YouVersion Logo
Search Icon

2 TIMOTJU 2

2
Kapitlu 2
Is-suldat ta’ Kristu
1Int mela, ibni, qawwi ruħek fil-grazzja li hi fi Kristu Ġesù, 2u kulma smajt mingħandi quddiem ħafna xhieda, għaddih lil nies ta’ fiduċja, li huma stess ikollhom il-ħila jgħallmuh ukoll lil oħrajn. 3Bati inti wkoll miegħi bħala suldat tajjeb ta’ Kristu Ġesù. 4Ebda suldat taħt l-armi, jekk irid jogħġob lil min daħħlu fis-servizz, ma jindaħal f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja ċivili. 5Hekk ukoll l-atleta ma jiħux il-premju jekk ma jkunx mexa skont ir-regoli. 6Il-bidwi li jitħabat għandu jkun l-ewwel wieħed li jieħu mill-frott.#1 Kor 9,7-10. 7Ifhem x’qiegħed ngħidlek; il-Mulej jagħtik li tifhem kollox.
8Ftakar f’Ġesù Kristu, li qam mill-imwiet, li hu min-nisel ta’ David, skont l-Evanġelju li ħabbart jien.#Rum 1,3; 1 Kor 15,4-20. 9Għalih jien qiegħed inbati sa l-irbit tal-ktajjen bħallikieku għamilt xi delitt. Imma l-kelma ta’ Alla mhijiex marbuta.#Ef 3,1; Fil 1,12-14. 10Għalhekk kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li Alla għażel, biex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni, li hi ta’ glorja għal dejjem fi Kristu Ġesù.#Kol 1,24. 11Din hi kelma ta’ min joqgħod fuqha:
Jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll;
12jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll;
jekk niċħduh, jiċħadna hu wkoll;#Mt 10,33; Lq 12,9.
13jekk nonqsu mill-kelma li tajna, hu jibqa’ jżomm kelmtu;
għax hu ma jistax iqarraq bih innifsu.#Num 23,19; Rum 3,3-4; Tit 1,2.
Il-ħaddiem imħarreġ
14F’dan fakkarhom u widdibhom sewwa quddiem Alla, li ma joqogħdux jintilfu fi kwistjonijiet dwar kliem li ma jiswa għal xejn ħlief biex jagħmel il-ħsara lil min jisimgħu.#1 Tim 6,4; Tit 3,9. 15Agħmel mill-aħjar biex iġġib ruħek quddiem Alla, bħala bniedem li għadda mill-prova, bħala ħaddiem li m’għandux mniex jistħi, li jxandar bir-reqqa l-kelma tal-verità.#1 Tim 4,6; Tit 2,7-8. 16Aħrab it-tpaċpiċ fieragħ u ħażin, għax dawk li jitkellmu hekk jibqgħu sejrin mill-ħażin għall-agħar#1 Tim 4,7. 17u kliemhom jinfirex bħal kankrena. Minn dawn huma Imeni u Filetu,#1 Tim 1,20. 18li tbiegħdu mill-verità għax qegħdin jgħidu li l-qawmien mill-imwiet ġa sar u qegħdin iħawdu l-fidi f’xi wħud. 19Imma s-sies qawwi, li Alla qiegħed, iżomm sħiħ, u fuqu għandu dan is-siġill: “Il-Mulej jagħraf dawk li huma tiegħu”, u wkoll: “Ħa jitwarrab mill-ħażen kull min isejjaħ isem il-Mulej”.#Num 16,5-26; Ġw 4,14; 1 Kor 8,3.
20F’dar kbira ma hemmx biss tagħmir tad-deheb u l-fidda, imma wkoll tal-għuda u tal-fuħħar; u xi wħud minnhom ninqdew bihom għal għan ta’ ġieħ, oħrajn għal għan bla ġieħ. 21Jekk wieħed jissaffa minn dawn il-ħwejjeġ, huwa jsir biċċa tagħmir għal għan ta’ ġieħ, tagħmir imqaddes, ta’ siwi għal sidu, imħejji għal kull għemil tajjeb.#2 Tim 3,17.
22Aħrab il-ġibdiet taż-żgħożija; fittex bil-ħerqa s-sewwa, il-fidi, l-imħabba u s-sliem, flimkien ma’ dawk li jsejħu ’l-Mulej b’qalb safja.#1 Tim 6,11. 23Tindaħalx fi kwistjonijiet boloh u bla għaqal, għax taf li dawn iġibu l-ġlied.#1 Tim 4,7. 24Min hu qaddej tal-Mulej m’għandux joqgħod jitlewwem; imma għandu jkun ħlejju ma’ kulħadd, jinqala’ biex jgħallem, kollu sabar;#1 Tim 3,3; Tit 1,7. 25iwiddeb bil-ħlewwa lil dawk li ma jaqblux miegħu; għandu mnejn Alla jagħtihom l-indiema, u hekk jagħrfu l-verità u jiġu f’sensihom,#1 Tim 2,3. 26u jeħilsu mix-xbiek tax-Xitan li kien qabadhom taħt idejh biex jagħmlu r-rieda tiegħu.

Currently Selected:

2 TIMOTJU 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in