YouVersion Logo
Search Icon

ISAIJA 9

9
Kapitlu 9
1Il-poplu li kien miexi fid-dlam
ra dawl kbir;
in-nies li joqogħdu f’art id-dlam
dawl idda fuqhom.#Mt 4,15-16; Lq 1,79.
2Int kattart il-ġens,
kabbart l-hena;
huma ferħu quddiemek,
bħalma jifirħu fi żmien il-ħsad,
bħalma jifirħu fi qsim il-priża.#S 126.
3Għax il-madmad li kien itaqqlu,
u l-ħatar ta’ fuq spallejh,
u l-bastun tal-argużin,
int kissirthom bħal f’jum Midjan.#Mħ 7,15-25; Is 10,25-26; 14,25.
4Għax kull qorq li jħabbat fit-taqtigħa,
kull mantell mgħargħar fid-demm
jispiċċa għall-ħruq,
biex jieklu n-nar.#Eżek 39,9.
5Għax tweldilna tifel#9,5: Tweldilna tifel: Għimmanu-el; ara 7,14; 8,8.,
ingħatalna iben;
is-setgħa tkun fuq spallejh, u jsemmuh:
“Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan,
Missier għal dejjem, Prinċep tas-sliem.”#Ġen 49,10; Num 24,17; 2 Sam 7,12-16; S 72,7; Is 7,14; Mik 5,1-3; Żak 9,9; Lq 2,11.
6Kbira tkun setegħtu,
u s-sliem bla qjies
fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu.
Hu jwettaqha u jsaħħaħha
bil-ħaqq u s-sewwa,
minn issa u għal dejjem.
Il-ħeġġa tal-Mulej tal-eżerċti tagħmel dan.#Ġer 23,5; Lq 1,32-33; 2,14.
L-għadab ta’ Alla kontra Iżrael
7Bagħat Sidi kelma kontra Ġakobb,
u waqgħet fuq Iżrael.#Is 55,10-11.
8Il-poplu kollu jkun jaf,
Efrajm u dawk li jgħammru f’Samarija,
dawk li jgħidu mkabbra u suppervi f’qalbhom:
9“Waqa’ x-xaqquf, nibnu bil-ġebel minġur;
tqaċċat il-ġummajż, inxettlu ċ-ċedru.”
10U l-Mulej qajjem kontrih l-avversarji tiegħu,
u xewwex l-għedewwa tiegħu:
11Lil Aram#9,11: Aram: is-Sirja fuq il-Grigal tal-Palestina. Il-Filistin: li kienu jgħammru fix-xatt tal-Mediterran fil-Lbiċ tal-Palestina. mil-Lvant, u l-Filistin mill-Punent,
li belgħu lil Iżrael b’ħalq daqsiex.
B’danakollu l-kotra tiegħu ma reġgħetx lura,
u idu għadha merfugħa.#Prov 30,14; Ġer 10,25; Mik 3,3; Ħab 1,13.
12Il-poplu ma darx lejn min darbu,
u l-Mulej tal-eżerċti ma fittxewhx.#Ġer 5,3-6; Għam 4,6-11; Hos 7,10-15.
13Għalhekk il-Mulej qata’ minn Iżrael
ir-ras u d-denb,
il-palma u s-simar f’jum wieħed;
14l-anzjan u n-nobbli huma r-ras,
u l-profeta, mgħallem il-gideb, id-denb!
15Il-mexxejja ta’ dan il-poplu mexxewh ħażin,
u ntilfu l-immexxijin.#Is 28,7; Ġer 2,7; 5,31; 20,6; 23,13-14; 29,30-32; Eżek 13,1-7; 22,28; Mik 3,11.
16Għalhekk Sidi ma jħennx għaż-żgħażagħ tagħhom;
ma jitħassarx l-iltiema u r-romol tagħhom.
Għax ilkoll midgħajja u ħżiena;
kull fomm jitkellem il-bluha.
Minkejja dan għadbu ma reġax lura,
u idu għadha merfugħa.
17Għax il-ħażen bħal ħuġġieġa nar,
jibla’ x-xewk u l-ħurrieq,
u jqabbad il-ħatab tal-masġar,
u jinbarmu ’l fuq f’kolonna duħħan.
18Bl-għadab tal-Mulej tal-eżerċti maħruqa l-art,
u l-poplu bħal ikel in-nar,
u ma jaħmilx wieħed lil ieħor.
19Jaħtaf min-naħa tal-lemin, u jibqa’ bil-ġuħ,
jiekol min-naħa tax-xellug, u ma jixbax,
kull wieħed jiekol laħam għajru.
20Manassi kontra Efrajm#9,20: Manassi-Efrajm: iż-żewġ tribujiet ewlenin tas-saltna ta’ Iżrael.,
Efrajm kontra Manassi,
it-tnejn flimkien kontra Ġuda.
Minkejja dan għadbu ma reġax lura,
u idu għadha merfugħa.

Currently Selected:

ISAIJA 9: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy