YouVersion Logo
Search Icon

EFESIN 5

5
Kapitlu 5
1Kunu, mela, tixbhu lil Alla, bħala wlied maħbuba,#Mt 5,48. 2u imxu fl-imħabba, bħalma Kristu wkoll ħabb lilna#5,2: Bħalma Kristu wkoll ħabb lilna: Mss oħra ħabb lilkom. u ta lilu nnifsu għalina, offerta u sagrifiċċju jfuħu quddiem Alla.#Eż 29,18; S 40,6; Eżek 20,14; Rum 14,15; Gal 2,20; Lhud 10,10. 3Żina u kull xorta ta’ faħx jew regħba, ebda waħda minnhom ma għandha biss tissemma fostkom, kif jixraq lill-qaddisin.#Kol 3,5. 4U anqas kliem baxx u kliem iblah, jew ċajt mhux sewwa, kollha ħwejjeġ li ma jixirqux; imma aktar għandu jkun hemm fostkom radd il-ħajr.#Ef 4,20; Kol 3,8. 5Għax dan kunu afu: li ebda żieni jew faħxi jew rgħib - li hu idolatra - ma jkollu wirt fis-Saltna ta’ Kristu u ta’ Alla.#1 Kor 6,9-10; Kol 3,5.
Imxu ta’ wlied id-dawl
6Tħallu lil ħadd iqarraq bikom bi kliem fieragħ, għaliex minħabba f’hekk tinżel il-korla ta’ Alla fuq dawk li ma jisimgħux.#Rum 1,18; Kol 2,4-8; 3,6. 7Mela tissieħbu qatt magħhom! 8Intom kontu darba dlam, imma issa intom dawl fil-Mulej; għixu ta’ wlied id-dawl li intom;#Lq 16,8; Ġw 12,36; Ef 2,11-13; Kol 1,13; 1 Pt 2,9. 9frott id-dawl jinsab f’kulma hu tjieba, f’kulma hu ġustizzja, f’kulma hu verità. 10Fittxu li tagħrfu dak li jogħġob lill-Mulej,#Rum 12,2. 11u tisseħbux fl-għemejjel tad-dlam bla frott, imma ikxfuhom fil-beraħ.#Rum 16,17; 2 Tess 3,6; 2 Ġw 10-11. 12Għax dak li qegħdin jagħmlu huma fil-moħbi, tistħi mqar jekk issemmih; 13imma meta wieħed joħroġhom fil-beraħ, id-dawl juri kollox,#Ġw 3,20-21. 14għax kulma jidher hu dawl; għalhekk jingħad:
“Stenbaħ int, li int rieqed,
u qum mill-imwiet,
ħa jiddi fuqek Kristu#5,14: Ħa jiddi fuqek Kristu: dan il-vers hu meħud minn xi innu liturġiku tal-Knisja primittiva..”#Is 26,19; 51,17; 52,1; Rum 13,11.
15Qisu sewwa kif iġġibu ruħkom, mhux bħal nies bla dehen, iżda bħal nies għorrief, 16li jgħożżu ż-żmien, għaliex ħżiena huma l-jiem.#Għam 5,13; Kol 4,5. 17Għalhekk tkunux bla għaqal, imma fittxu x’inhi r-rieda tal-Mulej.#Rum 12,2; Kol 1,9. 18U tiskrux bl-inbid, li fih hemm ħajja bla rażan, iżda mtlew bl-Ispirtu. 19Kantaw flimkien salmi, innijiet u għana spiritwali; kantaw u għannu minn qalbkom lill-Mulej.#S 32,2-3; Kol 3,16. 20Roddu dejjem ħajr għal kollox lil Alla u l-Missier, f’isem Sidna Ġesù Kristu.#Kol 3,17.
Kristu u l-Knisja mudell għall-miżżewġin
21Oqogħdu għal xulxin fil-biża’ ta’ Kristu.#1 Pt 5,5. 22Intom in-nisa oqogħdu għal żwieġkom bħallikieku għall-Mulej,#Ġen 3,16; Kol 3,18; 1 Pt 3,1. 23għax ir-raġel hu ras il-mara, bħalma Kristu hu ras il-Knisja, is-salvatur tal-Ġisem tiegħu.#1 Kor 11,3. 24Għalhekk, bħalma l-Knisja toqgħod għal Kristu, hekk ukoll in-nisa għandhom joqogħdu għal żwieġhom f’kollox.#Kol 3,19; 1 Pt 3,7.
25Intom, l-irġiel, ħobbu n-nisa tagħkom, kif Kristu ħabb il-Knisja u ta ħajtu għaliha.#Ef 1,22; Kol 1,18. #Lhud 10,10-14; 13,12. 26U dan għamlu biex iqaddisha u jnaddafha bil-ħasil tal-ilma u l-kelma#5,26: Inaddafha bil-ħasil tal-ilma: allużjoni għall-użanza orjentali tal-banju ritwali tal-għarusa qabel iż-żwieġ. L-Appostlu għandu f’rasu l-ilma - il-banju - tal-magħmudija u l-kelma li tmur magħha; biha tinħoloq il-komunità nisranija mal-għarus tagħha Ġesù Kristu.#Tit 3,5. 27u biex iressaqha quddiemu, din il-Knisja, sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, u b’xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd.#2 Kor 11,2; Kol 1,22.
28Hekk għandhom ukoll l-irġiel iħobbu n-nisa tagħhom bħallikieku ġisimhom stess. Min iħobb ’il martu jkun iħobb lilu nnifsu. 29Qatt ħadd ma bagħad ’il ġismu stess, iżda jmantnih u jieħu ħsiebu, bħalma jagħmel Kristu mal-Knisja, 30għax aħna lkoll membri tal-Ġisem tiegħu.#Rum 12,5; 1 Kor 6,15; 12,27; Ef 1,22-23; Kol 1,18. 31Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu, u jsiru t-tnejn ġisem wieħed.#Ġen 2,24; Mt 19,5. 32Dan il-misteru - qiegħed ngħid għal Kristu u għall-Knisja - huwa kbir!#Apk 19,7. 33Għalhekk intom ukoll, kull wieħed minnkom, għandu jħobb lil martu bħalu nnifsu, u l-mara għandha ġġib rispett lil żewġha.

Currently Selected:

EFESIN 5: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy