YouVersion Logo
Search Icon

1 MAKKABIN 14

14
Kapitlu 14
Demetriju II Nikator priġunier (140 QK)
1Fis-sena 172 is-sultan Demetriju ġabar l-eżerċtu tiegħu u telaq lejn il-Medja biex jikseb l-għajnuna ħalli jaħbat għal Trifon. 2Malli Arsaki, is-sultan tal-Persja u l-Medja#14,2: Arsaki, is-sultan tal-Persja u l-Medja: Arsaki VI, jew Mitrijadi I, sultan tal-Parti li kienu ħadu f’idejhom il-Persja u l-Babilonja, it-tnejn territorji tas-Selewċidi. Demetriju mar biex jgħin il-Griegi u l-Maċedoni li kienu hemmhekk. Kienet is-sena 141-140 QK., sama’ li Demetriju kien daħal f’pajjiżu, bagħat wieħed mill-ġenerali tiegħu biex jaqbdu ħaj. 3Dan mar u kisser l-eżerċtu ta’ Demetriju; u ’l dan qabdu u ħadu quddiem Arsaki, u dan tefgħu l-ħabs.
Sliem fi żmien Xmun (142-135 QK)
4Kemm dam ħaj Xmun, il-Lhudija#1 Mak 3,3-9.
kollha kienet tgawdi s-sliem;
u hu kien ifittex il-ġid ta’ ġensu,
u għal qalbhom kien il-gvern tiegħu,
u għaż-żmien kollu l-glorja tiegħu.
5U żied kattar il-glorja tiegħu,
meta ħa ’l Ġaffa u għamel port minnha,
u triq għall-gżejjer tal-baħar.
6Wessa’ l-fruntieri tan-nazzjon tiegħu,#Eż 34,24.
u ħakem fuq il-pajjiż.
7Ġabar ’il ħafna priġunieri tal-gwerra
u ħa f’idejh ’il Geżer, ’il Betsur u ’l Akra,
neħħa minnha kull tinġis,
u ħadd ma kellu l-ħila jżommlu.
8Kulħadd kien jaħdem ir-raba’ fis-sliem,#Żak 8,12.
u kienet tagħti l-art l-għelejjel tagħha,
u s-siġar tal-wita frotthom.
9L-anzjani jqattgħu ż-żmien fil-pjazez,#Żak 8,4-5.
jitħaddtu fuq il-ġid tal-art,
u ż-żgħażagħ lebsin ilbies sabiħ tal-gwerra.
10L-ibliet ħasbilhom għall-ikel,
u għammarhom b’armi għall-ħarsien tagħhom.
U l-isem glorjuż tiegħu wasal sa truf l-art,
11Ġieb is-sliem fuq il-pajjiż,#Lev 26,6.
u l-ferħ ta’ Iżrael kien bla qjies.
12Kulħadd kien joqgħod għad-dell#Mik 4,4; Żak 3,10.
tad-dielja u t-tina tiegħu;
ibeżżagħhom ma kien hemm ħadd.
13Għeb kull għadu mill-pajjiż,
u s-slaten tkissru wkoll f’dawk il-jiem.
14Ħeja lill-fqar kollha tal-poplu tiegħu;
fittex il-liġi bil-ħrara kollha,
u r-rinnegati u l-ħżiena lkoll qeridhom.
15Żejjen it-tempju,
u kattar it-tagħmir tas-santwarju.
Alleanza mar-Rumani u l-Ispartani
16Meta Ruma u Sparta semgħu li kien miet Ġonatan, għelew ħafna għalih. 17Imma meta semgħu li Xmun ħuh sar il-qassis il-kbir minn floku u li kien qiegħed jaħkem fuq il-pajjiż u l-ibliet li hemm fih, 18kitbulu fuq twavel tal-bronż biex iġeddu l-ħbiberija miegħu u l-alleanza, li kienu għamlu ma’ Ġuda u Ġonatan ħutu.#1 Mak 8,17-18. 19U qrawhom quddiem il-ġemgħa f’Ġerusalemm.
20Din hi l-kopja tal-ittra li bagħtu l-Ispartani:
