1 MAKKABIN 1
1
Kapitlu 1
Alessandru l-Kbir
1Ġara li Alessandru l-Maċedoni#1,1: Alessandru l-Maċedoni: Alessandru l-Kbir (356-323 QK) telaq mill-Maċedonja, art il-Kittin (Ġen 10,4; Num 24,24), u ħabat għall-imperu Persjan, ħataf f’idejh il-Lvant kollu sal-Indja, u xerred il-kultura Griega ma’ kullimkien; u mit-tlaqqigħ flimkien tal-kultura Griega u l-kultura tal-Lvant tnissel l-Elleniżmu, li għaqqad il-Lvant u l-Punent f’dinja waħda. Is-suċċessuri tiegħu komplew din il-politika għalkemm dejjem kienu fi gwerer bejniethom għall-poter. bin Filippu, minn art il-Kittin, wara li sar sultan fuq il-Greċja, ħareġ għall-gwerra, rebaħ lil Dariju#1,1: Dariju: Dariju III (336-331 QK), sultan tal-Persja., sultan tal-Persjani u l-Medi, u beda jsaltan minn floku, ibda mill-Greċja.#Dan 8,20-22; 11,3-4. 2Għamel ħafna gwerer, ħa f’idejh ħafna fortizzi, u qatel is-slaten ta’ dawn l-artijiet. 3Wasal sa truf id-dinja u ħa l-priża mingħand kotra ta’ ġnus, u d-dinja baqgħet issummata quddiemu; tkabbar bih innifsu u qalbu mtliet bis-suppervja. 4Bena eżerċtu ta’ qawwa bla qjies, u ġieb taħt il-ħakma tiegħu artijiet, ġnus u slaten, u lkoll bdew iħallsu l-ħaraġ.
5Wara dan kollu nxteħet fis-sodda u ntebaħ li kien wasal għall-mewt. 6Għalhekk sejjaħ il-ġenerali tiegħu, nobbli li kienu trabbew miegħu sa minn żgħożitu, u qassmilhom l-imperu tiegħu meta kien għadu ħaj. 7Alessandru miet wara li dam isaltan tnax-il sena#1,7: Tnax-il sena: 336-323 QK. Alessandru miet qasir il-għomor f’Babilonja hu u rieġa’ lura mill-Indja fl-età ta’ 32 sena.. 8U l-ġenerali tiegħu ħadu s-setgħa f’idejhom, kull wieħed fil-qasma tiegħu#1,8: Il-ġenerali ħadu s-setgħa f’idejhom, kull wieħed fil-qasma tiegħu: il-ġeneral ta’ Alessandru qasmu l-imperu bejniethom u xiddew il-kuruna. Il-palestina għall-ewwel sabet ruħha maħkuma mill-Ptolomej (Eġittu) sas-sena 199 QK u mabagħed mis-Sekewċidi (Sirja) mis-sena 200 ’il quddiem.. 9Meta miet ilkoll xiddew il-kuruna f’rashom, u hekk għamlu wliedhom għal bosta snin; u ġiebu ħsara bla qjies fuq id-dinja.
Antijoku IV Epifani (175-163 QK) jaħqar lil-Lhud
10Minn dawn ħareġ għerq mill-agħar, Antijoku Epifani, bin is-sultan Antijoku; qabel ma beda jsaltan fis-sena 137 tas-saltna tal-Griegi#1,10: Fis-sena 137 tas-saltna tal-Griegi: 175 QK. Is-sena ċivili kienet tibda fil-ħarifa, u s-sena liturġika jew reliġjuża fir-rebbiegħa. L-awtur jimxi fuq il-kalendarju tas-Sirja f’affarijiet ċivili u fuq dak liturġiku f’affarijiet reliġjużi. Antijoku Epifani: Antijoku IV Epifani (175-163 QK) sultan tas-Sirja. Ħa t-titolu ta’ Epifani, jiġifieri manifestazzjoni ta’ alla kif kien iqis ruħu. kien miżmum b’rahan f’Ruma.#2 Mak 4,7.
11Dik il-ħabta ħarġu minn Iżrael xi nies rinnegati u bdew ixewxu lil ħafna nies u jgħidulhom: “Ejja mmorru nagħmlu patt mal-Ġentili ta’ madwarna, għax kemm ilna li ksirnieha magħhom laħquna ħafna ħsarat.”#Dt 13,13; 2 Mak 4,9-17. 12Dan id-diskors ingħoġob, 13u ndaħlu xi wħud mill-poplu u marru għand is-sultan, u dan tahom is-setgħa li jdaħħlu d-drawwiet tal-ġnus.#2 Mak 4,7-17. 14Bnew ġinnasju#1,14: Ġinnasju: mill-kelma Griega gumnos, għarwien; ċentru ta’ kultura Griega. Hawn iż-żgħażagħ kienu jitħarrġu fil-ħajja intellettwali u l-ħajja sportiva tal-Griegi. Iż-żgħażagħ Lhud - u ma kinux ftit - inġibdu għal din il-ħajja, u billi skont id-drawwa Griega kellhom jinżgħu għeriewen għal-logħob, kienu jippruvaw jaħbu ċ-ċirkonċiżjoni tagħhom. Il-Lhud leali lejn pajjiżhom u r-reliġjon tagħhom dan kienu jqisuh tradiment tat-tradizzjonijiet ta’ missirijiethom, apostasija mill-fidi tagħhom, u skandlu li jkexkex. f’Ġerusalemm skont id-drawwa tal-Ġentili, 15neħħew is-sinjali taċ-ċirkonċiżjoni u ċaħdu l-patt il-qaddis, bdew jitħalltu mal-Ġentili u biegħu ruħhom għall-ħażen.#1 Kor 7,18.
16Malli deherlu li s-saltna tiegħu ssaħħet biżżejjed, Antijoku waħħalha f’rasu li jsir sultan tal-Eġittu, u hekk jibda jsaltan fuq żewġ saltniet. 17Daħal l-Eġittu b’eżerċtu qawwi, armat b’karrijiet, iljunfanti#1,17: iljunfanti: l-iljunfanti miġjuba mill-Indja kienu arma qawwija fl-eżerċti tas-Selewċidi; kienu fortizzi ħajja, qishom it-tankijiet tal-lum., kavallerija u flotta kbira.#2 Mak 5; Dan 11,25-28. 18U tqabad ma’ Ptolomew, sultan tal-Eġittu; Ptolomew infixel quddiemu u ħarab, u ħalla warajh ħafna midruba għall-mewt. 19Antijoku ħataf f’idejh l-ibliet iffortifikati u neżża’ l-art tal-Eġittu.
Antijoku fl-Eġittu u f’Ġerusalemm (169-167 QK)
20Wara li ta xebgħa lill-Eġittu, Antijoku raġa’ lura fis-sena 143, u tala’ għal Iżrael u Ġerusalemm b’eżerċtu qawwi.#2 Mak 5,11-12. 21Imbagħad daħal kollu kburi fis-santwarju, ħataf l-artal tad-deheb, u l-imnara tad-dawl bit-tagħmir kollu tagħha; 22il-mejda tal-ħobż tal-preżenza, il-bwieqi, l-injieb, iċ-ċnieser tad-deheb u l-purtiera, id-dijademi, it-tiżjin kollu tad-deheb li kien hemm mal-faċċata tat-tempju u żarma kollox. 23Ħa wkoll il-fidda u d-deheb u t-tagħmir prezzjuż, u t-teżori moħbija li rnexxielu jsib. 24Ħataf kollox u raġa’ lura lejn pajjiżu, wara li kien xerred ħafna dmija. Tkabbar u ftaħar b’li kien għamel.
25U waqa’ swied il-qalb kbir
fuq Iżrael ma’ kullimkien.
26Bkew il-kbarat u l-anzjani;
intelqu x-xebbiet u l-ġuvintur;
u l-ġmiel tan-nisa dbiel.
27Infexx jibki kull għarus,
u baqgħet bid-dmugħ f’għajnejha
l-għarusa fl-għorfa tagħha.
28Minħabba n-nies tagħha triegħdet l-art,
u d-dar kollha ta’ Ġakobb inksiet bil-għajb.
29Sentejn wara s-sultan bagħat l-uffiċjal inkarigat mill-ġbir tal-ħaraġ fl-ibliet ta’ Ġuda u wasal Ġerusalemm b’eżerċtu kbir.#2 Mak 5,24-26. 30Lin-nies kellimhom bi kliem is-sliem u b’qerq, u huma emmnuh. Imbagħad inxteħet għal fuq il-belt għal għarrieda u ġieb qerda kbira fuqha, u qatel ħafna nies minn Iżrael. 31Seraq kulma kien hemm fil-belt, taha n-nar u ġarraf djarha u swarha dawramejt. 32Imbagħad ħadu lsiera n-nisa u t-tfal; u l-bhejjem ħaduhom għalihom. 33Il-belt ta’ David iffortifikawha b’ħajt kbir u qawwi u b’torrijiet b’saħħithom, u hekk biddluha f’fortizza għalihom.#1 Mak 6,18. 34U għammruha b’nies midinba u rinnegati; u żguraw ruħhom fiha. 35Ħażnu armi u ikel, u rekknu fiha kulma kienu serqu minn Ġerusalemm. Minn hemm kienu jissajjaw 36u jgħassu t-tempju bil-moħbi; għedewwa qliel għal Iżrael kull ħin.
37Xerrdu demm bla ħtija madwar is-santwarju,#S 79,1-3.
u niġġsu l-post imqaddes.
38Minħabba fihom ħarġu dawk li kienu jgħammru Ġerusalemm,
u saret bejta tal-barranin.
Il-belt saret barranija
għal nisilha, abbandunata minn uliedha.
39It-tempju tagħha sar ħerba bħad-deżert;#Tob 2,5; Għam 8,10.
il-festi tagħha nbidlu f’jiem il-vistu;
is-Sibtijiet inbidlu f’għajb,
u ġieħha fi tmaqdir.
40Daqs kemm kien kbir is-sebħ li kellha darba,
daqshekk ieħor issa kien kbir l-għajb;
u l-kburija tagħha nbidlet f’vistu.
41Imbagħad is-sultan kiteb lis-saltna kollha tiegħu li lkoll kellhom jiffurmaw poplu wieħed u kull wieħed iħalli l-liġi tiegħu. 42Il-ġnus kollha qagħdu għad-digriet tas-sultan, 43u ħafna minn Iżrael għoġbithom ir-reliġjon tiegħu u offrew is-sagrifiċċji lill-allat foloz u kisru jum is-Sibt.
Il-persekuzzjoni
44U s-sultan bagħat ittri mal-kurriera tiegħu f’Ġerusalemm u l-ibliet l-oħra ta’ Ġuda biex jordnalhom li jimxu skont użanzi barranin għall-pajjiż;#2 Mak 6,1-11. 45li jaqtgħu mit-tempju s-sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji oħra u l-libazzjonijiet; li jipprofanaw is-Sibtijiet u l-festi; 46li jniġġsu t-tempju u l-qassisin tiegħu;#2 Mak 6,2; Dan 9,27. 47li jibnu artali, santwarji u tempji għall-idoli, u jissagrifikaw ħnieżer u bhejjem oħra mniġġsa; 48li jħallu lil uliedhom bla ċirkonċiżjoni, u jittebbgħu b’kull xorta ta’ ħmieġ u nġies. 49B’hekk jinsew il-liġi u jbiddlu l-kmandamenti kollha. 50Kull min ma joqgħodx għad-digriet tas-sultan jagħtuh il-mewt.#2 Mak 6,18—7,41. #2 Mak 6,10.
