YouVersion Logo
Search Icon

FILIPPIN 4

4
Kapitlu 4
1Għalhekk, intom, ħuti li intom l-għożża u x-xewqa tiegħi, ferħ u kuruna tiegħi#4,1: Kuruna tiegħi: ara 1 Tess 1,16., żommu sħiħ fil-Mulej, maħbubin tiegħi.#1 Tess 2,19-20.
Twissijiet
2Lil Evojda u lil Sintiki nitlobhom bil-ħerqa biex ikunu ta’ fehma waħda fil-Mulej. 3U lilek ukoll nitlob, sieħbi Siżigu, għinhom int, għax huma t-tnejn tħabtu miegħi fix-xogħol tal-Evanġelju flimkien ma’ Klement u l-bqija ta’ sħabi. Isimhom miktub fil-ktieb tal-ħajja.#Eż 32,32-33; S 69,28; Dan 12,1; Apk 3,5; 13,8; 17,8; 20,12-15; 21,27.
4Ifirħu dejjem fil-Mulej; nerġa’ ngħidilkom, ifirħu.#Fil 3,1.
5Il-ħlewwa tagħkom, ħa jkunu jafuha l-bnedmin kollha. Il-Mulej qorob.#Lhud 10,37; Ġak 5,8-9. 6Tħabbtu raskom b’xejn. Fit-talb kollu tagħkom itolbu u uru lil Alla xi jkollkom bżonn, u iżżuh ħajr.#Mt 6,25; Kol 4,2; 1 Pt 5,7. 7U s-sliem ta’ Alla, sliem li jgħaddi kulma l-moħħ jista’ jifhem, iżommilkom qalbkom u moħħkom sħaħ fi Kristu Ġesù.#Is 26,3; Ġw 14,27; Kol 3,15.
8Mill-bqija, l-aħwa, f’dan għandkom taħsbu: f’kulma hu veru, f’kulma hu xieraq, f’kulma hu ġust, f’kulma hu safi, f’kulma jiġbed l-imħabba, f’kulma jistħoqqlu l-ġieħ, f’kulma hu virtù, f’kulma ħaqqu t-tifħir; f’dan kollu aħsbu.#Rum 12,17. 9U kulma tgħallimtu u ħadtu mingħandna, u smajtu u rajtu fina, agħmluh. Alla tas-sliem ikun magħkom.#Rum 15,33; 16,20; 1 Kor 15,33; 1 Tess 5,23.
L-għajnuna tal-Filippin
10Jiena fraħt ħafna fil-Mulej talli fl-aħħar erġajtu ħadtu ħsiebi. Minn daqshekk intom dejjem ħsibtu fija, imma sa issa ma kellkomx okkażjoni. 11Qiegħed ngħid dan mhux għax neħtieġ xi ħaġa; jien issa tgħallimt ngħaddi b’dak li jkolli;#1 Tim 6,6. 12naf ngħix fl-għaks, u naf ngħix fil-ġid; kollox drajt u noqgħod għal kollox: ix-xaba’ u l-ġuħ, il-ġid u l-għaks. 13Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini.#2 Kor 12,10; 2 Tim 4,17. 14Għamiltu sewwa ħafna meta qsamtu miegħi tbatijieti.
15Intom tafu wkoll, Filippin, li fil-bidu tax-xandir tal-Evanġelju, meta ħallejt il-Maċedonja, ebda knisja oħra ħliefkom ma ssieħbet miegħi fil-qligħ u t-telf;#2 Kor 11,9. 16għax imqar meta kont fit-Tessalonika, għal darba tnejn bgħattu tgħinuni meta kont neħtieġ. 17Mhux għax jien infittex l-għotjiet, iżda nfittex li l-frott joktor għall-ġid tagħkom.#1 Kor 9,11. 18Għandi kulma neħtieġ u iktar. Imtlejt b’kulma wasalli mingħandkom permezz ta’ Epafroditu bħala offerta tfuħ u sagrifiċċju milqugħ u mogħġub minn Alla.#Ġen 8,21; Eż 29,18; Eżek 20,41. 19Jimliekom Alla tiegħi b’kull ġid fil-ħtieġa tagħkom, skont l-għana tal-glorja fi Kristu Ġesù. 20Lil dan Alla u Missierna, glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
L-aħħar tislijiet
21Sellu għal kull qaddis fi Kristu Ġesù. 22Isellmulkom l-aħwa li hawn miegħi. Isellmulkom il-qaddisin kollha, l-aktar dawk li huma mill-palazz ta’ Ċesari.#Fil 1,13. 23Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom.

Currently Selected:

FILIPPIN 4: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy