YouVersion Logo
Search Icon

TITU 2

2
Kapitlu 2
Tagħlim sod
1Int, iżda, għallem skont id-duttrina sħiħa:#1 Tim 1,10-13; 2 Tim 4,3. 2Li x-xjuħ ikunu trankwilli, għaqlin, serji, meqjusa, sħaħ fil-fidi, fl-imħabba u fis-sabar. 3L-istess in-nisa xjuħ: għandhom iġibu ruħhom kif jixraq lil nisa qaddisa; ma jqassux fuq ħaddieħor, anqas ikunu lsiera tal-inbid; għandhom jgħallmu t-tajjeb,#1 Tim 3,11. 4biex hekk idarru n-nisa żgħażagħ iħobbu lil żwieġhom u lil uliedhom; 5ikunu meqjusa, safja, nisa tad-dar, twajba, ubbidjenti għal żwieġhom, ħalli l-kelma ta’ Alla ma titkasbarx.#Ef 5,22. 6Hekk ukoll ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex ikunu meqjusa. 7Qis li inti nnifsek tkun f’kollox mera ta’ bniedem li jagħmel it-tajjeb; bniedem ta’ duttrina safja, ta’ serjetà;#1 Pt 2,15. 8li għandu kelma sħiħa li ħadd ma jsib xi jgħid fiha, sabiex kull min jeħodha kontra tagħna jibqa’ mħawwad, billi ma jkollu xejn ħażin xi jgħid fuqna. 9Għid lill-ilsiera biex joqogħdu f’kollox għas-sidien tagħhom, u jfittxu li jogħġbuhom u ma jmeruhomx;#Ef 6,5; 1 Tim 6,1; 1 Pt 2,18. 10ma jwarrbu xejn bil-moħbi, imma juru li huma tassew nies ta’ min jafdahom f’kollox, ħalli f’kollox jagħmlu ġieħ lit-tagħlim ta’ Alla, is-Salvatur tagħna.#Tit 1,3; 3,4.
11Għax dehret il-grazzja ta’ Alla, għas-salvazzjoni lill-bnedmin kollha; 12hi trawwimna nwarrbu l-ħażen u l-ġibdiet tad-dinja, biex ngħixu bir-rażna u l-ġustizzja u t-tjieba f’dan iż-żmien,#Ef 1,4; 1 Ġw 2,16. 13u nistennew it-tama hienja#2,13: Nistennew it-tama hienja: oħrajn jittraduċu aħna u nistennew il-jum hieni li aħna nittamaw; ara 1 Tim 1,1. u d-dehra tal-glorja tal-kbir Alla u Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.#1 Kor 1,7; Fil 3,20. 14Hu li ta lilu nnifsu għalina biex jifdina minn kull ħażen u jnaddafna u jagħmel minna poplu magħżul għalih, poplu mħeġġeġ għall-għemil it-tajjeb.#Eż 19,5; Dt 4,20; 7,6; 14,2; S 130,8; Eżek 27,33; Gal 1,4; 2,20; Ef 2,10; 1 Tim 2,6; 1 Pt 2,9; 3,13. 15Dan li għandek tgħid. Ħeġġeġ u wissi bis-setgħa kollha; u ħadd ma għandu jmaqdrek.#1 Tim 4,12.

Currently Selected:

TITU 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in