2 TIMOTJU 3
3
Kapitlu 3
In-nies tal-aħħar żmien
1Dan għandek tkun taf: li l-aħħar tad-dinja jkun żmien iebes.#1 Tim 4,1. 2Il-bnedmin jingħataw għall-imħabba tagħhom infushom u tal-flus; faħħarin, suppervi, dgħajja, ma jisimgħux mill-ġenituri; bla gratitudni, bla tjieba;#Rum 1,29-31. 3bla qalb, bla ħniena, lablaba, bla rażan; kiefra, bla mħabba għat-tajjeb; 4tradituri, bla ħsieb, minfuħa bihom infushom; iħobbu aktar il-pjaċir milli ’l Alla; 5nies li jiċħdu l-qawwa tat-tjieba, minkejja li minn barra jagħmluha ta’ tajbin. Nies bħal dawn aħrabhom.#Mt 7,15-21; Rum 2,20; Tit 1,16. 6Għax fosthom hemm xi wħud li jindiehsu fil-familji u jaħkmu taħt idejhom nisa msejkna mgħobbijin bid-dnubiet u mkaxkrin minn kull xorta ta’ xewqat,#Tit 1,11. 7li dejjem lesti biex jitgħallmu, imma li qatt ma jseħħilhom jaslu biex jagħrfu l-verità.#2 Tim 2,25. 8Bħalma Ġannes u Ġambri waqfu lil Mosè, hekk ukoll dawn jieqfu lill-verità; huma nies ta’ moħħ mgħawweġ u ta’ fidi mħassra.#Eż 7,11-22; 1 Tim 6,5. 9Iżda mhumiex se jimxu aktar ’il quddiem, għax kulħadd għad isir jaf bil-bluha tagħhom, kif ġara minn dawk it-tnejn.
L-aħħar twissijiet lil Timotju
10Imma inti mxejt warajja fit-tagħlim tiegħi, fl-imġiba tiegħi, fil-pjan u t-twemmin tiegħi; fis-sabar, fl-imħabba u fil-perseveranza tiegħi; 11fil-persekuzzjonijiet u t-tbatijiet li ġew fuqi f’Antijokja, f’Ikonju u f’Listra. X’persekuzzjonijiet għaddejt minnhom! Iżda ħelisni l-Mulej minnhom kollha.#S 34,19; Atti 13,50; 14,5-19. 12U dawk li jridu jgħixu ħajja tajba fi Kristu Ġesù lkoll jgħaddu mill-persekuzzjoni.#Mt 16,24; Ġw 15,20; Atti 14,22. 13Imma n-nies il-ħżiena u l-uċuħ b’oħra jmorru mill-ħażin għall-agħar, iqarrqu u jitqarrqu. 14Imma int ibqa’ miexi f’dak li tgħallimt u emmint bis-sħiħ, għax taf mingħand min tgħallimtu,#2 Tim 2,2. 15u għax sa minn żgħoritek sirt midħla tal-Kotba Mqaddsa, li jistgħu jagħtuk l-għerf li jwassal għas-salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù.#Ġw 5,39. 16L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, u tiswa biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa,#Rum 15,4; 2 Pt 1,21. 17biex hekk il-bniedem ta’ Alla jkun perfett, imħejji għal kull ħidma tajba.#2 Tim 2,21.
Currently Selected:
2 TIMOTJU 3: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: