2 TIMOTJU 1
1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu, bir-rieda ta’ Alla appostlu ta’ Kristu Ġesù, skont il-wegħda tal-ħajja li hi fi Kristu Ġesù, 2lil Timotju, ibni l-għażiż: grazzja, ħniena u sliem mingħand Alla l-Missier u mingħand Kristu Ġesù Sidna.
Fedeltà lejn l-Evanġelju
3Irrodd ħajr lil Alla, li lilu nqim b’kuxjenza safja bħal missirijieti#1,3: Bħal missirijieti: l-antenati tal-Appostlu li kienu Lhud li jħarsu l-Liġi; ara Fil 3,4-5., hekk kif niftakar fik bla heda fit-talb tiegħi lejl u nhar.#Atti 23,1; 24,16; Fil 3,5. 4Meta niftakar fid-dmugħ#1,4: Meta niftakar fid-dmugħ: id-diqa li ħass Timotju meta l-Appostlu kellu jħalli Efesu ħin bla waqt; ara 2 Kor 1,8; 1 Tim 1,3. tiegħek għalija, tiġini x-xewqa li narak, biex nimtela bil-ferħ. 5Niftakar fil-fidi vera tiegħek, fidi li l-ewwel kienet ta’ nanntek Lojd u mbagħad ta’ ommok Ewniki, u li ma għandi ebda dubju li hi fik ukoll.#Atti 16,1. 6Minħabba f’hekk infakkrek biex tqajjem fik id-don ta’ Alla, li jinsab fik bit-tqegħid ta’ idejja;#1 Tim 4,14. 7għax Alla ma taniex spirtu ta’ biża’, imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ mħabba u ta’ rażan.#Rum 8,15.
8Mela tistħi xejn minħabba fix-xhieda għal Sidna, anqas minħabba fija, priġunier tiegħu#1,8: Priġunier tiegħu: Pawlu qiegħed priġunier Ruma jistenna l-martirju; ara 2 Tim 1,17., imma aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju, u afda fil-qawwa ta’ Alla,#Rum 1,16. 9li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa, mhux għax qies l-għemejjel tagħna, imma skont il-pjan tiegħu stess u skont il-grazzja tiegħu. Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù,#Ef 2,8-9; Tit 3,5. 10imma dehret issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħna Kristu Ġesù li qered il-mewt, u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju,#1 Kor 15,15; Lhud 2,14. 11li għalih jien kont magħmul predikatur, appostlu u mgħallem.#1 Tim 2,7. 12Din hi l-kawża li għaliha qiegħed inbati. Imma b’daqshekk ma nistħix, għax jien naf f’min emmint, u naf sewwa li hu jista’ jħares it-teżor li kien fdat f’idejja, sa ma jasal dak il-Jum. 13Żomm quddiem għajnejk l-eżempju tat-tagħlim sħiħ li smajt mingħandi, fil-fidi u fl-imħabba li huma fi Kristu Ġesù. 14Ħares bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina t-teżor sabiħ li kien fdat f’idejk.#1 Tim 6,20.
15Kif inti taf, dawk kollha li joqogħdu l-Asja telquni, fosthom Figellu u Ermoġeni.#2 Tim 4,16. 16Il-Mulej ikollu ħniena mill-familja ta’ Onesiforu, li sikwit sibtu ta’ faraġ għalija: hu ma staħax mill-ktajjen tiegħi, 17imma meta wasal Ruma fittixni bil-ħrara sa ma sabni. 18Il-Mulej jagħtih il-grazzja li jsib ħniena quddiem il-Mulej f’dak il-Jum. Inti taf aħjar minni kemm għenni f’Efesu.#Ġuda 21.
Currently Selected:
2 TIMOTJU 1: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: