MATTEW Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb
Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb
Id-diskors tal-Muntanja, it-talba tal-Missierna u r-regola tad-deheb “Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom”, huma tliet punti importanti li nsibu msemmija f’dan l-evanġelju biss.
X’aktarx li waħda mir-raġunijiet għaliex l-evanġelju skont Mattew tqiegħed l-ewwel wieħed fost l-erbgħa li għandna, hi għaliex hu l-iktar wieħed magħruf u kkwotat minnhom l-erbgħa.
Wieħed mill-messaġġi l-aktar importanti li nsibu f’dan il-ktieb hu li Alla jrid lill-poplu tiegħu jobdih. L-ewwel eżempju ta’ dan il-messaġġ kien imxandar b’eżempju minn Ġesù nnifsu qabel il-magħmudija tiegħu għand Ġwanni. Meta Ġwanni l-Battista donnu pprotesta dwar il-fatt li Ġesù mar għandu biex jirċievi l-magħmudija sinjal ta’ maħfra, it-tweġiba ta’ Ġesù kienet: “hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu” (3,15).
L-iskop li għalih Mattew kiteb l-evanġelju ta’ Kristu hu biex ikun għamel ġabra tal-messaġġi u l-ministeru ta’ Ġesù għan-nies ta’ żmienu. Dawn kienu nies midħla sewwa tat-Testment il-Qadim, u allura Mattew spiss jikkwota siltiet minnu biex jikkonferma li Ġesù hu l-Messija mħabbar mill-profeti. Fih hemm il-milja tal-profezija. Hekk l-ewwel insara sata’ jkollhom konferma li l-fidi tagħhom fi Kristu għandha l-għeruq tagħha fit-Testment il-Qadim.
L-għeluq tal-ktieb hu l-mandat ta’ Ġesù lid-dixxipli tiegħu, u li jibqa’ l-mandat mogħti lil kull nisrani:
Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien (28,19-20).
It-taqsim tal-ktieb
Il-ġeneoloġija u t-twelid ta’ Ġesù (1,1—2,23)
Il-ħidma ta’ Ġwanni l-Battista (3,1-12)
Il-magħmudija u t-tentazzjonijiet ta’ Ġesù (3,13—4,11)
Il-ħidma pubblika ta’ Ġesù fil-Galilija (4,12—18,35)
Mill-Galilija għal Ġerusalemm (19,1—20,34)
L-aħħar ġimgħa qrib u f’Ġerusalemm (21,1—27,66)
Il-qawmien mill-mewt u d-dehriet ta’ Ġesù (28,1-20)
Currently Selected:
MATTEW Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: