MALAKIJA 3:11-12
MALAKIJA 3:11-12 MB20
U minħabba fikom inċanfar il-ġrad wikkiel biex ma jeqridilkomx il-frott tal-art, u biex id-dielja ma twaqqgħalkomx l-għenieqed fl-għalqa,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti. “Imbagħad il-ġnus kollha jsejħulkom hienja, għax intom tkunu art li fiha għaxqa,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti.





