraq bih u joqtlu, tieħdu minn ħdejn l-artal tiegħi għall-mewt.#1 Slat 1,50; 2,28-34. 15Min jaħbat għal missieru jew ommu, ikun ħaqqu l-mewt. 16Min jisraq bniedem, sew jekk ibigħu, sew jekk iżommu f’idejh, ikun ħaqqu l-mewt.#Dt 24,7. 17Min jisħet lil missieru jew lil ommu, ikun ħaqqu l-mewt.#Lev 20,9; Dt 27,16; Prov 20,20; Sir 3,16; Mt 15,4; Mk 7,10.
Il-liġi dwar il-ġlied
18“Meta tnejn min-nies jitlewmu, u wieħed minnhom jaħbat għall-ieħor bil-ponn jew b’xi ġebla, u dan ma jmutx, iżda jinxteħet fis-sodda, 19jekk imbagħad iqum u joħroġ jimxi barra bil-bastun, dak li jkun darbu ma jeħel xejn, iżda jħallsu sakemm ikun qagħad id-dar, u sakemm ikun fieq għalkollox.
20“Meta xi ħadd jidrob lill-ilsir - jew lill-ilsira tiegħu - bil-bastun, u dan imut taħt id-daqqa, ikun ikkastigat. 21Jekk imbagħad l-ilsir jibqa’ ħaj għal jum jew tnejn, sidu ma jkunx ikkastigat, għax hu flusu.
22“Jekk żewġt irġiel jiġġieldu, u jolqtu mara tqila, u din tiled qabel il-waqt, u ma jiġrilha xejn aktar, il-ħati jkollu jħallas skont ma jitolbu żewġha, u jħallas skont ma jaqtgħu l-imħallfin.#Lev 24,19-21; Dt 19,21; Mt 5,38-40. 23Iżda jekk tiġrilha xi ħsara oħra, int tħallas ħajja b’ħajja, 24għajn b’għajn, sinna b’sinna#21,24: Għajn b’għajn, sinna b’sinna: jiġifieri l-kastig għandu jkun proporzjonat għall-ħtija, mhux iżżejjed. Dan kien avvanz fuq leġislazzjonijiet oħra pagani li kienu jimponu kastig kbir wisq għall-ħtija. Ġesù Kristu mar aktar ’il quddiem u ħeġġeġ lill-Insara li ma jfittxux ma’ xulxin, imma jaħfru lil xulxin: Mt 5,38-42., id b’id, riġel b’riġel, 25dabra b’dabra, ġerħa b’ġerħa, tbenġila bi tbenġila.
26“Jekk xi ħadd jidrob għajn l-ilsir - jew l-ilsira tiegħu - u jeqridhielu, għandu jitilqu ħieles bi tpattija ta’ għajnu. 27Jekk ikisser is-sinna tal-ilsir - jew l-ilsira tiegħu - jitilqu ħieles bi tpattija għas-sinna tiegħu.
Il-liġi dwar il-bhejjem
28“Meta gendus jagħti bir-ras lil xi raġel - jew mara - u dan imut, jitħaġġar il-gendus u laħmu ma jittikilx; imma sidu ma jkun ħati ta’ xejn. 29Iżda jekk il-gendus kien jagħti bir-ras minn qabel u sidu kien imwissi, u dan ma ħax ħsiebu u r-raġel - jew mara - imut, jitħaġġar il-gendus, u sidu jingħata l-mewt. 30Imma jekk iwaħħluh xi flus, jifdi lil ħajtu b’kemm iwaħħluh. 31Jekk il-gendus jagħti bir-ras lill-iben - jew lill-bint - jagħmlulu skont din il-liġi. 32Jekk jagħti bir-ras lil xi lsir - jew ilsira - sidu jagħti tletin biċċa tal-fidda lil sid l-ilsir u l-gendus jitħaġġar.
33“Jekk xi ħadd jiftaħ jew iħaffer xi bir u ma jgħattihx, u jaqa’ fih xi gendus jew ħmar, 34sid il-bir jagħmel tajjeb lil sidu, u jpattilu b’kemm jiswa flus, imma l-bhima mejta tkun tiegħu.
35“Jekk il-gendus ta’ xi ħadd jaħbat għal gendus ta’ xi ħaddieħor, u dan imut, ibigħu l-gendus l-ħaj u jaqsmu flusu, u wkoll il-gendus il-mejjet. 36Jekk kienu jafu li l-gendus kien jagħti bir-ras minn qabel, u sidu ma ħax ħsiebu, dan għandu jpatti gendus b’gendus, u l-bhima l-mejta tkun tiegħu. 37Meta xi ħadd jisraq gendus - jew nagħġa - u joqtlu jew ibigħu, ipatti b’ħames baqriet għall-gendus, u b’erba’ nagħġiet għan-nagħġa.#Lq 19,8.

Currently Selected:

EŻODU 21: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy