2 TIMOTJU 4
4
Kapitlu 4
1Nitolbok bil-ħerqa, quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, f’isem id-Dehra tiegħu u s-Saltna tiegħu:#Atti 10,42; Rum 14,9-10; 1 Pt 4,5. 2xandar il-kelma, insisti f’waqtu u barra minn waqtu, ċanfar, widdeb, wissi, bis-sabar kollu u bit-tagħlim.#Atti 20,20-31. 3Għax għad jiġi żmien meta għat-tagħlim tajjeb ma jibqgħalhomx sabar, anzi widnejhom jikluhom, għad jiġbru madwarhom qabda mgħallmin skont ma jixtiequ,#1 Tim 4,1. 4u jwarrbu widnejhom mis-sewwa biex jiġġerrew wara l-ħrejjef.#1 Tim 4,7; Tit 1,14. 5Imma int oqgħod dejjem b’għajnejk miftuħa, stabar fit-tiġrib, agħmel ħidma ta’ evanġelista, aqdi sewwa l-ministeru tiegħek.
6Ngħid għalija, demmi ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal.#Fil 2,17. 7Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi.#1 Tim 6,12. 8Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-Jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu fl-imħabba tad-Dehra tiegħu.#1 Kor 9,25; Fil 3,14; 2 Tim 2,5; Ġak 1,12; 1 Pt 5,4; Apk 2,10.
Rakkomandazzjonijiet
9Fittex ejja ħdejja malajr. 10Dema ħabb aktar lid-dinja, u ħallieni, u mar it-Tessalonika; Krexxens mar il-Galazja, Titu d-Dalmazja.#2 Kor 8,23; Gal 2,3; Kol 4,14; Tit 1,4; Film 24. 11Luqa waħdu baqa’ miegħi. Ħu ’l Marku u ġibu miegħek, għax hu jiswieli ħafna għall-ministeru.#Atti 12,12-25; 13,13; 15,37-39; Kol 4,10-14; Film 24. 12Lil Tikiku bgħattu Efesu.#Atti 20,4; Ef 6,21-22; Kol 4,7-8. 13Meta tiġi, ġibli miegħek il-mantar li jien ħallejt fi Troas għand Karpu; ġib ukoll il-kotba, l-aktar il-parċmini.#Atti 20,6. 14Alessandru l-brunżar għamilli ħafna ħsara; il-Mulej iħallsu skont ma għamel.#2 Sam 3,39; S 28,4; 62,12; Prov 24,12; Rum 2,6; 1 Tim 1,20. 15Oqgħod attent minnu int ukoll, għax huwa fixkel ħafna l-kliem tagħna. 16Fl-ewwel difiża tiegħi ħadd ma kien miegħi; kulħadd ħallieni. Jalla ma jkunx magħdud kontrihom!#2 Tim 1,15. 17Imma l-Mulej waqaf miegħi u tani l-qawwa biex bis-saħħa tiegħi l-kelma tixxandar sal-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha. Hekk jien sfajt meħlus minn ħalq l-iljun.#S 22,21; Dan 6,21; 1 Mak 2,60; Atti 23,11; 27,33. 18Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni, sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema. Glorja lilu għal dejjem ta’ dejjem! Ammen.
19Sellili għal Priska u għal Akwila u għall-familja ta’ Onesiforu.#Atti 18,2; 2 Tim 1,16-17. 20Erastu baqa’ Korintu, u ’l Trofimu ħallejtu marid f’Miletu.#Atti 19,22; 20,4; 21,29; Rum 16,23. 21Fittex ejja qabel ma tidħol ix-xitwa. Isellu għalik Ewbolu, Pudens, Linu, Klawdja u l-aħwa kollha.
22Il-Mulej miegħek. Il-grazzja magħkom.
Currently Selected:
2 TIMOTJU 4: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: