YouVersion Logo
Search Icon

2 MAKKABIN 6

6
Kapitlu 6
L-editt ta’ Antijoku (166 QK)
1Ma kienx għadda ħafna żmien, meta s-sultan bagħat wieħed anzjan minn Ateni biex iġiegħel lil-Lhud iħallu l-liġijiet ta’ missirijiethom u ma jgħixux aktar skont il-liġijiet ta’ Alla;#1 Mak 1,44-63. 2kellu wkoll jipprofana t-tempju ta’ Ġerusalemm u jsemmih għal Żews ta’ Olimpu#6,2: Żews ta’ Olimpu: Żews, alla tal-Griegi, l-istess bħal Bagħal-xemajim, sid is-Smewwiet, tas-Sirja, li l-Lhud dawru f’Xiqqus Xamen, l-għajb tal-ħerba; ara 1 Mal 1,54. Żews Ospitalier: fit-tempju tas-Samaritani poġġew l-idolu ta’ Żews Ospitalier, jiġifieri protettur tal-barranin., u dak ta’ Gariżim għal Żews Ospitalier kif kien jixraq lin-nies ta’ dak il-post.#Dan 9,27.
3Iebes u kiefer kien għal kulħadd l-għawġ li laħaqhom. 4Għax it-tempju mtela bit-tbaħrid u l-ikel żejjed tal-Ġentili; hawn kienu jgħaddu ż-żmien mal-prostituti u jitwaħħdu man-nisa fil-wesgħat qaddisa tat-tempju, u daħħlu wkoll ħwejjeġ mhux xierqa. 5L-artal imtela b’vittmi moqżieża pprojbiti mil-liġijiet. 6U ħadd ma kien jista’ u la jħares is-Sibt u la jiċċelebra l-festi ta’ missirijietu u lanqas juri fil-beraħ li kien Lhudi. 7F’jum it-twelid tas-sultan b’għafsa ta’ qalb kienu mġiegħla ta’ kull xahar imorru għas-sagrifiċċju, u fil-festa ta’ Dijonisju#6,7: Djonisju: alla falz tal-inbid. Il-liedna kienet is-simbolu tiegħu. kienu mġiegħla jduru mat-triqat bil-liedna mdawra ma’ ġbinhom f’ġieħ Dijonisju.
8Imbagħad, imġiegħel min-nies ta’ Ptolemajs, is-sultan ħareġ digriet għall-ibliet Griegi tal-qrib biex jagħmlu l-istess kontra l-Lhud, u jġagħluhom jieklu mill-vittmi tas-sagrifiċċji, 9u ’l dawk li jirruftaw jaqilbu għad-drawwiet Griegi, joqtluhom.
U s-sofferenza kienet hemm taraha b’għajnejk. 10Żewġ nisa ġabuhom quddiem it-tribunal, u xlewhom li kienu għamlu ċ-ċirkonċiżjoni lil uliedhom. Dendlulhom it-trabi ma’ sidirhom, dawruhom mal-belt quddiem kulħadd, u mbagħad waddbuhom minn fuq is-swar għal isfel. 11Oħrajn li kienu nġemgħu fl-għerien biex jiċċelebraw is-Sibt bil-moħbi, xlewhom lil Filippu, u ħarquhom kollha f’daqqa, għax beżgħu jiddefendu ruħhom minħabba l-ġieħ ta’ dak il-jum qaddis.#1 Mak 2,32-38.
Il-ġudizzju ta’ Alla
12Jiena nitlob lil kull min jiġi f’idejh dan il-ktieb biex ma jaqtax qalbu minħabba dawn il-ħsarat, imma jifhem li dawn il-kastigi ma seħħewx għall-qerda, imma għall-korrezzjoni ta’ ġensna.#2 Mak 5,17-20; 7,16-19. #Ħab 1,12. 13Għaliex li l-midinbin ma jitħallewx bla kastig għal żmien twil, imma li fis jiġi fuqhom il-ħlas li jkun ħaqqhom, hu sinjal ta’ tjieba kbira. 14Mal-ġnus l-oħra l-Mulej, qabel ma jikkastigahom, jistenna bis-sabar sakemm jimlew sax-xfar kejl dnubiethom; imma magħna ma jġibx ruħu hekk,#Ġen 15,16; Għerf 11,9-10; 12,2; 19,4; 1 Tess 2,16. 15ma joqgħodx jistenna li dnubietna jkunu waslu fl-aqwa tagħhom biex jikkastigana. 16Għalhekk, imqar meta jkun ikkastigana bid-deni, ma jkunx qiegħed ibiegħed il-ħniena tiegħu minna: għax hu ma jitlaq qatt il-poplu tiegħu.#Lam 3,31-32.
17Dan għednieh biex infakkru din il-verità; wara dan il-ftit kliem, ħa nerġgħu għar-rakkont.
Il-martirju ta’ Elgħażar
18Elgħażar#6,18: Elgħażar: l-istorja tal-martirju ta’ Elgħażar u dik tal-omm u s-seba’ wliedha huma żewġ mudelli ta’ stejjer minn fost il-ħafna ta’ kuraġġ u fedeltà lejn Alla u n-nazzjon. Bihom l-awtur iħajjar u jqanqal il-Lhud biex jibqgħu sodi u leali lejn il-valuri spiritwali tagħhom., wieħed mill-ewlenin fost l-iskribi, bniedem imdaħħal fiż-żmien, raġel iġiblek suġġizzjoni, kienu qegħdin iġagħluh jiftaħ ħalqu bilfors biex jiekol il-laħam tal-majjal.#Lev 11,7-8; Lhud 11,35. 19Iżda hu għażel mewt ta’ ġieħ minflok ħajja ta’ għajb; beżaq il-laħam u minn rajh resaq lejn il-kavallett 20kif għandhom jagħmlu dawk li għandhom il-kuraġġ li jiċċaħħdu minn dak li ma jiswiex wieħed iduq, imqar għall-imħabba naturali ta’ ħajtu. 21Dawk li kienu mqabbdin li jagħmlu din l-ikla tas-sagrifiċċju kontra l-Liġi, billi kien ilhom żmien twil jafuh, warrbuh fil-ġenb u bdew iħajruh iġib hu stess laħam li jkun jista’ jittiekel u jħejjih hu stess, imbagħad jagħmel ta’ birruħu qiegħed jiekol mil-laħam tas-sagrifiċċju skont l-ordni tas-sultan; 22jekk jagħmel hekk jeħles mill-mewt u jkun ittrattat tajjeb minħabba l-ħbiberija tagħhom minn żmien twil. 23Imma hu ħa deċiżjoni nobbli tixraq lis-snin tiegħu, lid-dinjità kbira ta’ xjuħitu u l-bjuda ta’ xagħru, u lis-safa ta’ ħajtu sa minn tfulitu, imma fuq kollox deċiżjoni li kienet taqbel mal-liġi qaddisa mogħtija minn Alla stess. Bla telf ta’ żmien stqarr x’kien, u qalilhom li jistgħu jibagħtuh lejn art l-imwiet.
24“Ma jixraqx,” qalilhom, “lis-snin tagħna li nimxu wiċċ b’ieħor, biex imbagħad ħafna miż-żgħażagħ jaħsbu li Elgħażar, ta’ disgħin sena, qaleb għal mal-barrani. 25U huma mbagħad, minħabba l-wiċċ b’ieħor tiegħi u l-ġibda għal daqsxejn ta’ ftit ħajja oħra, jintilfu u jien niġbed fuq xjuħiti l-għajb u s-saħta. 26Imqar jekk għalissa neħles mill-kastig tal-bnedmin, ma nistax naħrabhom minn idejn Dak li jista’ kollox, sew jekk nibqa’ ħaj sew jekk immut. 27Jekk issa, ta’ raġel li jien, nagħti ħajti, inkun qiegħed nuri li jien denn ta’ xjuħiti, 28u nħalli liż-żgħażagħ eżempju sabiħ ta’ kif għandhom minn rajhom imutu qalbiena għall-ġieħ tal-liġijiet qaddisa.”
Malli temm kliemu mar jiġri minnufih lejn il-kavallett. 29U dawk li ftit qabel kienu tħassruh, issa ħraxu miegħu, għax dan id-diskors tiegħu dehrilhom li kien ġenn. 30Meta mbagħad wasal biex imut taħt is-swat tniehed u qal: “Il-Mulej, li għandu għerf qaddis, jaf li jiena stajt neħles mill-mewt, u li qiegħed inġarrab taħt is-swat uġigħ tal-biża’ f’ġismi, imma f’ruħi qiegħed insofrih bil-qalb minħabba l-biża’ tiegħu.”#Lhud 11,35.
31Hekk b’dan il-mod għadda minn din il-ħajja u ħalla b’mewtu, mhux biss liż-żgħażagħ, imma wkoll lill-kotra l-kbira ta’ ġensu, eżempju ta’ qlubija u tifkira ta’ qawwa.

Currently Selected:

2 MAKKABIN 6: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in