YouVersion Logo
Search Icon

TITU 3

3
Kapitlu 3
Id-dmirijiet tal-insara
1Fakkarhom biex joqogħdu għall-maġistrati u għall-awtorità, jobduhom u jkunu dejjem imħejjija għal kull opra tajba;#Rum 13,1; 1 Pt 2,13. 2biex ma jkasbru ’l ħadd, jaħarbu t-tilwim, ikunu umli, jimxu bil-ħlewwa ma’ kulħadd. 3Għax aħna wkoll konna darba bla moħħ; konna nies li ma jridux jobdu, bnedmin li tilfu t-triq, ilsiera tal-passjonijiet u kull xorta ta’ pjaċiri; konna ngħixu fil-ħażen u fl-għira; konna nies ta’ min jobgħodna u għedewwa ta’ xulxin.#1 Kor 6,11; Ef 2,2; 5,8. 4Iżda meta feġġet it-tjieba ta’ Alla, Salvatur tagħna, u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin,#Tit 1,3; 2,10. 5hu salvana bil-ħasil ta’ twelid ġdid u t-tiġdid tal-Ispirtu s-Santu, mhux minħabba l-opri tajba li stajna għamilna aħna, iżda minħabba l-ħniena tiegħu.#Ġw 3,5; Ef 2,8-9; 5,26; 2 Tim 1,9. 6Dan l-Ispirtu hu sawwbu bil-kotra fuqna b’Ġesù Kristu, is-Salvatur tagħna,#Ġoel 3,1. 7biex bis-saħħa tal-grazzja tiegħu nitqaddsu u nsiru werrieta tal-ħajja ta’ dejjem skont it-tama li għandna.
8Din hi kelma żgura; u jiena rridek tisħaq fuq dawn il-ħwejjeġ, sabiex dawk li jemmnu f’Alla jieħdu ħsieb li jkunu minn tal-ewwel fl-opri tajba. Dan hu sabiħ u fejjiedi għall-bnedmin. 9Aħrab il-kwistjonijiet fiergħa u l-ġenealoġiji#3,9: Il-ġenealoġiji: kwistjonijiet fuq l-arbli tar-razza, l-aktar tal-patrijarki u l-persunaġġi kbar tat-Testment il-Qadim; ara Ġen 4-5; 9-11; 1 Tim 1,4. u l-ġlied u t-tilwim fuq il-Liġi. Dawn kollha huma bla fejda u vojta.#2 Tim 2,14-16. 10Bniedem li jġib il-firda#3,10: Bniedem li jġib il-firda: oħrajn jittraduċu bniedem eretiku. widdbu darba darbtejn, u mbagħad aħrab minnu.#Mt 18,15-17. 11Taf int, bniedem bħal dan hu korrott u midneb, ikkundannat minnu nnifsu.#1 Tim 6,4-5.
L-aħħar istruzzjonijiet u tislijiet
12Meta nibgħat għandek lil Artema jew lil Tikiku, fittex ejja ħdejja f’Nikopoli#3,12: Nikopoli: ħafna bliet kienu jġibu dan l-isem. Hawn aktarx il-belt fuq ix-xatt tal-Punent tal-Greċja., għax qtajtha li ngħaddi x-xitwa hemmhekk.#Atti 6,4-5. #Atti 20,4; Ef 6,21-22; Kol 4,7-8; 2 Tim 4,12. 13Għin lil Zena, l-avukat, u lil Apollo biex ifittxu jitilqu, u qis li ma jkun jonqoshom xejn.#Atti 18,24; 1 Kor 3,5-6; 16,12. 14In-nies tagħna mbagħad għandhom jitgħallmu jkunu minn ta’ quddiem fl-opri tajba, biex jieħdu ħsieb ta’ kulma hu meħtieġ u ma jgħaddux ħajja bla frott.#Ef 4,28; Tit 2,14.
15Dawk kollha li hawn miegħi jsellu għalik. Sellili għal ħbiebna fil-fidi. Il-grazzja magħkom ilkoll.

Currently Selected:

TITU 3: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in