YouVersion Logo
Search Icon

ISAIJA 40

40
Kapitlu 40
It-Tieni Parti: Kap 40 sa 55
(Fi tmiem l-Eżilju, 539-538 QK)
Ktieb il-Faraġ
1“Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi,”
jgħid Alla tagħkom.#Is 52,7-12.
2Kellmu lil qalb Ġerusalemm u għidulha
li ntemm il-jasar tagħha#40,2: Intemm il-jasar tagħha: l-eżilju wasal fi tmiemu bir-rebħa ta’ Ċiru (559-529 QK) sultan tal-Medja u l-Persja fis-sena 538 QK. Ċiru beda r-rebħiet tiegħu fis-sena 539 QK u l-profeta sata’ jinduna li tmiem Babilonja kien wasal.,
tħallset ħżunitha,
ħadet mingħand il-Mulej
darbtejn għal dnubietha kollha.
3Leħen jgħajjat:
“Ħejju t-triq għall-Mulej fid-deżert,
wittu għal Alla tagħna mogħdija fix-xagħri.#Sir 48,10; Is 40,3-5; Mal 3,1; Mt 3,3; Mk 1,3; Lq 1,76; 3,4-6; Ġw 1,23.
4Jintradam kull wied,
u jitniżżlu l-muntanji u l-għoljiet;
kull art imħabbta titwitta
kull art imħarbta ssir maqgħad.#Bar 5,7.
5U tfiġġ il-glorja tal-Mulej,
u l-bnedmin jarawha lkoll f’daqqa,
għax fomm il-Mulej tkellem.”#Eż 24,16; Is 58,8-14; Is 60,1; Ġw 1,14.
6U leħen qal: “Għajjat.” U jien weġibt: ‘X’ngħajjat?”
Għid: “Kull bniedem ħaxix,
u sbuħitu bħal ward ir-raba’;#Ġob 8,12; 14,2; S 37,2; 90,5; 103,15-16; 119,89; Sir 14,18; Is 51,12; Mt 24,35; Ġak 1,10-11; 1 Pt 1,24-25.
7jinxef il-ħaxix,
jidbiel il-ward,
meta minn fuqhom jgħaddi nifs il-Mulej.
- Bħal ħaxix il-poplu -
8Il-ħaxix jinxef,
u l-ward jidbiel,
iżda l-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.”
9Itla’ fuq il-muntanja għolja,
int li ġġib il-bxara t-tajba lil Sijon;
għolli leħnek bil-qawwa kollha,
int li tagħti l-aħbar it-tajba lil Ġerusalemm;
għajjat, la tibżax.
Għid lill-ibliet ta’ Ġuda:
“Hawn hu Alla tagħkom!”#Is 52,7; Naħ 2,1-2; Atti 10,36; Rum 10,15.
10Hawn hu Sidi l-Mulej,
li ġej bil-qawwa,
u jaħkem bil-qawwa ta’ driegħu.
Hawn hu bi ħlasu miegħu,
u r-rebħa tiegħu quddiemu.#Is 62,11; Apk 22,7-12.
11Bħal ragħaj li jirgħa l-merħla tiegħu;
bi driegħu jiġmagħha,
u l-ħrief fi ħdanu jerfagħhom;
u n-nagħaġ ireddgħu bil-mod imexxihom.
Il-kobor ta’ Alla ta’ Iżrael#Dt 32,11; Is 49,9-10; 63,11; Eżek 34,23; Lq 15,5; Ġw 10,11.
12Min kejjel il-baħar f’qiegħ idu,
jew qies bix-xiber il-wisa’ tas-sema?
Min ġabar it-trab tal-art ġo kejla,
jew wiżen bi stasija l-muntanji,
u b’miżien l-għoljiet?#Ġob 28,23-27; 38,4-5; Prov 30,4; Għerf 11,20.
13Min mexxa l-ispirtu tal-Mulej,
x’kunsillier kellu biex jgħallmu?#Ġob 15,8; 21,22; 36,22-26; 38,2-21; Prov 8,22-31; Għerf 9,13; Ġer 23,18; Rum 11,34; 1 Kor 2,16.
14Lil min talab parir biex jiftaħlu għajnejh;
jew min għallmu jġib ruħu bil-ġustizzja,
biex jagħtih id-dawl u l-għerf,
u jqabbdu t-triq tal-għaqal?
15Ara, il-ġnus bħal qatra waħda minn barmil ilma,
