EŻODU 17
17
Kapitlu 17
L-ilma mill-blat
1Il-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael telqu fid-deżert ta’ Sin, jimxu u jieqfu skont ma jgħidilhom il-Mulej; u waqfu f’Rafidim. Hemmhekk ma kienx hemm ilma x’jixorbu.#Num 33,12-14. 2Il-poplu ħadha kontra Mosè u qalulu: “Agħtina ilma x’nixorbu!” Mosè weġibhom: “Għaliex teħduha miegħi u ġġarrbu lill-Mulej!”#Num 20,2-13. #Eż 14,11; 15,24. 3Hemmhekk il-poplu qabdu l-għatx, u gemgem kontra Mosè u qal: “Għalfejn tellajtna hawn mill-Eġittu biex toqtol lilna, ’l uliedna u ’l-bhejjem tagħna bil-għatx?#Eż 14,12; 16,3; Dt 6,16. 4Mosè għajjat quddiem il-Mulej u qal: “X’se nagħmel lil dan il-poplu? Ftit ieħor u jħaġġruni.” 5Il-Mulej qal lil Mosè: “Għaddi minn quddiem il-poplu, u ħu miegħek xi wħud mix-xjuħ ta’ Iżrael; ħu f’idejk il-ħatar li bih kont drabt ix-xmara tan-Nil, u mur.#Num 20,10; Dt 8,15; S 78,15-16; 105,41; Għerf 11,4; Is 43,20; 48,21. 6Arani, jien noqgħod hemm quddiemek, fuq il-blat f’Ħoreb; u int aħbat il-blat u toħroġ minnu l-ilma, u jixrob il-poplu.” U Mosè għamel hekk quddiem ix-xjuħ ta’ Iżrael. 7U l-post semmewh: ‘Massa u Meriba#17,7: Massa u Meriba: bil-Lhudi Massa tfisser ‘post il-prova’ u Meriba ‘post it-tlewwim’.’, għax hemm tlewmu wlied Iżrael u ġarrbu lill-Mulej meta qalu: “Il-Mulej fostna jew le?”#Num 20,24; Dt 6,16; 9,22; 32,51; 33,8; S 95,8; 106,32.
Rebħa fuq l-Għamalekin
8Il-poplu ta’ Għamalek#17,8: Il-poplu ta’ Għamalek: razza ta’ nies indiġeni tad-deżert tas-Sinaj. Dawn baqgħu l-għedewwa tradizzjonali ta’ Iżrael għal ħafna żmien. qam u tqabad ma’ Iżrael f’Rafidim.#Dt 25,17; 1 Sam 15,2. 9Mosè qal lil Ġożwè: “Agħżel irġiel u mur tqabad ma’ Għamalek; jien noqgħod wieqaf fuq il-quċċata tal-għolja, bil-ħatar ta’ Alla f’idi.”#Ġoż 1,1. 10Ġożwè għamel kif qallu Mosè, u mar jitqabad mal-Għamalekin. Mosè, Aron u Ħur telgħu fuq il-quċċata tal-għolja.#Eż 24,14. 11Kull meta Mosè kien jerfa’ idejh, Iżrael kien jirbaħ; u kull meta kien iniżżel idejh, kienu jirbħu l-Għamalekin.#S 44,5-8. 12Meta idejn Mosè bdew jitqalu, ħadu ġebla u qegħduhielu taħtu; u hu qagħad bilqiegħda, waqt li Aron u Ħur żammewlu dirgħajh, wieħed kull naħa. Hekk idejh baqgħu sodi merfugħa sa nżul ix-xemx. 13U Ġożwè qered lil Għamalek u l-poplu tiegħu b’xifer ix-xabla.
14U l-Mulej qal lil Mosè: “Ikteb dan b’tifkira fi ktieb u aqrah f’widnejn Ġożwè, li jien neqred għalkollox it-tifkira ta’ Għamalek minn taħt is-sema.”#Num 24,20; Dt 25,17-19; 1 Sam 15,2-9. 15U Mosè bena artal u semmieh: “Jaħweh Nissi#17,15: Jaħweh Nissi: il-Mulej l-istandard tiegħi.” 16għax qal: “Talli refgħu idhom għall-istandard tal-Mulej, il-Mulej jitqabad ma’ Għamalek minn nisel għal nisel.”
Currently Selected:
EŻODU 17: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.