KOLOSSIN 2
2
Kapitlu 2
1Irridkom tkunu tafu kemm kelli nissielet minħabba fikom u minħabba f’dawk li joqogħdu f’Laodiċija#2,1: Laodiċija: belt ħdejn Kolossi, fil-Wied ta’ Lukus; ħdejha kien hemm ukoll Ġerapoli; ara Kol 4,13. u oħrajn li qatt ma raw wiċċi b’għajnejhom. 2Dan nagħmlu biex inqawwilhom qalbhom u jinġabru lkoll flimkien fl-imħabba, ħalli jaslu għall-għana tal-fehma sħiħa u l-għarfien tal-misteru ta’ Alla li hu Kristu.#Ef 3,4; Kol 1,26; 4,3. 3Fih hemm moħbija t-teżori kollha tal-għerf u l-għaqal.#1 Kor 1,24-30; Ef 3,19. 4Dan qiegħed ngħidhulkom biex ħadd ma jqarraq bikom b’xi kliem fieragħ.#Rum 16,18; Ef 5,6; Kol 2,8. 5Jekk jien m’iniex f’nofskom b’ġismi, ninsab magħkom b’ruħi. Nifraħ meta narakom iġġibu ruħkom bl-ordni u sħaħ fil-fidi tagħkom fi Kristu.#1 Kor 5,3.
Il-milja tal-ħajja fi Kristu
6Intom ilqajtu lil Kristu Ġesù l-Mulej; għixu mela magħqudin miegħu; 7niżżlu għeruqkom fih, u ibnu l-ħajja tagħkom fuqu; issaħħu fil-fidi, kif tgħallimtu, u mtlew bil-gratitudni.#Ef 2,20-22. 8Qisu li ħadd ma ijassarkom b’filosofija#2,8: B’filosofija: spekulazzjoni reliġjuża. u kliem qarrieq u fieragħ skont dak li hu ġej mill-bnedmin, skont il-prinċipji tad-dinja u mhux ta’ Kristu.#Rum 16,18; Ef 5,6; Kol 2,4. 9Fih hemm tgħammar il-milja sħiħa tad-divinità fil-ġisem;#Ġw 1,14-16. 10u intom, magħqudin kif intom miegħu, għandkom sehem mill-milja tiegħu, hu li hu r-Ras tal-Prinċipati u tas-Setgħat kollha.#Ef 1,21-22.
11Fih intom kontu ċirkonċiżi, mhux biċ-ċirkonċiżjoni b’idejn il-bnedmin, imma biċ-ċirkonċiżjoni ta’ Kristu, li biha intom inżajtu mill-ġisem tad-dnub#2,11: Intom inżajtu mill-ġisem tad-dnub: il-ġisem ifisser il-bniedem kollu, li jaġixxi permezz tal-ġisem; ara Rum 6,6; 7,5.;#Rum 2,29. 12indfintu miegħu bil-magħmudija u rxuxtajtu miegħu permezz tal-fidi tagħkom fil-qawwa ta’ Alla li qajmu mill-imwiet.#Rum 6,4; Ef 1,19-20; Kol 3,1. 13Kontu mejta minħabba dnubietkom u għax ma kellkomx iċ-ċirkonċiżjoni f’ġisimkom; imma issa Alla takom il-ħajja flimkien ma’ Kristu:#Ef 2,15.
Ħafrilna dnubietna kollha.
14Ħassar il-kont tad-dejn li kellna
bl-obbligi li kien hemm kontrina;
neħħieh min-nofs u sammru mas-salib.#Ef 2,14-16; 1 Pt 2,24.
15Neżża’ l-Prinċipati u s-Setgħat#2,15: Prinċipati u Setgħat: ara 1,16.,
u għamel wirja minnhom quddiem
id-dinja, u karkarhom warajh fit-trijonf tiegħu bi Kristu.
16Ħadd ma għandu jiġġudikakom fuq ikel u xorb, fuq festi u jiem ta’ qamar ġdid#2,16: Jiem ta’ qamar ġdid: skont il-kalendarju u l-użanzi tal-Lhud., u fuq sibtijiet:#Rum 14,1-12. 17dawn huma dell tal-ħwejjeġ li għandhom jiġu, imma r-realtà hija Kristu.#Lhud 8,5; 10,1. 18Tħallux lil min jisirqilkom il-premju billi jagħmilha tal-umli#2,18: Jagħmilha tal-umli: jew: jitpaxxa b’xi devozzjoni. u taparsi jqim lill-anġli, jimla rasu bil-viżjonijiet u moħħu bil-frugħat ta’ bniedem li hu 19bla ma jżomm mar-Ras li minnha l-ġisem kollu, permezz tal-għekiesi u l-irbit tiegħu, jieħu l-għajxien u l-għaqda biex jikber skont ma jagħtih Alla.#Ef 2,21; 4,15-16.
Il-ħajja ġdida fi Kristu
20Ladarba intom, bil-mewt tagħkom ma’ Kristu, ħlistu mill-prinċipji tad-dinja#2,20: Mill-prinċipji tad-dinja: espressjoni Ellenika pagana li tfisser is-setgħat li jżommu l-bniedem ilsir tagħhom; ara 2,20; Gal 4,3. 9., għala issa, bħallikieku għadkom tgħixu għad-dinja, tintrabtu bi preċetti bħalma huma:#Gal 4,3—5,9. 21“La tiħux dan, la dduqx din, la tmissx dak?” 22U dan kollu għal ħwejjeġ li jiġu fix-xejn bl-użu#2,22: Li jiġu fix-xejn bl-użu: jew: l-użu ta’ dawn il-ħwejjeġ iwassal għat-telfien. F’dan il-każ din tmur mit-tagħlim ta’ dawn l-imgħallmin foloz.: preċetti u tagħlim tal-bnedmin.#Is 29,13; Mt 15,9. 23Fil-wiċċ jidhru li fihom xi għerf, reliġjon volontarja, umiltà u tgħakkis tal-ġisem; fir-realtà ma jiswew xejn ħlief biex ipaxxu l-frugħat tal-bniedem.#Rum 13,14; 1 Tim 4,3.
Currently Selected:
KOLOSSIN 2: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: