YouVersion Logo
Search Icon

2 TIMOTJU Ħarsa ħafifa lejn l-ittra

Ħarsa ħafifa lejn l-ittra
Fit-tieni ittra tiegħu lil ibnu fil-fidi, Pawlu hu aktar personali milli fl-ewwel waħda. Jgħidlu li jitlob għalih il-ħin kollu għax irid jarah xhud serju ta’ Kristu. Isemmilu lil ommu u lil nanntu b’isimhom għax huma kienu xhieda ta’ fidi ħajja għalih, u jfakkru fil-mument meta hu wkoll irċieva l-Ispirtu s-Santu permezz tat-tqegħid ta’ idejn Pawlu fuqu.
Ladarba hemm fih fidi hekk qawwija, Timotju m’għandu qatt jaqta’ qalbu quddiem il-persekuzzjoni u t-tbatija. Jinkoraġġih jibqa’ xandar qalbieni tal-Evanġelju ta’ Kristu, u ma jaqax fit-tentazzjonijiet tax-xitan, kif kien ġralhom tant uħud li ġew influwenzati mit-tagħlim żbaljat li kien qiegħed jinxtered.
Pawlu kiteb din l-ittra meta kien priġunier Ruma u qed jistenna l-martirju. Jiftaħ qalbu ma’ Timotju dwar it-tbatijiet li kien għaddej minnhom, imma li xorta ma kinux qed ibegħduh mill-fiduċja totali li Kristu jibqa’ miegħu sal-aħħar. Jitolbu biex jieħu l-eżempju tiegħu u jkun suldat tajjeb fit-taqbida favur l-Evanġelju.
Il-messaġġ ta’ tama hu li
Jekk aħna mitna [ma’ Kristu] għad ngħixu miegħu wkoll;
Jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll (2,11-12a).
It-taqsim tal-ittra
Introduzzjoni (1,1-2)
Tifħir u twissijiet (1,3—2,13)
Parir u twiddib (2,14—4,5)
Is-sitwazzjoni ta’ Pawlu nnifsu (4,6-18)
Konklużjoni (4,19-22)

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in