“Il-kapijiet tal-Ispartani u n-nies tal-belt lil Xmun, il-qassis il-kbir, u lill-anzjani u l-qassisin, u l-bqija tal-poplu tal-Lhudija ħutna, sliem.
21“L-ambaxxaturi li bgħattu lill-poplu tagħna ħabbrulna bil-glorja u l-ġieħ tagħkom, u fraħna ħafna bil-miġja tagħhom. 22Aħna niżżilna fl-atti pubbliċi kulma qalulna hekk: ‘Numenju bin Antijoku u Antipater bin Ġason, ambaxxaturi tal-Lhud, ġew għandna jġeddu l-ħbiberija magħna.#12,3. #1 Mak 12,16; 15,15. 23Il-poplu għoġbu jilqagħhom bl-unuri kollha, għoġbitu li tinżamm kopja ta’ kulma qalu fl-arkivji pubbliċi biex il-poplu tal-Ispartani jkollu tifkira. Għamilna kopja ta’ dan id-dokument lil Xmun, il-qassis il-kbir.’ ”
24Imbagħad Xmun bagħat lil Numenju Ruma b’tarka kbira tad-deheb tiswa elf mina#14,24: Elf mina: il-mina (maneh fil-Lhudi) għal ħafna żmien kienet użin; fi żmien Ktieb il-Makkabin kienet biċċa flus tiswa 100 dinar jew drakma. Dinar kien il-paga ta’ jum. biex iwettaq l-alleanza magħhom.
Ġieħ lil Xmun mill-poplu (140 QK)
25Meta l-poplu sama’ b’dan qal: “Kif se niżżu ħajr lil Xmun u lil uliedu? 26Għax sew hu sew ħutu u dar missieru, urew ħila kbira, tqabdu mal-għedewwa ta’ Iżrael u tefgħuhom ’il barra, u kisbulu l-ħelsien.” U kitbu dan fuq twavel tal-bronż u waħħluhom ma’ kolonni fuq l-għolja ta’ Sijon.
27Din hi l-kopja ta’ dan id-digriet:
“It-18 ta’ Elul tas-sena 172#14,27: It-18 ta’ Elul tas-sena 172: 13 ta’ Settembru 140 QK., it-tielet sena ta’ Xmun, il-qassis il-kbir, f’Asaramel#14,27: Asaramel: tfisser “Il-Bitħa tal-Poplu ta’ Alla,” jiġifieri t-tempju., 28f’laqgħa kbira tal-qassisin, tal-poplu, tal-kbarat tan-nazzjon, u tal-anzjani tal-pajjiż, kien mgħarraf lilna dan li ġej: 29‘Billi qamu bosta drabi gwerer fil-pajjiż, Xmun bin Mattatija, il-qassis, bin ulied Ġojarib u ħutu tarrfu ħajjithom u żammew iebes lill-għedewwa tan-nazzjon, biex jibqgħu sħaħ it-tempju tagħhom u l-Liġi; b’hekk għamlu unur kbir lil ġenshom. 30Ġonatan ġabar lill-ġens tagħhom, sar il-qassis il-kbir tagħhom, imbagħad inġabar ma’ niesu. 31L-għedewwa tagħhom għamluha f’rashom li jidħlu fil-pajjiż biex iħarbtuh, u jmiddu idejhom fuq it-tempju tagħhom. 32Imbagħad qam Xmun biex jitqabad għall-ġens tiegħu u ħareġ ħafna flus minn tiegħu u għammar bl-armi l-irġiel tal-eżerċtu tal-poplu tiegħu u ħallashom. 33Iffortifika l-ibliet tal-Lhudija u ’l Betsur fi truf il-Lhudija, fejn qabel kien hemm l-armi tal-għedewwa, u qiegħed fiha għases Lhud. 34Iffortifika lil Ġaffa f’xatt il-baħar u lil Geżer fi truf Ażotu, fejn qabel kienu jgħammru l-għedewwa, u qiegħed hemm Lhud biex jgħammru fihom; u ħalla ħażniet fihom ta’ kulma kien meħtieġ għall-għajxien tagħhom. 