YouVersion Logo
Search Icon

ISAIJA 12

12
Kapitlu 12
Għanja ta’ radd il-ħajr
1U inti tgħid dakinhar:
“Irroddlok ħajr, Mulej, għaliex għadabt għalija;
imma l-korla tiegħek reġgħet lura, u farraġtni.
2Ara, Alla s-salvazzjoni tiegħi,
jiena nittama u ma jkollix mniex nibża’.
Għax qawwieti u għanjieti hu l-Mulej,
għalija sar is-salvazzjoni.”#Eż 15,2; S 118,14.
3Kollkom ferħana timlew l-ilma
mill-għejun tas-salvazzjoni.#Is 55,1.
4F’dak il-jum għad tgħidu:
“Roddu ħajr lill-Mulej,
sejħu ismu,
għarrfu lill-ġnus bl-għemejjel tiegħu,
xandru li ismu huwa fl-għoli.#S 105,1.
5Għannu lill-Mulej għax għamel ħwejjeġ kbar;
ħa jkun dan magħruf mal-art kollha.#Eż 15,1.
6Aqbeż bil-ferħ, għanni, int li tgħammar f’Sijon,
għax kbir hu f’nofsok il-Qaddis ta’ Iżrael!”#Is 41,14-16; 54,1; Sof 3,14; Żak 2,10.

Currently Selected:

ISAIJA 12: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy