FILEMON Ħarsa ħafifa lejn l-ittra
Ħarsa ħafifa lejn l-ittra
Din hi l-iqsar ittra ta’ Pawlu. Hi ittra personali ħafna u tixhed li kienet teżisti rabta qawwija ta’ ħbiberija bejn Pawlu u Filemon. Fiha Pawlu qed jidħol għal Oneżimu li kien wieħed mill-ilsiera ta’ Filemon u li kien ħarab biex ifittex il-ħelsien.
Filemon kien raġel sinjur ħafna u kellu l-ilsiera, dar kbira, u ġid materjali kbir. Kien sar nisrani u beda juża daru biex fiha l-insara jiltaqgħu għat-talb u l-qsim tal-ħobż. Oneżimu kien ukoll sar nisrani, u allura Pawlu qed jitlob lil ħabibu Filemon biex jilqa’ lura lil Oneżimu mhux iktar bħala lsir, imma bħala ħuh fi Kristu.
Forsi tista’ tqum il-mistoqsija għaliex ittra personali hekk kellha tkun indirizzata lill-Knisja li tiltaqa’ f’dar Filemon. U hekk niġu f’dan, nistgħu nistaqsu x’inhu postha fil-Bibbja. Imma ta’ min jinnota li fl-appell ta’ Pawlu favur l-ilsir hemm messaġġ qawwi ta’ mħabba u maħfra.
Meta Pawlu jfaħħar lil Filemon għal mod ta’ ħajja li jgħix, qed ipoġġi quddiem l-insara mudell li fuqu għandhom jimxu. Juri wkoll l-interess personali tal-appostlu Pawlu fl- “ulied” li hu addotta għal Kristu. Dan jispjega għaliex l-ittra nżammet mal-ittri l-oħrajn.
Niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi u niftakar fik fit-talb tiegħi. Jiena smajt bil-fidi li għandek fil-Mulej Ġesù u l-imħabba tiegħek għall-qaddisin. Nitlob li l-fidi li inti taqsam mal-oħrajn ikollha l-qawwa li twassal biex jingħaraf it-tajjeb kollu li hemm fina minħabba fi Kristu (4-6).
It-taqsim tal-ittra
Introduzzjoni (1-3)
Ifaħħar lil Filemon (4-7)
Appell għal Oneżimu (8-22)
Konklużjoni (23-25)
Currently Selected:
FILEMON Ħarsa ħafifa lejn l-ittra: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.