Logo ng YouVersion
Hanapin ang Icon

EŻODU 16

16
Kapitlu 16
Fid-deżert ta’ Sin
1Minn Elim, il-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael refgħu t-tined tagħhom u, fil-ħmistax-il jum tat-tieni xahar minn ħruġhom mill-art tal-Eġittu, waslu fid-deżert ta’ Sin, li jinsab bejn Elim u s-Sinaj.#Num 11; Dt 8,3; S 78,18-19; 105,40; 106,13-15; Għerf 16,20-29; Ġw 6,26-33. 2Fid-deżert, il-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael bdew igergru kontra Mosè u Aron. 3Ulied Iżrael qalulhom: “Mhux li mitna b’id il-Mulej fl-art tal-Eġittu, meta konna ħdejn il-borom tal-laħam u konna nieklu ħobż bix-xaba’! Ħriġtuna f’dan id-deżert biex toqtlu bil-ġuħ din il-ġemgħa kollha!”#Eż 14,11-12; 17,3. 4Il-Mulej imbagħad qal lil Mosè: “Ara, se nibagħtilkom xita ta’ ħobż mis-sema. Il-poplu kollu joħroġ u jiġbor minn jum għal ieħor kemm ikun jenħtieġ għall-ġurnata, biex hekk inġarrabhom u nara jimxux mal-liġi tiegħi jew le.#Dt 8,2; 1 Kor 10,3. 5Fis-sitt jum, imbagħad, meta jkunu jħejju x’se jieħdu magħhom, iqisu li jkun darbtejn aktar minn dak li jiġbru kuljum.”
6U Mosè u Aron qalu lil ulied Iżrael kollha: “Filgħaxija tkunu tafu li l-Mulej ħariġkom mill-art tal-Eġittu.#Eż 16,12; S 81,11. 7U għada filgħodu taraw il-glorja tal-Mulej, għax hu sama’ t-tgemgim tagħkom kontra l-Mulej. Aħna x’aħna biex tgergru kontra tagħna?” 8U qal Mosè: “Il-Mulej jagħtikom filgħaxija laħam x’tieklu, u filgħodu ħobż biex tixbgħu, għax il-Mulej sama’ t-tgergir tagħkom li intom gemgimtu kontra tiegħu - għaliex aħna x’aħna? Mhux kontrina gergirtu, imma kontra l-Mulej.”#S 78,27-28; Lq 10,16.
9Mosè, imbagħad, qal lil Aron: “Għid lill-ġemgħa kollha ta’ Iżrael: ‘Ersqu quddiem il-Mulej għax sama’ t-tgergir tagħkom.’ ” 10U kif Aron kien ikellem lill-ġemgħa kollha ta’ Iżrael, u ħarsu lejn id-deżert, hemm hi, il-glorja tal-Mulej dehret fi sħaba. 11U l-Mulej kellem lil Mosè: 12“Jien smajt it-tgergir ta’ wlied Iżrael. Kellimhom u għidilhom: ‘Filgħaxija tieklu l-laħam u filgħodu tixbgħu bil-ħobż. U tkunu tafu li jiena l-Mulej, Alla tagħkom.’ ”
13U ġara li filgħaxija dehret qatgħa summien tittajjar fl-għoli u għattiet it-tined kollha, u filgħodu kien hemm wiċċ nida madwar it-tined. 14Meta din in-nida għabet, fuq wiċċ id-deżert kien hemm xi ħaġa rqiqa qisha ġlata fuq l-art. 15Malli wlied Iżrael raw dan, bdew jgħidu wieħed lil ieħor: “Man-hu?” - Għax ma għarfux x’inhu. Mosè qalilhom: “Dan hu l-ikel li l-Mulej takom biex tieklu.”#1 Kor 10,3. 16Dan hu li l-Mulej ordnalkom: “Kull wieħed minnkom jiġbor minnha daqs kemm jista’ jiekol; tieħdu daqs siegħ kull wieħed skont in-numru tan-nies li kull wieħed minnkom ikollu fit-tinda.” 