YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 16

16
Salm 16
Alla l-aqwa ġid u hena
1Miktam. Ta’ David.
Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.
2Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi,
m’għandix ġid ieħor ħliefek.”
3It-twajbin huma l-kbar f’din l-art;
fihom hi l-għaxqa kollha tiegħi.
4L-hemm tagħhom ikattru
dawk li jaħtru allat oħra.
Lil dawn ma nsawwabx id-demm b’sagrifiċċju,
anqas isimhom ma nsemmi b’xufftejja#16,4: Anqas isimhom ma nsemmi b’xufftejja: il-ġust lanqas biss isemmi l-allat foloz..
5Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi,
inti żżomm f’idejk xortija.#Num 18,20; Dt 10,9; Sir 45,20-22; Lam 3,24.
6Il-kejl tani art li tgħaxxaq:
messni sehem tassew għal qalbi.
7Imbierek lill-Mulej li tani l-fehma;
imqar billejl qalbi tgħallimni.
8Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi,
għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.#Atti 2,25-28.#S 121,5.
9Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi,
u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.#Num 16,33; S 49,16; 73,24; Atti 13,35.
10Għax int ma titlaqnix fl-imwiet#16,10: L-imwiet: ara nota 6,6. Dan il-vers hu interpretat minn San Pietru fis-sens tal-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet; ara Atti 2,27; 13,35. Flok il-kelma konkreta ‘qabar’ xi verżjonijiet jiktbu “taħsir” li huwa possibbli wkoll.,
ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.
11Int tgħallimni t-triq tal-ħajja;
hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,
hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.

Currently Selected:

SALMI 16: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy