EŻODU 4
4
Kapitlu 4
Mosè u s-setgħa tal-mirakli
1U Mosè wieġeb: “Ara, ma jemmnunix, u anqas jisimgħu minn kliemi, u jgħidu: ‘Il-Mulej ma deherlikx.’#Mt 13,57. 2Il-Mulej wieġbu: “X’għandek f’idejk?” u Mosè wieġeb: “Ħatar.”#Eż 7,8-12. 3U hu qallu: “Ixħtu fl-art.” U hu xeħtu fl-art, u sar serp; u Mosè ħarab minnu. 4U l-Mulej qal lil Mosè: “Midd idek, u aqbdu minn denbu” - u medd idu u qabdu, u sar ħatar f’idu - 5“Sabiex jemmnu li deherlek il-Mulej, Alla ta’ missirijiethom, Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, Alla ta’ Ġakobb.” 6Il-Mulej raġa’ qallu: “Daħħal idek f’ħobbok.” U hu daħħal idu f’ħobbu; u meta ħariġha sabha mimlija lebra, bajda bħas-silġ. 7U Alla qallu: “Erġa’ daħħal idek f’ħobbok.” Għalhekk raġa’ daħħal idu f’ħobbu, u meta ħariġha reġgħet għal li kienet bħall-bqija ta’ ġismu. 8“Jekk ma jemmnukx,” Alla qallu, “jew ma jagħtux kas tal-ewwel sinjal, jistgħu jemmnu fit-tieni sinjal. 9Jekk imbagħad ma jemmnux lanqas dawn iż-żewġ sinjali u lanqas jisimgħu minn kliemek, int ħu ftit mill-ilma tan-Nil u sawbu fuq l-art niexfa; u l-ilma li int tieħu min-Nil isir demm fuq l-art.”#Eż 7,17. 10Iżda Mosè qal lill-Mulej: “Jaħasra, Sidi, ma ninqalax biex nitkellem jien, la qabel u lanqas issa li int kellimt lill-qaddej tiegħek; jien tqil f’fommi u f’ilsieni.”#Eż 6,12; Ġer 1,6-10. 11Il-Mulej wieġbu: “Min għamel fomm il-bniedem? Min għamel l-imbikkem, it-trux, u l-agħma u ’l min jara? M’hux jien, il-Mulej? 12Mela issa mur, u jien inkun ma’ fommok u ngħallmek x’għandek tgħid.”#Dt 18,18; Mt 10,19-20. 13Imbagħad Mosè wieġeb: “Jaħasra, Mulej, ibgħat, nitolbok lil xi ħaddieħor!”#Is 6,8. 14Il-Mulej xegħel bil-qilla kontra Mosè u qallu: “M’hemmx ħuk Aron, il-Levita? Naf li hu jitkellem tajjeb; u hu joħroġ jiltaqa’ miegħek, u kif jarak qalbu timtela bil-ferħ. 15U int titkellem miegħu u tqegħedlu l-kliem f’fommu, u jien inkun ma’ fommok u ma’ fommu, u ngħallimkom x’għandkom tagħmlu.#Eż 7,1-2. 16Hu jkellem għalik in-nies, ikun għalik ta’ fomm, u int tkun għalih ta’ Alla. 17U int tieħu f’idejk dan il-ħatar, li bih tagħmel is-sinjali.”
Mosè jmur lura l-Eġittu
18Mosè raġa’ mar għand Ġetru, ħatnu, u qallu: “Ħallini mmur għand niesi l-Eġittu u nara għadhomx ħajjin.” U Ġetru qal lil Mosè: “Mur bis-sliem.” 19U l-Mulej qal lil Mosè f’Midjan: “Mur lura l-Eġittu; għax in-nies li kienu jfittxulek ħajtek mietu lkoll.”#Eż 2,15; Mt 2,20; Atti 7,34. 20Għalhekk Mosè ħa ’l martu u ’l uliedu, u rikkibhom fuq il-ħmar u raġa’ mar lejn l-art tal-Eġittu; u ħa f’idu l-ħatar ta’ Alla.#Eż 4,17.
21U l-Mulej qal lil Mosè: “Meta int tmur lura l-Eġittu, qis li tagħmel quddiem il-Fargħun il-mirakli li jien tajtek is-setgħa li tagħmel; iżda jien inwebbislu qalbu#4,21: Jien inwebbislu qalbu: il-Lhud kollox kienu jaraw ġej mingħand Alla, ukoll li wieħed ma jilqax l-istedin u s-sejħat li Alla jagħmel; ara Num 9,17-18., u ma jħallix il-poplu jitlaq. 22U int tgħid lill-Fargħun: ‘Dan jgħid il-Mulej: Iżrael hu ibni l-kbir,#Dt 1,31; 7,6; Sir 36,11. 23u jien ngħidlek: Ibgħat lil ibni biex iqimni; jekk int ma tridx tibagħtu, arani, jien sa noqtol ’l ibnek il-kbir.’ ”#Eż 11,5; 12,29.
24Fit-triq, meta waqaf għal-lejl, il-Mulej iltaqa’ miegħu u ried joqtlu.#Ġen 32,25-33. 25Imbagħad Siffora ħadet biċċa żnied u ħatnet lil binha biha, u messet riġlejn Mosè u qalet: “Għarus id-demm int għalija!” 26U l-Mulej telqu. Siffora minħabba ċ-ċirkonċiżjoni qalet: “Għarus id-demm int.”#Ġen 17,10.
27Il-Mulej qal lil Aron: “Oħroġ fid-deżert biex tiltaqa’ ma’ Mosè.” U hu ħareġ u ltaqa’ miegħu ħdejn il-muntanja ta’ Alla u biesu.#Eż 3,1. 28U Mosè qallu kulma kien qallu l-Mulej li kien bagħtu, u bis-sinjali li kien ordnalu jagħmel.#Eż 3,16. 29Imbagħad Mosè u Aron marru u ġemgħu x-xjuħ kollha tal-poplu ta’ Iżrael. 30U Aron qalilhom il-kliem kollu li l-Mulej kien qal lil Mosè, u għamel is-sinjali quddiem il-poplu.#Eż 4,2. 31Il-poplu emmen, u meta semgħu li Alla żar il-poplu ta’ Iżrael u li hu ra t-tbatija tagħhom, baxxew rashom iqimu lil Alla.#Eż 14,31; Ġw 2,11.
Currently Selected:
EŻODU 4: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.