35Il-poplu ra l-lealtà ta’ Xmun u l-ġieħ li ried jikseb għall-poplu tiegħu, u għalhekk dan ħatru b’kap u qassis il-kbir talli kien għamel dan kollu, u minħabba l-ġustizzja u l-lealtà li wera mal-ġens tiegħu b’kull mod biex jgħolli l-poplu tiegħu. 36Fi żmienu bil-ħila tiegħu rnexxielu jeqred il-Ġentili minn artna, u lil dawk li kienu fil-Belt ta’ David, f’Ġerusalemm. Dawn kienu bnew il-fortizza tal-Akra, mnejn kienu joħorġu u jniġġsu l-inħawi tas-santwarju, u jagħmlu ħsara kbira lill-qdusija tiegħu. 37U ġieb Lhud jgħammru fiha u ffortifikaha għall-ħarsien tal-pajjiż u tal-belt, u għolla s-swar ta’ Ġerusalemm. 38Għalhekk is-sultan Demetriju wettqu fid-dinjità ta’ qassis il-kbir 39u għamlu wieħed mill-ħbieb tiegħu u mlieh b’unuri kbar.#1 Mak 2,18. 40Għax kien sama’ li r-Rumani lil-Lhud bdew isejħulhom ħbieb, alleati u aħwa, u li kienu laqgħu l-ambaxxaturi ta’ Xmun bl-unuri kollha; 41u li l-Lhud u l-qassisin għoġobhom li Xmun ikun il-kap u l-qassis il-kbir għal dejjem sakemm ma jitfaċċax xi profeta ta’ min joqgħod fuqu;#Dt 18,15. 42u li jkun ġeneral tagħhom u li jieħu ħsieb it-tempju u jaħtar in-nies li jieħdu ħsieb ix-xogħlijiet, il-pajjiż, l-armi u l-fortizzi.#1 Mak 4,46. 43Kellu jisma’ minnu kulħadd, u l-kuntratti kollha fil-pajjiż kellhom jinkitbu f’ismu; u jkollu d-dritt jilbes il-porpra u li jġib bokkla tad-deheb.
44“Ħadd mill-poplu u l-qassisin ma jista’ jħassar xejn minn dan kollu jew ma joqgħodx għal li jgħid hu, jew ilaqqa’ xi laqgħa fil-pajjiż mingħajr il-permess tiegħu, jew jilbes il-porpra, jew iġib il-bokkla tad-deheb. 45Kull min imur kontra dawn id-deċiżjonijiet jew iħalli xi waħda minnhom barra, ikun jistħoqqlu l-kastig.
46“U hekk għoġob lill-poplu kollu li jagħti lil Xmun is-setgħa li jagħmel skont dan id-digriet.”
47Xmun aċċetta u qabel li jkun il-qassis il-kbir, ġeneral u etnarka tan-nazzjon#14,47: Prinċep tan-nazzjon: bil-Grieg ethnarkes: ethnos, nazzjon, razza, u arkes, kap, prinċep. L-etnarka kien jirrappreżenta n-nazzjon jew il-ġemgħa razzjali quddiem is-sultan sovran. Is-setgħa u l-awtorità tiegħu kienu limitati għall-affarijiet interni tan-nazzjon. tal-Lhud u tal-qassisin, u li jkun hu fuq kollox.
48U ordnaw li din il-kitba titnaqqax fuq twavel tal-bronż u titwaħħal mal-ħajt ta’ madwar is-santwarju f’post li jidher. 49U li kopja tagħha titqiegħed fit-teżor, biex tkun f’idejn Xmun u wliedu.

Currently Selected:

1 MAKKABIN 14: MB20

Highlight

Copy

Compare

Share

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in