17U wlied Iżrael għamlu hekk, u ġabru min ftit u min ħafna. 18Meta mbagħad kejlu bis-siegħ, min kellu ħafna ma kellux iż-żejjed; u min kellu ftit ma kellux in-nieqes. Kulħadd ġabar kemm kellu bżonn.#2 Kor 8,15. 19U Mosè qalilhom: “Ħadd ma għandu jħalli minnu għal filgħodu.” 20Iżda ma semgħux minn Mosè. Xi wħud minnhom ħallew għal filgħodu, u ddewdilhom u tħassar, u Mosè għadab għalihom. 21U kienu jiġbru minnu kull filgħodu, kulħadd skont kemm kien jiekol. Malli kienet tisħon ix-xemx, kien idub.
22U fis-sitt jum kienu jiġbru ħobż għal darbtejn, żewġ sigħan għal kull wieħed. Il-kapijiet tal-ġemgħa ġew jgħidu b’dan lil Mosè. 23U hu weġibhom: “Dan qal il-Mulej: ‘Għada jum il-mistrieħ kbir, mistrieħ imqaddes lill-Mulej: Dak li għandkom taħmu, aħmuh; u dak li għandkom issajru, sajruh; u dak li jifdal, erfgħuh għal filgħodu.’ ” Għalhekk refgħuh sa filgħodu 24kif wissiehom Mosè, u la tħassar u anqas iddewwed. 25U Mosè qalilhom: “Kuluh illum, għax illum hu jum il-mistrieħ għall-Mulej. Illum ma ssibuhx fir-raba’. 26Għal sitt ijiem tiġbru minnu, iżda fis-seba’ jum, jum il-mistrieħ, ma jkunx hemm ġbir fih.” 27U ġara li fis-seba’ jum xi wħud mill-poplu ħarġu jiġbru, u ma sabu xejn. 28U l-Mulej qal lil Mosè: “Kemm se ddumu ma tħarsu l-kmandamenti u l-liġi tiegħi? 29Araw, il-Mulej takom il-mistrieħ is-Sibt; għalhekk fis-sitt jum jagħtikom ikel għal jumejn; u intom oqogħdu kull wieħed f’postu, u ma joħroġ ħadd jiġbor minnu fis-seba’ jum.” 30U l-poplu kien jistrieħ fis-seba’ jum. 31U dar Iżrael semmiet dan l-ikel: ‘Manna’; kienet qisha bħal żerriegħa bajda tal-kożbor, u t-togħma tagħha kienet bħal ftira bl-għasel. 32U Mosè qal: “Dan li jikkmandakom il-Mulej: ‘Imlew siegħ minnu u terfgħuh għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajkom biex jaraw il-ħobż li kont nitmagħkom fid-deżert meta ħriġtkom mill-Eġittu.’ ” 33U Mosè qal lil Aron: “Ħu ġarra u qiegħed fiha daqs siegħ manna, u qegħedha quddiem il-Mulej biex iżżommha għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajkom.”#2 Kor 8,15. 34U skont ma ordna l-Mulej lil Mosè, hekk Aron qegħedha fl-arka tax-xhieda#16,34: Fl-arka tax-xhieda: jiġifieri t-twavel tal-liġi ta’ Mosè li kienu merfugħa fl-arka. biex tintrefa’ hemm.
35U wlied Iżrael kienu jieklu l-manna għal erbgħin sena sakemm waslu f’art imgħammra; u baqgħu jieklu minnha sat-trufijiet tal-art ta’ Kangħan.#Num 21,5; Ġoż 5,10-12. 36Għomer, jew siegħ, hu l-waħda minn għaxra ta’ kejl ta’ efa.

Kasalukuyang Napili:

EŻODU 16: MB20

Haylayt

Kopyahin

Paghambingin

Ibahagi

None

Gusto mo bang ma-save ang iyong mga hinaylayt sa lahat ng iyong device? Mag-sign up o mag-sign in