YouVersion Logo
Search Icon

KOLOSSIN 3

3
Kapitlu 3
1Jekk intom irxuxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.#S 110,1; Mt 22,44; Mk 16,19; Atti 2,34; Ef 1,20; Kol 2,12; Lhud 1,3; 8,1; 10,12; 12,2. 2Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f’dawk tal-art.#Mt 6,33. 3Għax intom mittu, imma ħajjitkom hi moħbija flimkien ma’ Kristu f’Alla.#Rum 6,2; 2 Kor 5,14. 4Meta jidher Kristu, li hu l-ħajja tagħkom#3,4: Ħajja tagħkom: Mss oħra: tagħna., imbagħad intom ukoll tidhru flimkien miegħu fil-glorja.#1 Kor 15,43; Gal 2,20; Fil 1,21; 3,21; 1 Ġw 3,2.
5Mewtu ġo fikom dak kollu li hu tal-art: żina, faħx, ġibdiet, xewqat ħżiena, u r-regħba li hi idolatrija.#Rum 6,6-11; 8,13; Ef 4,19; 5,3-5. 6Minħabba dan tilħaq il-korla ta’ Alla lil dawk li ma jobdux.#Ef 5,6. 7Hekk intom kontu timxu wkoll meta kontu tgħixu fihom. 8Iżda issa intom ukoll ħallu kollox: korla, passjoni, ħażen, dagħa, u l-kliem mhux xieraq warrbuh minn fommkom.#Ef 4,25-31; 5,4. 9Tigdbux lil xulxin, intom li nżajtu l-bniedem il-qadim bl-għemil kollu tiegħu,#Ef 4,22-25. 10u lbistu l-bniedem il-ġdid, li jiġġedded dejjem skont ix-xbieha ta’ min ħalqu u jikber fl-għerf.#Ġen 1,26-27; Ef 4,24. 11Fih ma hemmx Grieg jew Lhudi, ċirkonċiż jew mhux, Barbaru jew Skita#3,11: Barbaru jew Skita: l-Iskiti magħrufa bħala nies slavaġ kienu jgħixu fuq ix-xatt tat-Tramuntana tal-Baħar l-Iswed., ilsir jew ħieles, iżda Kristu f’kollox u f’kulħadd.#1 Kor 12,13; Gal 3,28; Rum 10,12.
12Intom il-magħżulin ta’ Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu. Ilbsu mela sentimenti ta’ ħniena, tjieba, umiltà, ħlewwa u sabar.#Ef 4,2-32; 1 Pt 2,9. 13Stabru b’xulxin, u, jekk xi ħadd minnkom ikollu xi jgħid ma’ ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll.#Mt 6,14; Ef 4,32; 5,2. 14U fuq kollox ilbsu l-imħabba, li hi l-qofol tal-perfezzjoni.#Rum 13,8-10; Ef 4,3. 15Ħalli s-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom, dak is-sliem li għalih kontu msejħa biex issiru ġisem wieħed. U ta’ dan roddu ħajr lil Alla.#1 Kor 12,13-27; Ef 4,4; Fil 4,7. 16Ħalli l-kelma ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom; għallmu bl-għerf kollu u widdbu lil xulxin b’salmi u innijiet u b’għana spiritwali, u b’radd il-ħajr kantaw f’qalbkom innijiet lil Alla.#Ef 5,19. 17Kulma tagħmlu jew tgħidu, agħmlu kollox f’isem il-Mulej Ġesù, u roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu.#1 Kor 10,31; Ef 5,20.
Il-ħajja fil-familja nisranija
18Intom, nisa miżżewġa, obdu lil żwieġkom, kif għandu jkun fil-Mulej.#Ef 5,22; 1 Pt 3,1. 19Intom imbagħad, irġiel miżżewġa, ħobbu n-nisa tagħkom, u tkunux iebsa magħhom.#Ef 5,25; 1 Pt 3,1.
20Intom, tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan hu li jogħġob lill-Mulej.#Ef 6,1. 21Intom, missirijiet, la ddejqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom.#Ef 6,4.
22Intom, ilsiera, isimgħu f’kollox mis-sidien tagħkom bnedmin, mhux biex jarawkom huma u togħġbu lilhom, imma mill-qalb sempliċi tagħkom, għax tibżgħu mill-Mulej.#Ef 6,5-8. 23Kulma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom bħallikieku lill-Mulej u mhux lill-bnedmin; 24għax tafu li għad tieħdu l-ħlas li ħejja b’wirt għalikom il-Mulej#3,24: Li ħejja b’wirt għalikom il-Mulej: l-ilsir ma kellux dritt li jiret; ara Gal 4,1-2.. Aqdu lil Kristu Sidna. 25Kull min jagħmel id-deni jitħallas tad-deni li jkun għamel, għax Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd.#Dt 10,17; 2 Kron 19,7; Atti 10,34; Ef 6,9.

Currently Selected:

KOLOSSIN 3: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in