51Dan kollu kiteb is-sultan lis-saltna kollha tiegħu u qiegħed suprentendenti fuq il-poplu kollu, u ġiegħel lill-ibliet ta’ Ġuda, waħda waħda, joffru s-sagrifiċċji. 52Ħafna mill-poplu marru għan-naħa tagħhom, kollha nies li abbandunaw il-liġi, u għamlu d-deni fil-pajjiż, 53u b’hekk ġiegħlu lil Iżrael jistaħbew f’kull kenn li kellhom.#Lhud 11,38.
Il-profanazzjoni tat-tempju (167 QK)#2 Mak 6,10.
54Fil-ħmistax tax-xahar ta’ Kislew tas-sena 145 Antijoku talla’ l-idolu, profanazzjoni u ħerba#1,54: Profanazzjoni u ħerba: litteralment l-għajb (qżież, stmerrija) tal-ħerba. Mhijiex ħaġa ħafifa t-traduzzjoni ta’ din l-espressjoni. Hi x’inhi din hi referenza għall-idolu ta’ Żews jew Bagħat-xemajim, f’sura ta’ bniedem għarwien, li Antijoku tella’ fuq l-artal tas-sagrifiċċju fit-tempju. Taħt il-kelma xamem, ħerba, jista’ jkun hemm il-kelma xemajim, smewwiet; bidla bbażata fuq l-assonanza li biha l-Lhud kemm-il darba kienu jiddieħku bl-allat fiergħa tal-pagani; ara Dan 6,2; 11,31; Mak 6,2; Mt 24,15., fuq l-artal, u hekk ukoll tellgħu artali fl-ibliet kollha ta’ Ġuda kif iddur.#1 Mak 6,7; Dan 9,27; 11,31; Mt 24,15. 55Ħarqu l-inċens fil-bibien ta’ djarhom u fil-pjazez. 56Il-Kotba tal-Liġi#1,56: Il-Kotba tal-Liġi: l-ewwel ħames kotba tat-Testment il-Qadim, il-Liġi ta’ Mosè. F’v. 57 jissejħu wkoll Ktieb tal-Patt., li rnexxielhom isibu, għamluhom bċejjeċ u ħarquhom. 57Kull min kienu jsibulu xi Ktieb tal-Patt, jonkella kien iħares il-liġi, kienu jagħtuh il-mewt bis-saħħa tad-digriet tas-sultan.#2 Mak 2,14. 58Għax kellhom il-forza, hekk kienu jagħmlu mal-Iżraelin li kienu jinqabdu fl-ibliet minn xahar għal xahar. 59Fil-ħamsa u għoxrin tax-xahar offrew sagrifiċċju fuq l-artal, li tellgħu fuq l-artal#1,59: Li tellgħu fuq l-artal: mid-dehra ttella’ artal pagan fuq l-artal tas-sagrifiċċju fit-tempju ta’ Ġerusalemm. tal-ħruq.
60U n-nisa li kienu jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lil uliedhom kienu jagħtuhom il-mewt, 61bit-trabi mdendlin ma’ għonqhom skont id-digriet tas-sultan, u magħhom kienu joqtlu wkoll lil nieshom u lil dawk li kienu jagħmlulhom iċ-ċirkonċiżjoni.
62Imma ħafna minn Iżrael għamlu l-qalb u webbsu rashom li ma jiklux ikel imniġġes; 63huma għażlu li jmutu, basta li ma jitniġġsux b’ikel ipprojbit, u ma jipprofanawx il-patt qaddis; u mietu.
64Kbira kienet il-korla fuq Iżrael.
Currently Selected:
1 MAKKABIN 1: MB20
Highlight
Copy
Compare
Share
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.