bħal għabra trab f’miżien, hekk qishom!
Ara, ix-xtut ma jiżnux aktar minn traba.#Għerf 11,22; Sir 10,16-17.
16Is-siġar tal-Libanu mhumiex biżżejjed
biex bihom tqabbad in-nar;
anqas il-bhejjem tiegħu mhuma biżżejjed
biex toffri lil Alla sagrifiċċju tal-ħruq.
17Il-ġnus kollha qishom xejn quddiemu#40,17: Il-ġnus kollha qishom xejn quddiemu: skont il-duttrina tal-profeti l-istorja tal-bniedem hi taħt il-kontroll assolut ta’ Alla. Ħadd, għalhekk, ma jista’ jitkabbar u jintefaħ bih innifsu.:
huma għalih ħwejjeġ fiergħa u battala.#S 62,10; Dan 4,32.
18Ma’ min se jxebbhu lil Alla,
u liema xbieha se tqabblu miegħu?#Atti 17,29.#Is 40,18; 46,5.
19L-idolu jdewbu bin is-sengħa,
u jindurah ħaddiem id-deheb,
u jsensillu ħjut tal-fidda.#S 115,3-8; Għerf 13,11-19; Is 41,6-7; 44,9-20; Ġer 10,1-16; 51,15-19.
20Xi ħadd fqajjar li ma għandux x’joffri,
jagħżel xi għuda li ma ssewwisx,
ifittex xi ħaddiem jinqala’,
biex jagħmillu xbieha ma titħarrikx.
21Ma tafux? Ma smajtux jaqaw?
Ma tħabbrilkomx sa mill-bidu?
Ma fhimtux? Min waqqaf l-art?#Is 44,13.
22Hu jgħammar ’il fuq minn ħnejjet l-art,
u min jgħammar fiha qishom ġradijiet.
Hu jħoll is-smewwiet bħal xoqqa,
u jifrixhom bħal għarix biex tgħammar fih.#S 104,2; Is 44,24; Dan 4,32.
23Hu jġib fix-xejn is-setgħanin,
u l-mexxejja tad-dinja jagħmilhom xejn.#Ġob 34,18-19; S 2,2-5.
24Bilkemm jitħawlu,
bilkemm jinżergħu,
bilkemm jinbtu u jxenxlu l-għeruq,
li ma jonfoħx fuqhom u jinxfu,
li r-riefnu ma jġorrhomx bħall-karfa.#Is 17,13-14.
25“Ma’ min ixxebbhuni jew tqabbluni?”
jistaqsi l-Qaddis.#Is 6,3; 45,5.
26Erfgħu għajnejkom ’il fuq u araw:
min ħalaqhom#40,26: Min ħalaqhom: ara Ġen 1,1. F’dan iż-żmien il-profeti wessgħu l-viżjoni tagħhom u żviluppaw id-duttrina tagħhom dwar Alla setgħan u ħallieq ta’ kollox, li jinsab kullimkien. dawn il-ħlejjaq kollha?
Imexxi u jgħodd l-eżerċti tiegħu,
u jsejħilhom b’isimhom wieħed wieħed.
Bis-saħħa ta’ qawwietu,
bil-qawwa ta’ setegħtu,
ħadd minnhom ma jonqos.#Ġen 15,5; 1 Sam 1,3; S 147,4; Bar 3,34-35.
27Għaliex titkellem Ġakobb,
u int, Iżrael, tgħid:
“Triqti moħbija mill-Mulej,
u mwarrab il-jedd tiegħi minn Alla?”
28Jaqaw ma tafx, lanqas ma smajt:
“Il-Mulej hu Alla ta’ dejjem,
il-ħallieq ta’ truf l-art?”
Ma jegħja qatt, u ma jinkeddx,
l-għerf tiegħu ma ssibx tarfu.#Ġen 21,33; Rum 11,34.
29Hu li jagħti l-qawwa lill-għajjien,
u jkattar il-qawwa lil min hu bla saħħa.
30Jintelqu ż-żgħażagħ u jegħjew,
fl-aħjar tagħhom jogħtru l-irġiel.
31Imma dawk li jittamaw fil-Mulej jieħdu saħħithom,
itellgħu l-ġwienaħ bħall-ajkli,
jiġru bla ma jegħjew,
jimxu bla ma jintelqu.#S 103,5.

Currently Selected:

ISAIJA 40: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy